Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) tal-11 ta’ Novembru 2009 (Is-Sitt Awla), REWE-Zentral vs UASI (T‑150/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Frar 2008, li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Clina” bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 3 u 21, u li laqgħet l-oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti “CLINAIR” – Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks – Nuqqas li ssir evalwazzjoni globali tal-fatturi rilevanti fil-kuntest tal-eżami tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-appell huwa miċħud.

2) REWE-Zentral AG hija kkundannata għall-ispejjeż.