|
7.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 261/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1912
tad-29 ta’ Settembru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fir-rigward tar-Regolamenti riveduti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu tas-17 ta’ Ottubru 1868, kif emendata mill-Konvenzjoni li temenda l-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, iffirmata fl-20 ta’ Novembru 1963, daħlet fis-seħħ fl-14 ta’ April 1967 (il-“Konvenzjoni”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni, il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (“CCNR”) tista’ tadotta rekwiżiti fil-qasam tal-kwalifiki professjonali. |
|
(3) |
Fix-xhur li ġejjin hu previst li permezz ta’ proċedura bil-miktub, is-CCNR se tadotta riżoluzzjoni li se temenda r-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (“RPN”) sabiex titqies id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Sabiex kwalunkwe ċertifikat ta’ kwalifika, ktieb tar-rekords tas-servizz jew ġurnal ta’ abbord maħruġ f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti ikun validu fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni, l-RPN irid jistabbilixxi rekwiżiti identiċi għal dawk ta’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Filwaqt li d-Direttiva (UE) 2017/2397 taċċetta l-koeżistenza tal-qafas legali tal-Unjoni u tas-CCNR, l-effettività ta’ dik id-Direttiva ma tridx tiġi kompromessa. Id-dispożizzjonijiet tal-RPN, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikoli 3.02(1), it-tieni paragrafu, 5.01(6), 13.01 u 13.03 tagħha, għalhekk japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/2397 dwar il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni fejn dik id-Direttiva tistipula rekwiżiti dwar l-istess suġġett. Partikolarment, l-Istati Membri li huma membri tas-CCNR għandhom japplikaw il-proċedura għall-identifikazzjoni ta’ meded ta’ passaġġi fuq l-ilma interni b’riskji speċifiċi stipulati fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2017/2397. |
|
(5) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan is-CCNR, peress li l-adozzjoni tal-RPN rivedut tista’ tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva (UE) 2017/2397. |
|
(6) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tkun li taqbel dwar l-adozzjoni ta’ verżjoni tal-RPN li fiha rekwiżiti identiċi għal dawk tad-Direttiva (UE) 2017/2397, soġġetta għall-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
L-Unjoni mhijiex membru tas-CCNR. Il-pożizzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tas-CCNR, li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (“CCNR”) għandha tkun li taqbel dwar l-adozzjoni ta’ verżjoni emendata tar-Regolamenti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu li fiha rekwiżiti identiċi għal dawk tad-Direttiva (UE) 2017/2397, soġġetta għall-modifiki stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li huma membri tal-CCNR, filwaqt li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.
Artikolu 3
Bidliet tekniċi minuri fil-pożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu miftiehma mingħajr Deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) Id-Direttiva (UE) 2017/2397 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali fin-navigazzjoni interna u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/672/KEE u 96/50/KE (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 53).
ANNESS
L-abbozzi tar-Regolamenti riveduti għall-Persunal tan-Navigazzjoni fuq ir-Renu (RPN) għandhom jiġu modifikati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3.02, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sur le Rhin sont valables les certificats de qualification de l’Union, les livrets de service et livres de bord délivrés en vertu de la directive (UE) 2017/2397, ainsi que les certificats de qualification, les livrets de service et livres de bord délivrés en vertu du présent Règlement, qui prévoit des exigences identiques à celles énoncées dans ladite directive. La qualification pour une fonction à bord doit pouvoir être attestée à tout moment
Par dérogation aux lettres b) et c), les membres d’équipage de navires de mer naviguant sur le Rhin, à l’exception du conducteur, peuvent attester de leur qualification en présentant un certificat délivré ou reconnu conformément à la convention STCW.”; |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3.02, jinżdied il-paragrafu l-ġdid 3: “3. Sur le Rhin sont également valables les certificats de qualification et les attestations qui ont été délivrés ou qui sont valables en vertu du présent Règlement et qui ne sont pas couverts par le champ d’application de la directive (UE) 2017/2397.” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 5.01, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L’autorité compétente est responsable des données de caractère général et des visas de contrôle. À cet effet, elle est en droit de demander la présentation de livres de bord, complets ou par extraits, ou d’autres justificatifs appropriés. Elle ne peut apposer le visa de contrôle que pour des voyages datant de moins de 15 mois.”; |
|
(4) |
Fl-Artikolu 5.01, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Le conducteur est responsable de l’inscription des données spécifiques relatives aux voyages effectués. Le conducteur doit
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 13.01, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. La conduite d’un bâtiment nécessite une autorisation spécifique si, en tant que conducteur responsable, il
|
|
(6) |
Fl-Artikolu 13.02, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. La conduite au radar telle que prévu dans le Règlement de police pour la navigation du Rhin (RPNR) nécessite à cet effet une autorisation spécifique.”; |
|
(7) |
Fl-Artikolu 13.03 il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin: “1. La conduite d’un bâtiment sur une voie d’eau recensée comme tronçon de voie d’eau intérieure présentant des risques spécifiques au sens du chiffre 2 ci-après nécessite à cet effet une autorisation spécifique. 2. Lorsque cela s’avère nécessaire pour assurer la sécurité de la navigation, les États riverains peuvent recenser des tronçons qui traversent leur propre territoire comme tronçons de voies d’eau intérieures présentant des risques spécifiques, lorsque ces risques sont dus à l’une ou plusieurs des raisons suivantes:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 13.04, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. La conduite d’un bâtiment sur des voies d’eau intérieures à caractère maritime nécessite à cet effet une autorisation spécifique.”; |
|
(9) |
Fl-Artikolu 13.05, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. La conduite d’un bâtiment utilisant du gaz naturel liquéfié comme combustible nécessite à cet effet une autorisation spécifique. Cela est attesté par un certificat de qualification correspondant d’expert en gaz naturel liquéfié.”; |
|
(10) |
Fl-Artikolu 13.06, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. La conduite d’un grand convoi nécessite à cet effet une autorisation spécifique. Tout candidat doit pouvoir attester un temps de navigation d’au moins 720 jours, dont au moins 540 jours comme conducteur et au moins 180 jours au cours desquels il a décidé seul du cap et de la vitesse d’un gros convoi.”; |
|
(11) |
Fl-Artikolu 20.01, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Les livrets de service délivrés ou dont la validité a été prorogée conformément aux prescriptions applicables jusqu’à l’entrée en vigueur du présent règlement restent valables dans la mesure fixée par lesdites prescriptions jusqu’à leur date d’expiration initiale, mais au plus tard jusqu’au 17 janvier 2032. La phrase 1 ci-avant s’applique aussi aux livrets de service reconnus équivalents par la CCNR.”; |
|
(12) |
Fl-Artikolu 20.02, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Les livres de bord délivrés ou dont la validité a été prorogée conformément aux prescriptions applicables jusqu’à l’entrée en vigueur du présent règlement restent valables dans la mesure fixée par lesdites prescriptions jusqu’à leur date d’expiration initiale, mais au plus tard jusqu’au 17 janvier 2032. La phrase 1 ci-avant s’applique aussi aux livres de bord reconnus équivalents par la CCNR.”; |
|
(13) |
Fl-Artikolu 20.03, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Les grandes ou petites patentes du Rhin délivrées ou dont la validité a été prorogée conformément aux prescriptions applicables jusqu’à l’entrée en vigueur du présent règlement restent valables dans la mesure fixée par lesdites prescriptions jusqu’à leur date d’expiration initiale, mais au plus tard jusqu’au 17 janvier 2032.”; |
|
(14) |
Fl-Artikolu 20.08, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Les membres de l’équipage des navires de mer naviguant sur le Rhin peuvent attester leur compétence au moyen d’un certificat délivré ou reconnu conformément à la Convention STCW. Ceci ne s’applique au conducteur que jusqu’au 17 janvier 2038 et à condition que l’activité de navigation intérieure soit effectuée au début ou à la fin d’un trajet de transport maritime.”. |