<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-307/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0307</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:729">EU:C:2022:729</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Ordonnance du <DATE ISO="20220927">27. 9. 2022</DATE> – Affaire C-307/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ryanair (Obligation d’information du transporteur aérien)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (It‑Tmien Awla)</P><P>27 ta’ Settembru 2022<NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal kumpens fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online</KEYWORD><KEYWORD>Informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira permezz ta’ indirizz elettroniku ġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ informazzjoni effettiva lill-passiġġier</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑307/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Landgericht Kleve (Qorti Reġjonali ta’ Kleve, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑25 ta’ Marzu 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑14 ta’ Mejju 2021, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AB <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair DAC,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (It‑Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AB <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn C. Jansen, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ryanair DAC, minn S. Hensel, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun, K. Simonsson u G. Wilms, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(l)(ċ) u tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn AB kif ukoll diversi passiġġieri oħra u Ryanair DAC, trasportatur tal-ajru, dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallas lil dawn il-passiġġieri kumpens wara l-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 7 u 12 tar-Regolament Nru 261/2004 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>(1)</NO.P><TXT>Azzjoni mil[l-Unjoni] fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, l-obbligazzjonijiet li joħloq ghandhom jibqgħu mal-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira, kemm jekk b’ingenji ta’ l-ajru li qegħdin fil-proprjetá, taħt kiri dry jew wet, jew fuq kwalunkwe bażi oħra.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Il-problemi u l-inkonvenjenza għal passiġġieri kkawżati minn kanċellazzjoni ta’ titjiriet għandhom ukoll jiġu mnaqqsin. Dan għandu jiġi miksub permezz tat-tħeġġiġ tal-trasportaturi biex jinfurmaw lill-passiġġieri b’kanċellazzjonijiet qabel il-ħin skedat tat-tluq u minn barra dan biex joffrulhom arranġament għall-vjaġġ raġonevoli, sabiex il-passġiġġieri jistgħu jagħmlu arranġamenti oħrajn. Trasportaturi ta’ l-ajru għandhom jikkompensaw passiġġieri jekk jonqsu milli jagħmlu dan, ħlief għal meta l-kanċellazzjoni sseħħ f’ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt maġ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Skop<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jippreċiża, fil-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kanċellazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm-il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas gimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-onustal-provi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ jekk u meta l-passiġġier ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira għandha tkun ir-responsabbilitá tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-Regolament Nru 261/2004, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Dritt għall-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn <FT TYPE="NUMBER">1500</FT> u <FT TYPE="NUMBER">3500</FT> kilomentru;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Dritt għal rimedju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi<?PAGE NO="4"?> d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>AB u r-rikorrenti l-oħra fil-kawża prinċipali jitolbu lil Ryanair, it-trasportatur tal-ajru li jopera, kumpens ta’ ammont ta’ EUR 400 għal kull rikorrent, flimkien mal-interessi, skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 261/2004, minħabba l-kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom operata minn dan it-trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dawn ir-rikorrenti kienu għamlu riżervazzjoni mal-imsemmi trasportatur permezz tal-aġent tal-ivvjaġġar kiwi.com għal titjira prevista għas‑6 ta’ April 2019 u bejn Düsseldorf-Weeze (il-Ġermanja) ma’ Tanger (il-Marokk).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Waqt ir-riżervazzjoni, it-trasportatur tal-ajru ngħata numru tat-telefon u indirizz elettroniku, li għalih l-imsemmija rikorrenti ma kellhomx aċċess u li probabbilment kien iġġenerat awtomatikament mill-aġent tal-ivvjaġġar kiwi.com. Kien f’dan l-indirizz li t-trasportatur tal-ajru li jopera bagħat, fl‑14 ta’ Diċembru 2018, posta elettronika li tindika li t-titjira rriżervata mill-istess rikorrenti kienet ikkanċellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-ewwel istanza, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sostnew li, waqt ir-riżervazzjoni, huma kienu indikaw l-indirizz elettroniku tagħhom stess kif ukoll numru tat-telefon. Huma ma kinux jafu li l-aġent tal-ivvjaġġar kien ikkomunika lit-trasportatur tal-ajru li jopera indirizz elettroniku ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li l-aġent tal-ivvjaġġar ma bagħat l-ebda messaġġ mit-trasportatur tal-ajru li jopera, dawn ir-rikorrenti saru jafu li t-titjira tagħhom kienet ġiet ikkanċellata biss fil‑5 ta’ April 2019, meta ppruvaw jirreġistraw ruħhom online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tad‑29 ta’ Lulju 2020, l-Amtsgericht Geldern (il-Qorti Distrettwali ta’ Geldern, il-Ġermanja) ċaħdet ir-rikors tal-imsemmija rikorrenti minħabba li t-trasportatur tal-ajru li jopera kien issodisfa b’mod suffiċjenti l-obbligu tiegħu ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 5(1)(ċ)(i) tar-Regolament Nru 261/2004, meta huwa bagħat l-informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira fl-indirizz elettroniku pprovdut waqt ir-riżervazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellaw minn din is-sentenza quddiem il-Landgericht Kleve (il-Qorti Reġjonali ta’ Kleve, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju, din tistaqsi dwar jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, it-trasportatur tal-ajru li jopera ssodisfax l-obbligu tiegħu ta’ informazzjoni skont ir-Regolament Nru 261/2004. B’mod iktar partikolari, din il-qorti tistaqsi jekk, sabiex jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-regolament, il-kwistjoni dwar jekk it-trasportatur tal-ajru kienx jaf jew le bil-preżenza ta’ intermedjarju hijiex rilevanti jew jekk din id-dispożizzjoni tipprevedix pjuttost tip ta’ responsabbiltà oġġettiva għat-trasportatur tal-ajru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht Kleve (il-Qorti Reġjonali ta’ Kleve) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament [Nru 261/2004] għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira meta l-passiġġier ma kienx ġie informat b’dan mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat, inkluż meta dan it-trasportatur tal-ajru jkun bagħat l-informazzjoni fil-ħin qabel l-iskadenza ta’ ġimgħatejn lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu fil-kuntest tar-reżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li r-reżervazzjoni kienet twettqet permezz ta’ aġent jew permezz tal-pjattaforma online tiegħu, u li l-indirizz elettroniku kkomunikat mill-pjattaforma ta’ reżervazzjoni kien jippermetti l-iktar li jiġi kkuntattjat l-aġent, iżda mhux il-passiġġier direttament?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għad-domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’din il-kawża hemm lok li tiġi applikata din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 jiddikjara li, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom dritt għal kumpens mit-trasportatur tal-ajru li jopera konformement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, sakemm dawn ma jiġux informati dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira fil-kundizzjonijiet previsti f’dan il-punt (ċ).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 5(4) tal-imsemmi regolament, it-trasportatur tal-ajru li jopera għandu l-oneru li jagħti prova li informa lill-passiġġieri bil-kanċellazzjoni tat-titjira kkonċernata kif ukoll it-terminu li fih huwa għamel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni ċara ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, peress li t-trasportatur tal-ajru li jopera ma huwiex f’pożizzjoni li jipprova li l-passiġġier ikkonċernat ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, huwa għandu jħallas kumpens konformement mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tali interpretazzjoni ma hijiex biss valida meta l-kuntratt ta’ trasport ikun ġie konkluż direttament bejn il-passiġġier ikkonċernat u t-trasportatur tal-ajru, iżda wkoll meta dan il-kuntratt ikun ġie konkluż permezz ta’ terzi, bħal, fil-każ tal-kawża prinċipali, pjattaforma online (sentenzi tal‑11 ta’ Mejju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma jirriżulta kemm mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 kif ukoll mill-premessi 7 u 12 tiegħu, it-trasportatur tal-ajru li jopera li jwettaq jew li għandu l-intenzjoni li jwettaq titjira biss huwa obbligat għall-kumpens tal-passiġġieri minħabba nuqqasijiet għall-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament fosthom, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) tiegħu (sentenzi tal‑11 ta’ Mejju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din biss tista’ tissodisfa l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri ddikjarat fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004, li tiggarantixxi li l-passiġġier li t-titjira tiegħu ġiet irriżervata permezz ta’ terzi qabel ma ġiet ikkanċellata jkun f’pożizzjoni li jidentifika lid-debitur tal-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament (sentenza tal‑11 ta’ Mejju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt li t-trasportatur tal-ajru li jopera ma kienx jaf li, meta bagħat l-informazzjoni dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira kkonċernata, huwa ma kienx jikkomunika direttament mal-passiġġier. Fil-fatt, dak li huwa importanti huwa li l-passiġġier ma jkunx ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu fil-ħin. F’każ bħal dan u kif ġie rrilevat fil-punti 24 u 25 ta’ dan id-digriet, it-trasportatur tal-ajru li jopera biss huwa responsabbli għall-kumpens dovut lill-passiġġier minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa biss jekk il-passiġġier jawtorizza espressament lill-intermedjarju biex jirċievi l-informazzjoni mibgħuta mit-trasportatur tal-ajru li jopera u li din l-awtorizzazzjoni hija magħrufa minn dan it-trasportatur, li jista’ jitqies li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 huma ssodisfatti, meta t-trasportatur tal-ajru li jopera jibgħat l-informazzjoni dwar il-modifiki ta’ titjira lill-intermedjarju mingħajr ma dan l-intermedjarju sussegwentement jibgħat din l-informazzjoni lill-passiġġier (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li tali awtorizzazzjoni ma teżistix fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant,għandu jiġi rrilevat li l-obbligi li għandu t-trasportatur tal-ajru li jopera skont ir-Regolament Nru 261/2004 huma bla ħsara għad-dritt tiegħu li jitlob kumpens għad-danni, konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, minn kull persuna li minħabba fiha ġew ikkawżati n-nuqqasijiet ta’ dan it-trasportatur għat-twettiq tal-obbligi tiegħu, inklużi terzi, bħalma jipprevedi l-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament (sentenzi tal‑11 ta’ Mejju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Krijgsman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li dan l-Artikolu 13 jsemmi espliċitament lil terzi, minn dan jirriżulta li r-Regolament Nru 261/2004 ma jikkundizzjonax id-dritt tat-trasportatur tal-ajru li jopera li jitlob kumpens għall-eżistenza ta’ kuntratt, li jorbot lil dan tal-aħħar mal-intermedjarju li l-passiġġier tal-ajru uża sabiex jirriżerva t-titjira tiegħu (sentenza tal‑21 ta’ Diċembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Airhelp</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:1039">EU:C:2021:1039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(l)(ċ) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">it-trasportatur tal-ajru li jopera huwa obbligat iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni tat-titjira li l-passiġġier ma ġiex informat biha għall-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, meta dan it-trasportatur ikun bagħat l-informazzjoni fil-ħin lill-uniku indirizz elettroniku li kien ġie kkomunikat lilu waqt ir-riżervazzjoni, mingħajr madankollu ma kien jaf li dan l-indirizz kien jippermetti li jsir kuntatt biss mal-aġent, li permezz tiegħu saret ir-riżervazzjoni, iżda mhux li jsir kuntatt dirett mal-passiġġier u li dan l-aġent ma bagħatx l-informazzjoni lill-passiġġier fil-ħin.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>