|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4027 |
17.7.2024 |
P9_TA(2023)0262
Fjuwils marittimi sostenibbli (Inizjattiva FuelEU Maritime)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Lulju 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' fjuwils rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (COM(2021)0562 – C9-0333/2021 – 2021/0210(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2024/4027)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0562), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0333/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021 (1), |
|
— |
wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-26 ta' April 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0233/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2); |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 152, 6.4.2022, p. 145..
(2) Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fid-19 ta' Ottubru 2022 (ĠU C 149, 28.4.2023, p. 125).
P9_TC1-COD(2021)0210
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Lulju 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' karburanti rinnovabbli u b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/1805.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4027/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)