02013R0185 — MT — 15.07.2019 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 (ĠU L 062 6.3.2013, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1534 tat-12 ta' Ottubru 2018 |
L 257 |
21 |
15.10.2018 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1190 tal-11 ta' Lulju 2019 |
L 187 |
30 |
12.7.2019 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 185/2013
tal-5 ta’ Marzu 2013
li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tas-sajd allokati lil Spanja fl-2013 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed ta’ ċertu kwota tal-kavalli fl-2009
Artikolu 1
Il-kwoti tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żoni VIIIc, IX u X tal-ICES u fl-ilmijiet tal-UE taż-żona 34.1.1 tas-CECAF u għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fiż-żona VIII tal-ICES li tista’ tiġi allokata lil Spanja fis-snin mill-2013 sal-2023 għandhom jitnaqqsu kif jidher fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Stokk |
Il-kwota inizjali għall-2009 |
Il-kwota adattata għall-2009 |
Il-qabdiet stabbiliti għall-2009 |
Id-differenza bejn il-qabdiet u l-kwota (is-sajd żejjed) |
It-tnaqqis għall-2013 |
It-tnaqqis għall-2014 |
It-tnaqqis għall-2015 |
It-tnaqqis għall-2016 |
It-tnaqqis għall-2017 |
It-tnaqqis għall-2018 |
It-tnaqqis għall-2019 |
It-tnaqqis għall-2020 |
It-tnaqqis għall-2021 |
It-tnaqqis għall-2022 |
It-tnaqqis għall-2023 |
|
MAC8C 3411 |
29 529 |
25 525 |
90 954 |
–65 429 |
100 |
100 |
100 |
5 544 |
6 283 |
4 805 |
4 421 |
5 544 |
5 544 |
5 544 |
1 392 |
|
ANE08 (1) |
|
|
|
|
|
|
|
3 696 |
4 539 |
2 853 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
3 696 |
180 |
|
(1) Għall-inċova, is-sena tfisser l-istaġun tas-sajd li jibda f'dik is-sena. |
|||||||||||||||