Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali ewropew rigward il-Linji ta' gwida li ma jorbtux għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol SEC(2004)1594 /* KUMM/2004/0819 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, tal-21.12.2004 COM(2004)819 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW rigward il-Linji ta' gwida li ma jorbtux għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x'jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol SEC(2004)1594 L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE[1] jistipula li l-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida prattiċi ta' natura li ma jorbtux, biex jgħinu lill-Istati Membri, skond id-Direttiva, biex ifasslu l-politiki nazzjonali tagħhom u biex iħaffu l-konformità mar-regoli tagħhom rigward il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, b'mod partikolari rigward is-suġġetti referiti fl-Artikoli 3, 4, 5, u 6, u t-Taqsima I ta' l-Anness II. Sabiex taqdi dan id-dmir, il-Kummissjoni fasslet linji ta' gwida li jkopru s-suġġetti li ġejjin: Il-metodi analitiċi għall-kejl tal-valuri indikattivi ta' limitu ta' espożizzjoni fuq ix-xogħol (IOELVs) tas-sustanzi kimiċi inklużi fl-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/39/KE[2] li tistabbilixxi l-ewwel lista ta' valuri ta' limiti ta' espożizzjoni fuq ix-xogħol biex timplimenta d-Direttiva 98/24/KE Identifikazzjoni, valutazzjoni u kontroll tar-riskji li jiriżultaw minħabba l-preżenza ta' aġenti kimiċi perikolużi (HCAs) fil-post tax-xogħol. Prinċipji ġenerali għall-prevenzjoni tar-riskji relatati mal-HCAs u prevenzjoni speċifika u miżuri ta' ħarsien għall-kontroll ta' dawn ir-riskji. Sorveljanza medika u superviżjoni bijoloġika tal-ħaddiema esposti għaċ-ċomb u l-komposti joniċi tiegħu. Il-Kummissjoni ġiet megħjuna mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Ħarsien tas-Saħħa fil-Post tax-Xogħol meta fasslet dawn il-linji ta' gwida. Il-Kumitat ta opinjoni favorevoli fit-28 ta' Ġunju 2004. Il-Kumitat Konsultattiv iqis li l-Linji ta' Gwida jindirizzaw b'mod adegwat il-kwistjonijiet fondamentali kif espressi fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/24/KE msemmija hawn fuq. Jemmen ukoll li se jkunu dokument ta' referenza siewi għall-Istati Membri sabiex jużawh bħala għodda għall-iżvilupp tal-pariri tagħhom stess b'mod partikolari għall-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju. Skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 98/24/KE, il-Kummissjoni titlob lill-Istati Membri biex iqisu sakemm hu possibbli dawn il-linji ta' gwida fit-tfassil tal-politiki nazzjonali tagħhom għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema u sabiex jiżguraw li jitqassmu bl-iktar mod wiesa' possibbli fost il-gruppi ta' nies interessati. [1] ĠU L 131, 5.5.1998. [2] ĠU L 142, 16.6.2000.