|
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
50 |
DEĊIŻJONI MEĦUDA BI QBIL KOMUNI, FIL-LIVELL TAL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN, MILL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA MUNITA TAGĦHOM
ta' l-20 ta' Mejju 2005
li taħtar Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew
(2005/391/KE)
IL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN TA' L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA LI GĦANDHOM L-EURO BĦALA MUNITA TAGĦHOM,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 112(2)(b) u 122(4), u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidraw ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sinjur Lorenzo BINI SMAGHI huwa maħtur bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew b'mandat ta' tmien snin li jibda japplika mill-1 ta' Ġunju 2005.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 20 ta' Mejju 2005.
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU L 68, 15.3.2005, p. 40.
(2) Opinjoni mogħtija fl-11 ta' Mejju 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).