Official Journal L 345 , 01/12/1981 P. 0050 - 0051
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0080
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 23 P. 0200
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 14 P. 0080
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 23 P. 0200
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3423/81 tat-30 ta' Novembru 1981 dwar komunikazzjoni mill-Istati Membri ta' data rigward l-esportazzjoni ta' prodotti tac-ċereali u r-ross bħal għajnuna ta' ikel IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ; Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 ta' 29 ta' Ottubru 1975 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali [1], kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1949/81 [2], u partikolarment l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [3], kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Aċċessjoni tal-Greċja, u partikolarment l-Artikolu 26 tiegħu, Billi l-implimentazzjoni ta' l-impriżi magħmula mill-Komunità taħt il-Konvenzjoni ta' l-Għajnuna ta' l-Ikel għandha tiġi mwettqa flimkien mat-treġija ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq taċ-ċereali u r-ross kemm mal-Komunità u ħidmiet nazzjonali ta' għajnuna ta' l-ikel; Billi huwa meħtieġ, fil-kuntest ta' tali Konvenzjoni, għal Kummissjoni li jkollha għad-disposizzjoni tagħha ċertu data rigward l-implimentazzjoni ta' l-ħidmiet tal-Komunità u nazzjonali fuq għajnuna ta' ikel. Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali għaċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni għal kull xahar kalendarju, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara l-aħħar tax-xahar partikolari, id-data elenkata fl-Anness rigward esportazzjoni ta' prodotti ta' ċereali u ross effetwati bil-mod ta' għajnuna ta' l-ikel, kemm nazzjonali u tal-Komunità, taħt il-Konvenzjoni ta' l-Għajnuna ta' l-Ikel. 2. Fir-rigward ta' ħidmiet li saru fil-perjodu ta' l-1 ta' Awissu 1981 sad-data li fih dan ir-Regolament ġie fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data referuta fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1981. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 30 ta' Novembru 1994. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 281, tal-11.1.1975, pġ. 1. [2] ĠU L 198, tas-7.20.1981, pġ. 2. [3] ĠU L 166, tas-6.25.1976, pġ. 1. -------------------------------------------------- ANNESS +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------