|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4512 |
10.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11601 — KIWA / ADESSO / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4512)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Kiwa Deutschland GmbH (“Kiwa”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn SHV Holdings N.V. (in-Netherlands), |
|
— |
adesso SE (“adesso”, il-Ġermanja), |
|
— |
Kevla GmbH (“Kevla”, il-Ġermanja). |
Kiwa u adesso se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kevla.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Kiwa hija kumpanija li tispeċjalizza fl-ittestjar, l-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti skont standards ta’ ċertifikazzjoni speċifikati u hija attiva fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika u fl-Istati Uniti, |
|
— |
adesso tipprovdi firxa ta’ servizzi għall-integrazzjoni tal-back offices elettroniċi. Minbarra l-konsultazzjoni indipendenti mill-bejjiegħa, dawn is-servizzi jinkludu l-ippjanar, it-tfassil, l-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-IT. Hija attiva fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Afrika u fl-Istati Uniti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Kevla se jkunu dawn li ġejjin: Kevla ma għandha l-ebda negozju operattiv qabel l-akkwist minn Kiwa u adesso. L-impriża konġunta li għadha kif inħolqot se tkun l-operatur ta’ pjattaforma diġitali b’diversi naħat biex jiġi awtomatizzat l-iskambju ta’ dokumenti ta’ konformità bejn il-kumpaniji irrispettivament mis-settur tal-industrija tagħhom. Fil-bidu, l-enfasi tal-attivitajiet se tkun il-Ġermanja iżda tista’ toffri wkoll servizzi f’pajjiżi oħra.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2)jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11601 — KIWA / ADESSO / JV
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4512/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)