6.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 231/109


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1470

tal-5 ta’ Settembru 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u ta’ alfa galaktosidażi prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna, tat-tiġieġ imrobbi għall-bajd, ta’ speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd, u tal-għasafar ornamentali (id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa Industrial Técnica Pecuaria S.A.)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u ta’ alfa galaktosidażi prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u tal-alfa galaktosidażi prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740 bħala addittiv fl-għalf tat-tiġieġ tas-simna, tat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, ta’ speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u mrobbija għall-bajd, u tal-għasafar ornamentali biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ Marzu 2020 (2), u tal-10 ta’ Novembru 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li bil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilinażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u tal-alfa galaktosidażi prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740 ma għandux effett ħażin fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. Billi ma kellhiex data, l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-potenzjal tal-preparat li jkun irritanti għall-ġilda jew għall-għajnejn, jew li jkun sensitizzatur tal-ġilda. Minħabba n-natura proteinaċja tal-preparat, jenħtieġ li jitqies bħala sensitizzatur respiratorju potenzjali, iżda wieħed jista’ jassumi li l-esponiment ikun limitat, billi mhuwiex preparat li jinqala’ wisq trab minnu. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-preparat għandu l-potenzjal li jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku fl-għalf tal-ispeċijiet fil-mira li qed issir it-talba dwarhom. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li hemm għalfejn jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittiv fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u tal-alfa galaktosidażi prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dak il-preparat jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u tal-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2020;18(4):6086.

(3)   EFSA Journal 2021;19(12):6981.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

4a33

Industrial Técnica Pecuaria S.A

Endo-1,4-beta-ksilanażi u alfa galaktosidażi

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u ta’ alfa galaktosidażi (EC, 3.2.1.22) prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740 b’attività minima ta’ enzimi ta:

50 AXC (1)/g tal-addittiv u 40 GALU/g (2) tal-addittiv

Għamla solida

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ imrobbi għall-bajd

Speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna u dawk imrobbija għall-bajd

Għasafar ornamentali

-

18 AXC

14 GALU

-

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tal-premixxeli, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

2.

Għall-utenti tal-addittiv u tal-premixxeli, l-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u l-premixxeli għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali, inkluż il-protezzjoni tal-ġilda, tal-għajnejn u tan-nifs.

26.9.2032

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta mit-Trichoderma longibrachiatum CBS 139997 u alfa galaktosidażi (EC, 3.2.1.22) prodotta mill-Aspergillus tubingensis ATCC SD 6740

Metodu analitiku  (3)

Għall-kwantifikazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf:

—

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni enzimatika tal-endo-1,4-beta-ksilanażi i) fuq sottostrat ta’ arabinoksilan tal-qamħ (għall-addittiv tal-għalf u għall-premixxeli) u ii) fuq sottostrat ta’ ażo-ksilan (għall-għalf).

Għall-kwantifikazzjoni tal-alfa galaktosidażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf:

—

il-metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-alfa galaktosidażi fuq sottostrat ta’ para-nitrofenil-alfa-D-galaktopiranosid


(1)  Unità waħda ta’ attività tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (AXC) hija l-ammont ta’ enzima li tillibera 0,058 ta’ mikromol ta’ zokkriet riduċenti fil-minuta, espressi bħala ekwivalenti tal-ksilożju, minn sottostrat arabinoksilan tal-qamħ f’pH ta’ 4,7 u f’30oC.

(2)  Unità waħda ta’ attività tal-alfa galaktosidażi (GALU) hija ddefinita bħala l-ammont ta’ enzima li tiddegrada mikromol wieħed ta’ para-nitrofenil-alfa-D-galaktopiranosid fil-minuta f’pH ta’ 5,5 u f’37oC.

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en