|
26.11.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Mejju 2009
dwar il-miżuri C 20/07 (ex NN 31/07) implimentati minn Spanja favur Pickman
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 3541)
(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/849/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) tiegħu,
Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom (1) skont dawk id-dispożizzjonijiet, u wara li tqiesu l-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Wara allegazzjonijiet li waslu b’ittra reġistrata bid-data tal-5 ta’ April 2006, li skonthom l-awtoritajiet Spanjoli taw għajnuna mill-Istat lil Pickman — La Cartuja de Sevilla S.A. (minn issa ‘l quddiem “Pickman” jew “l-intrapriża”), il-Kummissjoni Ewropea (minn issa ‘l quddiem “il-Kummissjoni”) talbet informazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli permezz ta’ ittri bid-dati tat-12 ta’ April 2006 u tat-12 ta’ Frar 2007, li għalihom l-awtoritajiet Spanjoli wieġbu permezz ta’ ittri reġistrati bid-dati tas-7 ta’ Ġunju 2006, it-30 ta’ Awwissu 2006 u t-18 ta’ April 2007. |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-awtoritajiet Spanjoli li kienet iddeċidiet li tibda proċedura u rċeviet kummenti mingħandhom permezz ta’ ittri tal-15 ta’ Settembru 2007 u tas-26 ta’ Novembru 2007. |
|
(3) |
Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-10 ta’ Ottubru 2007 tad-Deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat (minn issa ‘l quddiem, “Id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura”), li permezz tagħha l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti tal-benefiċjarju tal-għajnuna, permezz ta’ ittri reġistrati tas-26 ta’ Novembru 2007 u tas-7 ta’ April 2008. Fit-12 ta’ Frar 2008 u l-11 ta’ April 2008 dawn il-kummenti ntbagħtu lill-awtoritajiet Spanjoli, li wieġbu fit-2 ta’ April 2008. Ma waslux kummenti mingħand partijiet terzi. |
2. IL-BENEFIĊJARJU
|
(4) |
Pickman huwa manifattur ta’ oġġetti taċ-ċeramika, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina, imwaqqaf f’Sevilla fl-1841. Il-kumpanija tradizzjonalment kienet tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ariġjanat ta’ kwalità għolja, kif ukoll fil-kummerċjalizzazzjoni diretta jew permezz ta’ stabbilimenti kollaborattivi ta’ bejgħ bl-imnut f’lukandi, restoranti u kumpaniji tal-catering. Reċentement, Pickman iddiversifika l-attivitajiet tiegħu fis-suq tar-rigali korporattivi, tal-lukandi u tar-restoranti. Bħalissa Pickman iħaddem madwar 140 impjegat, u fl-2005 l-fatturat tiegħu kien ta’ EUR 4,28 miljun. Għalhekk għandu jitqies bħala intrapriża ta’ daqs medju (2). |
|
(5) |
Pickman jopera fis-suq taċ-ċeramika, li globalment jirreġistra total ta’ bejgħ ta’ madwar EUR 26 000 miljun, li huwa stamat li jikkostitwixxi terz tat-total tal-produzzjoni dinjija u tħaddem 222 000 impjegat. Biex nieħdu eżempju konkret, il-qasam definit bħala “settijiet tal-mejda u oġġetti dekorattivi” għandu xi karatteristiċi speċifiċi, jiġifieri, bħala xogħol tal-idejn huwa intensiv ħafna, huwa strettament marbut mal-konsumatur finali u juri ħtieġa kbira li jikkompeti fid-disinn u l-kwalità. Dan is-suq huwa miftuħ għall-kummerċ intrakomunitarju, fejn ir-Renju Unit u l-Ġermanja huma l-pajjiżi produtturi u konsumaturi ewlenin, filwaqt li l-kwota ta’ Spanja hija inqas minn 5 %, u teżisti kompetizzjoni bejn il-produtturi. Fuq livell nazzjonali, jeżistu 11-il intrapriża li huma attivi fi Spanja, b’madwar 3 000 impjegat u b’volum ta’ bejgħ annwali ta’ 60 miljun biċċa, għal valur totali ta’ EUR 84 miljun fis-sena (3). |
3. MIŻURI
|
(6) |
Il-miżuri dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura huwa dawn li ġejjin (4):
|
4. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA
|
(7) |
Fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kkonkludiet temporanjament li l-miżuri 2 sa 7 jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE. |
|
(8) |
Minħabba li kien jidher li l-għan ewlieni tal-miżuri kien li tingħata għajnuna lill-intrapriża fi kriżi, il-Kummissjoni kkunsidrat li kienu applikabbli l-Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi fi kriżi (5) (minn issa ‘l quddiem “il-Linji Gwida tal-2004”) minħabba li l-miżura 7, fil-każ li tkun tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ġiet adottata wara d-dħul fis-seħħ ta’ dawn il-Linji Gwida. |
|
(9) |
B’mod partikolari, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni kienet din li ġejja:
|
|
(10) |
Skont l-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali biex tneħħi d-dubji tagħha, kemm rigward in-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri inkwistjoni kif ukoll fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq komuni. |
5. OSSERVAZZJONIJIET MINN SPANJA
|
(11) |
Wara li ġew informati dwar id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli bagħtu l-osservazzjonjiet li ġejjin dwar id-diversi miżuri inkwistjoni. |
Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali
|
(12) |
Fir-rigward tal-miżura 2, l-awtoritajiet Spanjoli jispeċifikaw li t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali, bħala kreditur preferut, kellu preċedenza fuq il-kredituri ordinarji, billi kien jiġi eżatt wara l-kredituri b’garanzija u dawk tad-dejn mal-persunal tal-intrapriża. Konsegwentawment, il-vantaġġ ta’ din il-preċedenza mhuwiex wieħed ta’ prijorità assoluta iżda jagħti l-opportunità ta’ astensjoni mill-iffirmar ta’ ftehim ġenerali tal-kredituri u l-għażla ta’ ftehim speċjali bil-ħsieb li jinkisbu kundizzjonjiet li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ikunu iktar favorevoli minn dawk li jagħti l-ftehim ġenerali tal-kredituri. L-awtoritajiet Spanjoli ddeskrivew ukoll fid-dettall l-uniċi żewġ alternattivi possibbli, jiġifieri, is-sekwestru tal-assi tanġibbli u dawk mhux tanġibbli speċifiċi. Madankollu dan ma kienx prijoritarju la fuq ipoteki oħrajn irreġistrati u lanqas fuq il-pagi tal-ħaddiema, u li, għalhekk, probabbilment kien jirriżulta fi rkupru inqas tad-dejn ta’ Pickman. |
|
(13) |
L-awtoritajiet Spanjoli jikkoreġu d-dikjarazzjoni inkluża fil-paragrafu 16 tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura u jispeċifikaw li, skont il-ftehim ġenerali tal-kredituri, kien hemm żewġ alternattivi, iktar milli żewġ possibbiltajiet kumulattivi: jew l-irkupru ta’ 5 % tad-drittijiet tal-kreditu f’75 ġurnata jew l-20 % fi żmien 17-il sena mingħajr imgħax. |
|
(14) |
Min-naħa l-oħra, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali ħa vantaġġ mill-pożizzjoni preferuta tiegħu u ma ffirmax il-ftehimiet ġenerali tal-kredituri, u għażel il-ftehim speċjali, li, fl-opinjoni tiegħu, kien itejjeb il-possibbiltajiet ta’ rkupru mqabbel mal-ftehim ġenerali tal-kredituri. Għalhekk, Pickman, li kellu jagħti EUR 4 miljun lit-Teżor tas-Sigurtà Soċjali, qabel li jħallas it-18 % ta’ dan l-ammont fi tmien snin, kif ukoll l-imgħax ta’ 3,25 % fis-sena. Barra minn hekk, il-ftehim speċjali kien jinkludi garanzija li biha l-ftehim seta’ jitħassar awtomatikament fil-każ li kwalunkwe kreditur ieħor jirċievi trattament iktar vantaġġuż. Fil-fatt, wara l-ħlas ta’ EUR 595 676,89 bħala kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema, fis-27 ta’ Mejju 2004 Pickman ħallas is-somma ta’ EUR 2 012 786,39. |
|
(15) |
Fl-aħħar, l-awtortajiet Spanjoli jsostnu li “l-interess ġenerali” msemmi fil-paragrafu 18 tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, jifforma parti minn forma ġenerika użata fil-ftehim kollu li jsir fil-proċeduri ta’ rkupru tad-dejn. Fir-realtà, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali kien qed jistenna li jirkupra l-ikbar ammont possibbli mingħand il-midjun, u b’hekk kien qed jaġixxi skont il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq u jinnega li kellu xi intenzjoni oħra minbarra dik li jakkwista l-aħjar irkupru possibbli. |
Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self
|
(16) |
L-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li, fid-dawl tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għal għajnuna mill-Istat f’forma ta’ garanzija (6) (minn issa ‘l quddiem, “l-avviż ta’ garanzija”), il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, Pickman ma jistax jitqies bħala intrapriża fi kriżi, u din kienet il-kundizzjoni sabiex jinkiseb self mingħajr l-intervent tal-Istat, minħabba li s-sitwazzjoni tiegħu tjiebet notevolment fl-2005, sal-punt li laħaq riżultati pożittivi fl-2006, u kien igawdi mill-fiduċja tal-banek, li fil-fatt tawh self b’kundizzjonjiet normali tas-suq, jigifieri bir-rata Euribor, li f’dak iż-żmien kienet ta’ 2,783 punt, b’żieda ta’ 1,25 punt. |
|
(17) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat, minħabba li l-garanzija kienet marbuta biss ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, jiġifieri, li tkopri 80 %, li jfisser EUR 1,3 miljun, tal-ammont totali ta’ self b’tul ta’ żmien limitat għal 10 snin. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Spanjoli jispeċifikaw li Pickman ħallas il-prezz tas-suq għall-garanzija minħabba li ħallas primjum ta’ 1,5 % fis-sena, u rreġistra ipoteka favur IDEA li weħedha kienet tirrappreżenta t-13 % tal-EUR 10 950 000 tal-valur tal-assi immobbli. |
Miżuri 3 sa 6: Self parteċipattiv u sussidji
|
(18) |
L-awtoritajiet Spanjoli ma ċaħdux it-tip ta’ għajnuna tal-miżuri 3 sa 6, iżda jsostnu li ma infurmawhomx minħabba li kienu kkunsidrawhom bħala parti mill-iskema ta’ għajnuna favur l-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-SMEs fl-Andalucía, li kien jipprevedi wkoll il-possibbiltà li tingħata għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ SMEs fi kriżi, li kien diġà awtorizzat mill-Kummissjoni (7) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema awtorizzata”). |
|
(19) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jgħidu li l-kundizzjonjiet kollha stipulati fl-iskema awtorizzata kienu ssodisfati. Jammettu li ma ġietx irrispettata bl-eżatt id-dispożizzjoni li kienet tiffissa t-total tal-ammont massimu tal-għajnuna awtorizzata lill-benefiċjarju, minħabba li l-miżuri 3 sa 6 kienu jammontaw għal total ta’ EUR 4,46 miljun. Madankollu, iqisu li l-fatt li ma nfurmawx lill-Kummisjoni dwar l-ammont żgħir ta’ EUR 0,46 miljun li kien hemm żejjed, jew anki dwar l-ammont totali tal-għajnuna, jikkostitwixxi irregolarità amministrattiva li taffettwa l-konformità sostanzjali tal-miżura fl-iskema awtorizzata. Dan il-fatt għandu jiġi rikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni. |
|
(20) |
Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet Spanjoli jsostnu li l-miżuri 3 sa 6 għandhom jiġu vvalutati skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ intrapriżi fi kriżi (8) adottati fl-1999 (minn issa ‘l quddiem “il-Linji Gwida tal-1999”) minħabba li dawn huma l-uniċi li kienu fis-seħħ meta ngħatat l-għajnuna, bħala operazzjoni eċċezzjonali prevista fi pjan ta’ ristrutturar mibgħut lill-awtoritajiet Spanjoli fil-kuntest tal-iskema awtorizzata. Fil-fatt, għall-kuntrarju tal-valutazzjoni preliminari mwettqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, l-awtoritajiet Spanjoli jikkunsidraw li l-miżura 7 ma għandhiex titqies bħala għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 15 u 16) minħabba li l-għajnuna għar-ristrutturar ingħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004. |
|
(21) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw il-fatt li, kemm skont il-Linji Gwida tal-1999 kif ukoll dawk tal-2004, l-għajnuna għandha titqies bħala għajnuna għar-ristutturar kompatibbli. Fil-fatt fl-2003 Pickman kellu 128 impjegat u l-fatturat tiegħu kien ta’ EUR 2.35 miljun, li jikkwalifika bħala SME, li hija t-tip ta’ intrapriża li għaliha l-Kummissjoni ma teħtieġx li tawtorizza pjan. Fi kwalunkwe każ, il-pjan ta’ ristrutturar jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kummissjoni, billi għandu tul ta’ żmien ta’ 6 snin, huwa limitat għall-minimu possibbli meħtieġ sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà ta’ Pickman, kif jidher ċar fl-istudju dwar is-suq anness, u jipprevedi kontribuzzjoni importanti ta’ Pickman għall-vijabbiltà tiegħu. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Spanjoli jirreferu għal Deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni awtorizzat għajnuna ta’ ristrutturar mingħajr avviż lil SME Spanjola oħra tal-istess qasam ta’ Pickman, Porcelanas del Principado (9), abbażi tal-konformità sostanzjali mal-kundizzjonjiet stabbiliti fil-Linji Gwida tal-1999 u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni limitata li tirriżulta mill-għajnuna. |
|
(22) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Spanjoli jenfasizzaw l-importanza li Pickman għandu fl-industrija lokali tal-Andalucía u ta’ Spanja, billi jqabblu t-tradizzjoni storika u kulturali tagħha mad-distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn għajnuna lil SME b’sehem limitat ħafna tas-suq. |
6. KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI
|
(23) |
Wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni rċeviet biss il-kummenti tal-benefiċjarju, Pickman, dwar id-diversi miżuri inkwistjoni. Dawn il-kummenti jidhru fil-paragrafi 24-32. |
Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali
|
(24) |
Pickman ikkontesta l-analiżi preliminari tal-Kummissjoni li kienet tgħid li l-miżura 2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u tikkonferma l-argumenti msemmija mill-awtoritajiet Spanjoli, li jaffermaw li l-ftehim speċjali ffirmat mat-Teżor tas-Sigurtà soċjali kien preferibbli u kien jiggarantixxi rkupru akbar u kemm jista’ jkun malajr, li jaqbel mal-ħsieb ta’ kreditur privat f’ekonomija tas-suq. Il-benefiċjarju jispeċifika wkoll il-fatt li, minn dak iż-żmien, tħallas id-dejn kollu pendenti ta’ Pickman mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali u l-kontribuzzjonjiet ta’ wara tħallsu b’mod regolari. |
Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self
|
(25) |
Fir-rigward tal-miżura 7, Pickman qal li din ma tistax titqies bħala għajnuna mill-Istat minħabba li ma tissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti fl-Avviż ta’ garanzija. |
|
(26) |
Fil-fatt, f’Diċembru tal-2005, Pickman kien ħiereġ mill-kriżi peress li t-telf tiegħu kien naqas minn EUR 2 miljun fl-2004 għal bejn wieħed u ieħor EUR 0,15 miljun fl-2005. Barra minn hekk, seta’ jieħu self ta’ flus u b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kiseb self li jammonta għal EUR 3,3 miljun mill-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla fl-2004, meta kien għadu fi żmien ta’ kriżi, u ta garanzija ta’ kollox b’ipoteka. Il-garanzija pubblika inkwistjoni għas-self ta’ EUR 1,6 miljun ma kinitx tkopri iktar minn 80 % tal-istess self, u t-tul ta’ żmien tagħha kien limitat għal għaxar snin. Fl-aħħar, tħallas il-prezz tas-suq għas-self: Pickman ħallas primjum ta’ 1,5 % fis-sena u assigura l-garanzija kompletament b’ipoteka favur IDEA fuq parti mill-assi immobbli tiegħu. |
|
(27) |
Bħala risposta għal talba mill-Kummissjoni għal stima tal-valur tal-assi immobbli ta’ Pickman matul l-aħħar snin, Pickman bagħat żewġ stimi indipendenti bid-dati tal-31 ta’ Mejju 2005 (EUR 10 962 598,56) u l-4 ta’ Ottubru 2007 (EUR 12 512 066,27). Fl-20 ta’ Mejju 2004, l-assi immobbli ma kellhomx ipoteka filwaqt li fit-8 ta’ Mejju 2007 kellhom żewġ ipoteki, l-ewwel waħda favur il-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla u t-tieni waħda favur IDEA, b’ammont ta’ EUR 3 300 000 b’żieda tal-interessi u l-ispejjeż, u ta’ EUR 1 300 000, b’żieda ta’ EUR 104 000 ta’ spejjeż rispettivament. Pickman isostni li l-ammont totali ta’ dawn l-ipoteki baqa’ jkun notevolment inqas mill-valur stmat tal-assi immobbli, u għalhekk is-sogru limitat ħafna li ħadet IDEA kien kopert fil-wisa’ skont il-prezz globali li normalment jitħallas fis-suq. Konsegwentament, Pickman jikkunsidra li jintlaħqu l-erba’ kundizzjonijiet u li ma teżistix għajnuna mill-Istat. |
Miżuri 3 sa 6: Self partiċipattiv u sussidji
|
(28) |
Pickman ma ddiskutiex il-valutazzjoni inizjali tal-Kummissjoni li tgħid li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, iżda jsostni li huma kompatibbli mal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, u li huma koperti mill-iskema awtorizzata, li tipprevedi l-possibbiltà li tingħata għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar ta’ SMEs fi kriżi. |
|
(29) |
Pickman saħaq fuq il-fatt li l-miżuri jissodisfaw ir-rekwiżit stabbilit fl-iskema awtorizzata, u li l-limitu ta’ EUR 4 miljun inqabeż biss b’EUR 0,46 miljun, li huwa ferm inqas mil-limitu ta’ EUR 10 miljun indikat fil-punt 68 tal-Linji Gwida tal-1999 għall-iskemi tal-għajnuna għall-SMEs. |
|
(30) |
L-iskema awtorizzata, kif ukoll il-Linji Gwida tal-1999, jirrikjedu li l-għajnuna tkun limitata għal minimu meħtieġ u li l-benefiċjarju jikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għall-pjan biex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà fuq medda twila, filwaqt li ma tipprevedix kumpens, bil-kundizzjoni biss li l-benefiċjarju tal-għajnuna li ma jżidx il-kapaċità produttiva tiegħu. |
|
(31) |
Pickman isostni li l-pjan ta’ ristrutturar li kien jawtorizza l-miżuri 3 sa 6, imfassal minn konsulent indipendenti, Auditoría y Consulta, S.A., f’Ottubru 2003, u approvat mill-awtoritajiet Spanjoli f’Marzu tal-2004, jissodisfa bis-sħiħ dawn ir-rekwiżiti f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ “għajnuna ta’ darba”, il-bżonn, il-kontribuzzjoni proprja, il-projbizzjoni taż-żieda fil-kapaċità, u l-perspettivi ta’ vijabbiltà fuq medda twil f’ċirkustanzi differenti. |
|
(32) |
L-aħħar nett, Pickman jispeċifika li l-miżuri ma kkawżawx distorsjoni li mhix xierqa fis-suq, billi taw benefiċċju lil intrapriża ta’ daqs medju li tinsab f’reġjun tal-Artikolu 87(3)(a), bi kwota tas-suq li hija ferm baxxa meta mqabbla mal-volumi kummerċjali ġenerali, li kkonformat bis-sħiħ mal-pjan taż-żmien għar-ristrutturar approvat u li effettivament saħħet il-qagħda finanzjarja tagħha mill-2006, u għalhekk ma kienx meħtieġ li jingħata kumpens. |
|
(33) |
Għal dak li jirrigwarda l-kummenti ta’ Pickman, l-awtoritajiet jappoġġaw bis-sħiħ l-argumenti ppreżentati, kif ukoll il-konklużjoni li l-miżuri 2 u 7 ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-miżuri 3 sa 6 jikkostitwixxu għajnuna eżistenti u li, fi kwalunkwe każ, hija kompatibbli mas-suq komuni. |
7. VALUTAZZJONI
Eżistenza tal-għajnuna
|
(34) |
F’konformità mal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, l-għajnuna mogħtija minn Stati Membri jew permezz ta’ fondi tal-Istat ta’ kwalunkwe tip, li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti intrapriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, titqies bħala inkompatibbli mas-suq komuni, billi taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(35) |
Bħala punt ta’ tluq, il-Kummissjoni se teżamina l-miżura 7 wara li tkun ivvalutat il-miżura 2, billi ssegwi l-istess ordni ta’ kummenti min-naħa tal-awtoritajiet Spanjoli u dawk tal-benefiċjarju. Fil-fatt, il-kwalifika tal-miżura 7 għandha implikazzjonijiet dwar is-sett ta’ regolamenti li għandhom jiġu applikati fuq il-bqija tal-miżuri 3-6, kif antiċipat fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura u kif stabbilita f’din id-Deċiżjoni. |
Miżura 2: Ħfir ta’ dejn mat-Teżor tas-Sigurtà Soċjali
|
(36) |
Fir-rigward tal-miżura 2, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura jirreferu għall-fatt jekk fin-negozjar tad-dejn ta’ Pickman, it-Teżor tas-Sigurtà Soċjali żvolġiex jew le r-rwol ta’ kreditur privat. |
|
(37) |
L-ewwel nett, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-krediti għall-kwoti tas-Sigurtà Soċjali jgawdu minn trattament ta’ preferenza, li jikkonsisti fil-possibbiltà li jintlaħaq ftehim speċjali minflok il-parteċipazzjoni fil-proċediment disponibbli għal kredituri mhux preferuti (10). |
|
(38) |
F’dan ir-rigward, l-informazzjoni ppreżentata mill-awtoritajiet Spanjoli, u kkonfermata mill-kopji taż-żewġ ftehimiet, twassal għall-konklużjoni li l-ftehim speċjali milħuq mit-Teżor tas-Sigurtà Soċjali ma’ Pickman kien iktar favorevoli mill-ftehim li sar mill-intrapriża mal-kredituri ġenerali. Fil-fatt, dan tal-aħħar kien jagħti biss l-opportunità lill-kredituri ġenerali biex jagħżlu bejn l-irkupru ta’ 5 % tad-drittijiet tal-kreditu f’75 jum jew ta’ 20 % fi 17-il sena bla imgħax, filwaqt li l-Istat, permezz ta’ ftehim speċjali, kiseb il-possibbiltà li jirkupra t-18 % tal-kreditu tiegħu fi 8 snin, b’imgħax ta’ 3,25 % fis-sena, u dan id-dejn kien effettivament irkuprat kollu skont il-kalendarju previst. |
|
(39) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li, fil-każ ta’ falliment eventwali ta’ Pickman, l-unika għażla li kien jibqagħlu t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali kienet tkun li jipprova jirkupra d-dejn tiegħu bis-sekwestru ta’ ċerti assi tanġibbli u mhux tanġibbli. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli wrew b’mod adegwat li din l-għażla kienet tkun inqas profitabbli: is-sekwestru tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ma kellu l-ebda valur reali, billi jagħti prijorità lill-ipoteka reġistrata minn qabel lill-organizzazzjoni pubblika RUMASA, u huwa raġonevoli li wieħed jaqbel mal-opinjoni tal-awtoritajiet Spanjoli, fis-sens li s-sekwestru eventwali tal-assi tanġibbli u mhux tanġibbli ma kienx ikun ċert, meta wieħed iqis li skont il-leġiżlazzjoni Spanjola dan kien jiddependi bilfors fuq xerrejja pontenzjali, li għalihom il-valur ta’ dawn l-assi kien ikun baxx ħafna jew saħansitra bla siwi ladarba jinfired mill-isem tal-intrapriża. Għalhekk, jidher li l-likwidazzjoni kienet tkun inqas favorevoli mis-suppożizzjonijiet li effettivament ikkunsidrat l-Amministrazzjoni Spanjola, li mill-pożizzjoni privileġġata tagħha fil-ftehim speċjali kellha provdut b’mod espliċitu fil-klawżola 10 li l-ftehim seta’ jitħassar fil-każ li jsir ftehim b’kundizzjonijiet aħjar ma’ kwalunkwe kreditur ieħor. |
|
(40) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni hija konvinta li jibqa’ jidher ċar biżżejjed li t-Teżor tas-Sigurtà Soċjali aġixxa skont il-prinċipju ta’ kreditur f’ekonomija tas-suq, konformi mas-sentenza Tubacex (11), billi fittex alternattiva li setgħet fil-fatt ittih garanzija tal-aħjar irkupru possibbli bl-iktar kundizzjonijiet effettivi. Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta’ ħfir tad-dejn ta’ Pickman mas-Sigrutà Soċjali ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat. |
Miżura 7: Garanzija pubblika għas-self
|
(41) |
Għal dak li jirrigwarda l-miżura 7, fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kellha d-dubji tagħha dwar jekk Pickman setax jikseb self ta’ EUR 1.3 miljun mill-Caja Provincial San Fernando de Sevilla y Jerez mingħajr il-garanzija fuq EUR 1.3 miljun mingħand IDEA. |
|
(42) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-miżura fil-kuntest tal-Avviż fuq il-garanzija. Fil-fatt, kif speċifikat fit-Taqsima 4, il-garanziji individwali ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE jekk i) min jissellef ma jkunx jinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli, ii) min jissellef ikun f’qagħda li jikseb, teorikament, self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr l-intervent tal-Istat, iii) il-garanzija hija marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, tirreferi għal ammont fiss, ma tkoprix iktar minn 80 % tas-self u għandha tul ta’ żmien limitat, u iv) għall-garanzija tħallas prezz tas-suq, li jirrifletti elementi varji, bħal pereżempju t-tul ta’ żmien u l-benefiċċji mogħtija mill-istess garanzija. |
|
(43) |
Skont l-Avviż ta’ garanzija u l-prattika rilevanti tal-Kummissjoni, il-kundizzjoni iii) kienet issodisfata minħabba li hija marbuta ma’ self speċifiku, limitat għal 10 snin u li jkopri biss 80 % tal-istess self, jigifieri l-ammont fiss ta’ EUR 1,3 miljun. |
|
(44) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni i), il-Kummissjoni tikkunsidra li fil-mument meta sar is-self u l-garanzija fit-28 ta’ Diċembru 2005, kien għadu ma spiċċax il-perjodu ta’ ristrutturar. Madankollu, huwa minnu li f’Diċembru 2005 s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Pickman kienet tjiebet b’mod konsiderevoli u li l-pjan ta’ ristrutturar kien laħaq fażi konsolidata, filwaqt li kien irreġistra qligħ ta’ EUR 0,7 miljun fl-2006. Minħabba dawn ir-raġunijiet, wieħed ma jistax jeskludi li Pickman ma kienx diġà f’sitwazzjoni ta’ kriżi meta ngħata l-għajnuna ta’ garanzija. Madankollu, minħabba li l-perjodu ta’ ristrutturar kien spiċċa, wieħed ma jistax jeskludi li Pickman kien għadu jħabbat wiċċu ma’ xi diffikultajiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li l-garanzija ma kinitx ivvalutata skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(45) |
Fir-rigward tal-kundizzjoni (ii), tajjeb li wieħed isemmi li fl-2004, meta l-intrapriża kienet ċertament tikkwalifika bħala intrapriża fi kriżi, Pickman kiseb self mill-Monte de Piedad y Caja de Ahorros de Huelva y Sevilla ta’ EUR 3,3 miljun, bis-saħħa tal-fatt li seta’ jiggarantixxi għalih bis-sħiħ permezz ta’ ipoteka fuq parti mill-assi tal-intrapriża. |
|
(46) |
A fortiori, ma jistax jiġi affermat li Pickman ma kienx f’qagħda li jikseb self mingħajr intervent tal-Istat fl-aħħar tal-2005. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ li ġara meta ma kisibx is-self mingħajr intervent pubbliku fl-2004, l-ewwel parti tar-ristrutturar kienet tlestiet u l-pjan kien issoda fuq il-bażi ta’ sitwazzjoni finanzjarja iktar b’saħħitha. Barra minn hekk, Pickman iggarantixxa s-self tiegħu fl-2004 direttament mal-bank minflok ma’ IDEA. Il-fatt li l-Caja Provincial San Fernando de Sevilla y Jerez aċċetat li tagħti self lil Pickman b’kundizzjonijiet tas-suq, u li ħa s-sogru ta’ 20 % tas-self imsemmi bla garanziji jew sigurtà oħra fuq din il-parti, jikkonferma din il-konklużjoni. |
|
(47) |
Fid-dawl ta’ dan, minn naħa, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li fit-28 ta’ Diċembru 2005 Pickman kien għadu jikkwalifika bħala intrapriża fi kriżi, iżda min-naħa l-oħra, tikkonsidra li Pickman seta’ jikseb mill-bidu self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr intervent mill-Istat, b’tali mod li t-total tal-għajnuna ma jikkorrispondix mat-total tas-self, iżda jippreżenta vantaġġ ekonomiku potenzjali li jirriżulta mill-istess garanzija mill-Istat. |
|
(48) |
Fl-aħħar, għal dak li jirrigwarda l-kundizzjoni iv), il-Kummissjoni tirrikonoxxi li s-self kien ingħata għal 10 snin bi prezz tas-suq, jiġifieri, b’imgħax tat-tip Euribor, li dakinhar kien ta’ 2,783 punt iktar, b’żieda ta’ 1,25 %, li jista’ jitqabbel ma’ dak tas-suq Spanjol għal krediti għal intrapriżi b’saħħithom. Fir-rigward tal-prezz imħallas għal garanzija, kif speċifikat qabel, minħabba li ma jistax jiġi eskluż li Pickman kien fi kriżi, għandu jiġi vverifikat jekk il-primjum kienx jikkorrispondi mal-primjums tas-suq. F’dan il-każ, ma jistax jiġi eskluż, meta wieħed jikkunsidra l-istatut tal-intrapriża, li dan il-primjum kien jinkludi element ta’ għajnuna. Madankollu, fl-istess ħin wieħed irid jispeċifika li fid-dawl tal-prattika attwali tal-Kummissjoni, l-element ta’ għajnuna jidher pjuttost limitat. L-ewwel nett, il-Kummissjoni aċċettat il-primjum ta’ garanzija ta’ 1,5 % mingħajr għajnuna mill-Istat skont il-prattika tal-Kummissjoni li taċċetta primjum ta’ 0,5 % għal skemi ta’ garanzija għal intrapriżi b’saħħithom mingħajr depożitu ta’ garanzija (12). F’dan il-każ, il-primjum huwa 3 darbiet ikbar. It-tieni nett, il-garanzija f’dan il-każ kellha ipoteka ta’ sigurtà ta’ EUR 10 962 598,56 favur l-Istat fil-31 ta’ Mejju 2005, u ta’ EUR 12 512 066,27 fl-4 ta’ Ottubru 2007. |
|
(49) |
Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li Pickman seta’ kiseb self mingħajr l-intervent tal-Istat bis-saħħa tas-sikurezza ta’ livell għoli u tas-sitwazzjoni finanzjarja mtejba tagħha. Għalhekk, l-għajnuna ma tiġix ikkalkulata skont l-ammont totali tas-self. L-għajnuna tikkonsisti fid-differenza bejn il-primjum li tħallas u dak li kieku intrapriża f’sitwazzjoni simili kien ikollha tħallas, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-garanzija finanzjarja miksuba kollha. Fid-dawl tal-ammont limitat ta’ self ta’ EUR 1,6 miljun, il-livell għoli tal-garanzija u l-fatt li din tinvolvi primjum ta’ 1,5 %, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-element ta’ għajnuna ma għandux jaqbeż il-EUR 100 000, il-limitu minimu fis-seħħ dak iż-żmien (13). |
Miżuri 3 sa 6: Self partiċipattiv u sussidji
|
(50) |
Fir-rigward tal-miżuri 3 sa 6, fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni kienet tiddubita kemm dawn setgħu jitqiesu li ma jikkostitwux għajnuna skont il-prinċipju ta’ investitur f’ekonomija tas-suq. |
|
(51) |
Dawn id-dubji huma kkonfermati b’din id-Deċiżjoni. Effettivament, is-sussidji ma setgħux jingħataw lura u s-self parteċipattiv kellu jiġi rkuprat annwalment permezz ta’ trasferiment ta’ 10 % mill-qligħ li ma kienx irendi imgħax, u għalhekk jidher ċar li l-Junta de Andalucía, billi ma stenniet l-ebda rendiment mill-investiment, ma użatx l-istess trattament bħalma kieku kien juża investitur f’ekonomija tas-suq. Barra minn hekk, dawn il-miżuri, li ġew mogħtija fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturar għall-perjodu 2004-2009, ġew approvati mill-Junta ta’ Andalucía u, għalhekk, huma attribwiti għall-Istat jew għal awtorità pubblika. Dawn il-miżuri kienu jagħtu lill-benefiċjarju uniku, Pickman, vantaġġ selettiv li jikkonsisti f’self preferenzjali u sussidji diretti, li normalment mhumiex disponibbli għal intrapriżi oħrajn. Pickman huwa attiv fil-qasam tas-suq tal-oġġetti taċ-ċeramika, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina. Ladarba dawn il-prodotti jiġu kkummerċjalizzati fil-Komunità, il-miżuri inkwistjoni jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni u li jolqtu ħażin il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Spanja ma tiddubitax mill-kwalifika ta’ dawn il-miżuri bħala għajnuna mill-Istat. |
|
(52) |
Għalhekk, il-miżuri 3 sa 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE, u għalhekk għandha ssir valutazzjoni tal-kompatibbiltà eventwali tagħhom. Il-fatt li l-għajnuna diġà ngħatat, u li ma ġiex osservat l-obbligu li għandhom l-Istati Membri biex javżaw dwar l-għajnuna minn qabel skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE, jimplika li din tikkostitwixxi għajnuna illegali. |
Kumpatibbiltà tal-għajnuna
|
(53) |
L-Artikolu 87, paragrafi 2 u 3 tat-Trattat, jipprovdi għal eċċezzjonijiet tal-inkompatibbiltà ġenerali deskritta fil-paragrafu 1 tal-istess Artikolu. Skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, b’mod partikulari, tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna bil-ħsieb li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, dejjem jekk din ma tbiddilx il-kundizzjonijiet ta’ skambju kontra l-interess komuni. |
|
(54) |
Ladarba l-miżura 7 ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat (ara l-premessi 41 sa 50), għall-kuntrarju ta’ dak li ġie kkunsidrat qabel id-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kompatibbiltà tal-miżuri 3 sa 6 ma għandhiex tiġi vvalutata skont il-Linji Gwida tal-2004. |
|
(55) |
Fil-fatt, il-punt 104 tal-Linji Gwida tal-2004 jagħmilha ċara li “il-Kummissjoni teżamina l-kompattibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna kollha mogħtija għas-salvataġġ u r-ristrutturar, mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u, għalhekk, bi ksur tad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3 tal-Artkolu 88 tat-Trattat skont dawn il-Linji Gwida, meta l-għajnuna, jew parti minnha, tkun ingħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
(56) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-miżuri 3 sa 6, bħala operazzjoni eċċezzjonali prevista minn pjan ta’ ristrutturar, li ngħataw fid-data tal-approvazzjoni mill-awtoritajiet Spanjoli tal-pjan, it-2 ta’ Marzu 2004, u li l-ebda parti mill-għajnuna ma ngħatat wara l-pubblikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2004. Għalhekk japplikaw il-Linji Gwida tal-1999. |
|
(57) |
Fit-Taqsima 3.2.2 tal-Linji Gwida tal-1999, hemm stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għar-ristrutturar, soġġetti għad-dispożizzjoni speċjali fil-punt 55, li fil-każ ta’ SME, jintqal li l-kundizzjonijiet inkwistjoni japplikaw b’mod inqas riġidu u, partikolarment, normalment ma jesiġux kumpens. Il-Kummisjoni kkunsidrat din il-valutazzjoni speċifika fi kwistjoni, fost l-oħrajn, li tirrigwarda wkoll SME fil-qasam tal-produzzjoni ta’ oġġetti taċ-ċeramica, taċ-ċaqquf jew tal-kina li jintużaw fil-kċina, l-intrapriża Porcelanas del Principado (14). |
|
(58) |
L-ewwel nett, huwa meħtieġ li l-intrapriża tkun ikkunsidrata bħala waħda fi kriżi skont kif stabbilit fil-Linji Gwida. Kif ammettew l-awtoritajiet Spanjoli, sal-2004 Pickman kien jinsab fit-tali sitwazzjoni, kif muri mill-fatt li l-fondi tagħha kienu negattivi u t-telf kien qed jiżdied, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-assi tagħha kienu tpoġġew bħala ipoteka favur l-intrapriża RUMESA, u għalhekk kien kważi ċert li f’qasir żmien din kienet se twaqqaf in-negozju. |
|
(59) |
It-tieni nett, l-għoti tal-għajnuna huwa soġġett għal pjan ta’ ristrutturar, li għandu jkollu perjodu ta’ żmien kemm jista’ jkun qasir, biex jerġa’ jistabilixxi l-vijabbiltà tal-intrapriża għal perjodu ta’ żmien twil u raġonevoli abbażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet tal-azjenda fil-ġejjieni. Fir-rigward tal-SMEs, skont il-prattika tal-Kummissjoni, id-dispożizzjoni fil-paragrafu 55 kienet tiġi interpretata fis-sens li teskludi l-ħtieġa li l-Kummissjoni nnifisha tawtorizza pjan fil-każijiet ta’ skemi applikabbli għal SMEs. |
|
(60) |
Kif osservaw l-awtoritajiet Spanjoli, Pickman bagħtet pjan ta’ ristrutturar lill-awtoritajiet nazzjonali, imħejji minn esperti indipendenti tal-Auditoría y Consulta S.A., illi:
|
|
(61) |
Barra minn hekk, fil-pjan ta’ ristrutturar kienu qed jiġu ppjanati żewġ fażijiet differenti: l-ewwel fażi kienet tinkludi l-biċċa l-kbira tal-interventi fl-2004, filwaqt li t-tieni fażi kienet tikkonsisti fit-tisħiħ gradwali tas-sitwazzjoni ġenerali ta’ Pickman fis-snin 2005-2009 (ara t-Tabella 2). Dawn l-interventi, bil-ħsieb li jikkoreġu n-nuqqasijiet strutturali tal-intrapriża u li jiggarantixxu l-vijabbiltà tagħha għal terminu ta’ żmien twil jirreferu għall-istabbiliment ta’ ġestjoni ġdida, l-ippjanar ta’ pjanta organizzattiva adegwata għall-proċess ta’ produzzjoni, it-tnaqqis u t-tqassim mill-ġdid tal-persunal, in-negozjar ta’ ftehim kollettiv ġdid, ir-riorganizzazzjoni fl-użu ta’ impjanti bl-għan li dawn jintużaw bl-aħjar mod, immodernizzar importanti fit-tekonoloġija u l-IT, l-investiment fil-qasam kummerċjali fis-sens ta’ persunal u ta’ azjendi tekniċi tal-marketing, il-ħolqien ta’ kanali ġodda ta’ distribuzzjoni, il-bilanċ bejn il-fondi proprji u l-kapital soċjali, l-aġġustament tal-proporzjon ta’ dejn u l-kisba ta’ livell minimu ta’ likwidità. |
|
(62) |
Fil-pjan, dawn l-interventi msemmija jirreferu għal ipoteżijiet diversi, u jirriflettu l-eventwalitajiet l-iktar ottimisti, l-inqas ottimisti u dawk medji, u l-adozzjoni tal-eventwalitajiet medji ta’ produttività f’livelli ta’ 7.5 %, u livelli ta’ bejgħ li jirriflettu dawk irreġistrati mill-impriża fl-2002, jidhru li jippreżentaw tbassir finanzjarju realistiku, li l-figuri ewlenin tiegħu jidhru fit-Tabella 1 u li sal-lum effettivament intlaħqu. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(63) |
It-tielet nett, għandha tiġi evitata kull distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni. Ladarba “l-għajnuna mogħtija lill-intrapriżi inkluża fil-kategorija tal-SMEs tbiddel, bħala regola ġenerali, il-kundizzjonijiet tal-iskambju fuq dimenjsoni iżgħar minn dik mogħtija lill-intrapriżi l-kbar”, “l-għoti ma jkunx, ġeneralment, marbut ma’ kumpens” (il-punt 55 tal-Linji Gwida tal-1999) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. F’dan ir-rigward, ta’ min josserva li Pickman huwa intrapriża ta’ daqs medju b’137 impjegat u b’bejgħ ta’ EUR 2 miljun fl-2003, bi kwota tas-suq limitata għal-livell Komunitarju. Barra minn hekk, ta’ min jispeċifika li fil-każ ta’ Porcelanas del Principado, intrapriża ta’ daqs medju li topera fl-istess qasam, il-Kummissjoni ma imponietx miżuri ta’ kumpens. Skont din l-istess prattika, id-distorsjoni limitata tal-kompetizzjoni li setgħet irriżultat mill-għajnuna lil Pickman ma teħtieġx l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens. |
|
(64) |
Barra minn hekk, milli jidher fil-każ ta’ Pickman, i) mhijiex prevista żieda fil-kapaċità bħala konsegwenza tal-pjan ta’ ristrutturar; ii) il-persunal tal-intrapriża għandu jiġi organizzat mill-ġdid bi tnaqqis f’ċerti impjanti u b’investiment fil-qasam kummerċjali u f’dak tal-informatika; iii) id-daqs ta’ Pickman huwa żgħir, jista’ jikkwalifika għall-għajnuna; iv) il-preżenza li minnha tista’ tgawdi l-intrapriża fis-suq hija limitata ħafna u kienet saħansitra iktar minn hekk fl-2003 meta mqabbla mal-kompetituri tagħha (ara l-istudju tas-suq imsemmi qabel), u fl-aħħar nett, v) skont il-mappa ta’ għajnuniet b’għan reġjonali fi Spanja għall-perjodu 2000-2006 (15), l-Andalucía kienet f’żona NUTS II u, skont il-PGD per capita (livell tal-poter tal-akkwist) tagħha, inqas minn 60 % tal-medja Komunitarja, tista’ tikkwalifika ma’ dak stabbilit fil-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat KE. |
|
(65) |
Fid-dawl ta’ dawn ir-raġunijiet, speċjalment l-impenn meħud minn Pickman biex ma jżidx il-kapaċità tiegħu, il-fatt li l-benefiċjarju jidħol fi ħdan it-tifsira ta’ SME, u li għandu pożizzjoni kompetittiva limitata u li jinsab f’żona assistita, il-Kummissjoni, skont il-prattika normali tagħha, tikkunsidra li t-tielet kundizzjoni hija sodisfatta, ladarba d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-miżuri hija limitata u li ċertament ma tmurx kontra l-interess komuni. |
|
(66) |
Ir-raba’ nett, l-ammont u l-intensità tal-għajnuna għandhom ikunu limitati għall-inqas meħtieġ biex jippermettu r-ristrutturar proporzjonat skont il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-intrapriża. Wieħed jispera li l-benefiċjarju tal-għajnuna jagħti kontribut importanti fil-pjan ta’ ristrutturar permezz tal-fondi tiegħu ladarba dan huwa kkunsidrat bħala sinjal li s-swieq għandhom fiduċja li jista’ jirnexxilu jistabbilixxi mill-ġdid il-vijabbiltà. |
|
(67) |
Min-naħa l-oħra, l-ammont tal-għajnuna li l-awtoritajiet Spanjoli taw lil Pickman tela’ għal total ta’ EUR 4.46 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-għajnuna kellha tintuża biex jitħallsu l-kredituri li kellhom jitħallsu f’qasir żmien (“Inversiones Jara S.A.” u “Faïencerie de Bouskoura”), filwaqt li s-sussidji ntużaw għal spejjeż tal-ħaddiema u, fuq kollox, f’investimenti li kellhom jimmaturaw wara għadd ta’ snin, kif jidher fit-Tabella 2. Tabella 2
|
|||||||||||||||||||||
|
(68) |
Min-naħa l-oħra, Pickman ikkontribwixxa għall-vijabbiltà tiegħu b’valur ta’ EUR 6,24 miljun, li ġew minn self privat miksub mill-propjetarju l-ġdid f’kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr l-ebda tip ta’ appoġġ pubbliku. Dan l-ammont jirrappreżenta t-58,3 % tal-finanzjament totali, li għalih Pickman “ikkontribwixxa b’mod importanti” f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida tal-1999. Barra minn hekk, l-assi finanzjarji tal-intrapriża, li jidhru fit-Tabella 1, juru biċ-ċar li m’hemmx tbassir ta’ likwidità eċċessiva bħala riżultat tal-pjan. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex terġa’ tiġi stabbilita l-vijabbiltà. |
|
(69) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tistma li, wara li qieset il-kunsiderazzjonijiet imsemmija qabel, il-miżuri 3 sa 6 provduti fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Pickman jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti għall-SMEs fil-Linji Gwida tal-1999 u għandhom ikunu kkunsidrati bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE. |
8. KONKLUŻJONI
|
(70) |
Wara li kkunsidrat dak kollu imsemmi hawn, il-Kummissjoni tikkonkludi li:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżura 2, li timplika ħfir ta’ dejn mas-Siġurtà Soċjali permezz ta’ ftehim speċjali, differenti mill-ftehim ġenerali tal-kredituri, ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, minħabba li tirrispetta l-prinċipju ta’ kreditur privat f’ekonomija tas-suq.
L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżuri 3, 4, 5 u 6, dwar self parteċipattiv u sussidji mogħtija mill-Junta de Andalucía fil-kuntest ta’ pjan ta’ ristrutturar ippreżentat biss fuq livell nazzjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali li, skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat KE, hija kompatibbli mas-suq komuni.
L-għajnuna mogħtija minn Spanja permezz tal-miżura 7, li tikkonsisti f’garanzija mill-Junta de Andalucía ta’ EUR 1,3 miljun fuq is-self ta’ EUR 1,6 miljun, tikkostiwixxi għajnuna de minimis, li taqa’ barra mill-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2009.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 239, 11.10.2007, p. 12.
(2) Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar it-tifsira ta’ mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(3) Tagħrif mill-paġna tal-Internet tal-Industrija Ewropea taċ-Ċeramika www.cerameunie.eu u tal-Eurostat http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page?_pageid = 1073,46587259&_dad = portal&_schema = PORTAL&p_product_code = KS-BW-07-001
(4) Għal finijiet ta’ ċarezza, in-numri użati fid-Deċiżjoni ta’ bidu ta’ proċedura se jintużaw ukoll f’din id-Deċiżjoni.
(5) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.
(7) Nru 507/2000 Skema tal-għajnuna reġjonali għall-investiment u l-impjiegi marbutin mal-investiment fl-SMEs.
(8) ĠU C 288, 9.10.1999, p. 2.
(9) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/32/KE (ĠU L 11, 16.1.2004, p. 1).
(10) Ara r-Real Decreto legislativo 1/1994 tal-20 ta’ Ġunju 1994, li japprova Adattament tat-Test tal-Liġi Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali li tirreferi għall-paragrafu 1 tal-Artikolu 1924 tal-Kodiċi Ċivili u l-Artikolu 943, paragrafu 1. D, tal-Kodiċi tal-Kummerċ.
(11) Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tas-29 ta’ April 1999, fil-każ C-342/96, ECR 1996, p. I-2459.
(12) Ara pereżempju l-każ Nru 512/07 (ĠU C 12, 17.1.2009, p. 1).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).
(14) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (ĠU L 11, 16.1.2004, p. 1).
(15) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-każ Nru C 773/1999, Mappa ta’ għajnuniet b’għan reġjonali għall-perjodu 2000-2006 (ĠU C 184, 1.7.2000, p. 22).
(*1) L-investimenti jikkonsistu fi nfiq ta’ stallazzjonijiet informatiċi u software (45 %), kostruzzjoni (1,5 %), stallazzjonijiet tekniċi (12 %) u stallazzjonijiet oħra (3 %).