|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/877 |
22.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/877
tal-21 ta’ Marzu 2024
li jemenda l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istatus ta’ riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika taċ-Ċekja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-Taqsima A, il-punt 2.2, l-ewwel paragrafu, tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSE) f’annimali bovini, ovini u kaprini. L-Artikolu 15(1) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi, inter alia, li t-tqegħid fis-suq jew, jekk meħtieġ, l-esportazzjoni ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini u s-semen, l-embrijuni u l-ova tagħhom huma soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII tiegħu. |
|
(2) |
It-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet li japplikaw għat-tqegħid fis-suq tal-annimali ovini u kaprini u s-semen u l-embrijuni tagħhom. Il-punt 2.1 ta’ dik it-Taqsima jipprevedi li meta Stat Membru jqis li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu jippreżenta riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika, huwa għandu jissottometti dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa lill-Kummissjoni li turi li l-kriterji stabbiliti f’dak il-punt huma ssodisfati. Barra minn hekk, il-punt 2.2 ta’ dik it-Taqsima jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tapprova l-istatus ta’ riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika tal-Istat Membru jew taż-żona tal-Istat Membru. Il-punt 2.3 ta’ dik it-Taqsima jelenka l-Istati Membri li għalihom ġie approvat l-istatus ta’ riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika. |
|
(3) |
Fit-22 ta’ Mejju 2022, iċ-Ċekja ppreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni biex tiġi rikonoxxuta bħala Stat Membru li għandu status ta’ riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika. Fil-25 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni talbet l-għajnuna xjentifika u teknika tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) biex tevalwa jekk dak l-Istat Membru, fl-applikazzjoni tiegħu, weriex konformità mat-Taqsima A, il-punt 2.1(c) u l-punt 2.2, tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
|
(4) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2023, l-EFSA ppubblikat rapport xjentifiku (2) bi tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni (“ir-rapport tal-EFSA”). Ir-rapport tal-EFSA jikkonkludi li, abbażi tas-sensittività tal-ittestjar ipprovduta mill-evalwazzjonijiet tal-passat tat-testijiet tal-iskrinjar dijanjostiku mill-EFSA u mill-Istitut taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza (IRMM), iċ-Ċekja wriet konformità mat-Taqsima A, il-punt 2.1(c), tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għal kull waħda mis-seba’ snin preċedenti. |
|
(5) |
Ir-rapport tal-EFSA jikkonkludi wkoll li, abbażi tas-sensittività tal-ittestjar ipprovduta mill-evalwazzjonijiet tal-passat tat-testijiet tal-iskrinjar dijanjostiku mill-EFSA u mill-IRMM, l-intenzjonijiet taċ-Ċekja li jikkonċernaw is-sorveljanza tal-iscrapie klassika fil-futur ikunu konformi mat-Taqsima A, il-punt 2.2 tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. |
|
(6) |
Filwaqt li jitqies ir-rapport tal-EFSA u l-eżitu favorevoli tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ din l-applikazzjoni mal-kriterji l-oħra stabbiliti fit-Taqsima A, il-punt 2.1, tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jenħtieġ li ċ-Ċekja tiġi elenkata bħala Stat Membru b’riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li t-Taqsima A, il-punt 2.3 tal-Kapitolu A tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tiġi emendata sabiex iċ-Ċekja tiżdied mal-lista ta’ Stati Membri bi status ta’ riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/999/oj?locale=mt.
(2) https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/8335.
ANNESS
Fl-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fil-Kapitolu A, fit-Taqsima A, il-Punt 2.3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
“2.3. |
L-Istati Membri jew żona tal-Istat Membru b’riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika huma li ġejjin:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/877/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)