|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1332 |
21.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1332
tas-17 ta’ Mejju 2024
li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard jew l-irtirar tiegħu, ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(4), it-tieni subparagrafu, 36(4) u 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, u kif dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għal kategoriji differenti ta’ mard elenkat. Dak ir-Regolament jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), u għall-programmi ta’ eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), u għall-approvazzjoni ta’ tali programmi mill-Kummissjoni. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll li l-Kummissjoni tapprova jew tirtira l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (b) u (c), tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod aktar partikolari, jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bi status ta’ ħelsien mill-mard, u jelenka wkoll il-programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard teħtieġ l-emenda ta’ ċerti Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġi approvat l-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni tagħhom u tiġi rtirata l-approvazzjoni għal ċerti żoni tal-Istati Membri fejn ġew ikkonfermati tifqigħat ta’ mard jew fejn il-kondizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ma għadhomx jiġu ssodisfati, u sabiex jiġu approvati ċerti programmi ta’ eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi ppreżentati lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. Suis, bid-dijarea virali bovina (BVD), għall-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (BTV), bis-septiċemija emorraġika virali (VHS) u bin-nekrożi emopojetika infettiva (IHN), diversi Stati Membri reċentement applikaw lill-Kummissjoni biex ikollhom status ta’ ħelsien mill-mard jew għal emendi għall-programmi ta’ eradikazzjoni approvati għal ċerti żoni tat-territorju tagħhom. Barra minn hekk Stat Membru nnotifika tifqigħat ta’ infezzjoni bil-BTV u dan jeħtieġ li jiġi rifless ukoll fl-Anness rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(5) |
Għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. Suis fl-annimali bovini, l-Italja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Provinċja ta’ Agrigento fir-reġjun ta’ Sqallija. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. Għalhekk, jenħtieġ li dik il-provinċja tiġi elenkata bħala żona ħielsa mill-Brucella abortus, mill-B. melitensis u mill-B. suis fl-annimali bovini fil-Parti I, il-Kapitolu 1, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. |
|
(6) |
Għall-BVD, il-Ġermanja ressqet informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fir-reġjuni ta’ Göttingen, Northeim u Stade fl-istat tas-Sassonja t’Isfel u fir-reġjun ta’ Kleve fl-istat ta’ Nordrhein-Westfalen. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawn l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. Għalhekk, jenħtieġ li dawk iż-żoni jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-BVD. |
|
(7) |
Fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-infezzjoni bis-serotip 4 tal-BTV fil-provinċja ta’ Alicante fil-komunità awtonoma ta’ Valenzja. Peress li din il-provinċja għandha status ta’ ħelsien mill-mard u hija elenkata fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-BTV tiġi rtirata, u jenħtieġ li l-entrata għal Spanja f’dik il-lista tiġi emendata skont dan. |
|
(8) |
Spanja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV diġà approvat għaż-żona elenkata fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 biż-żieda ta’ żona waħda li tinkludi l-provinċja ta’ Alicante fil-komunità awtonoma ta’ Valenzja. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona tiżdied mal-entrata għal Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, u li l-emenda proposta għall-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV tiġi approvata. |
|
(9) |
Għall-infezzjoni bil-VHS, id-Danimarka u l-Estonja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-VHS stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati għat-territorji rispettivi tagħhom kollha. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dawk l-applikazzjonijiet kienu jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi elenkat it-territorju kollu ta’ dawk l-Istati Membri fil-Parti I tal-Anness XII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-VHS. |
|
(10) |
Għall-infezzjoni bil-IHN, l-Estonja u l-Finlandja ressqu informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-IHN stipulati fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati għat-territorju kollu u għal kompartiment wieħed rispettivament. Wara l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, intwera li dik l-applikazzjoni kienet tikkonforma mal-kriterji stipulati fil-Parti II, il-Kapitolu 4, tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-IHN. Għalhekk, jenħtieġ li t-territorju kollu tal-Estonja u kompartiment wieħed fil-Finlandja jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, li għandhom status ta’ ħelsien mill-mard għall-IHN. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformita mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, VII, VIII, XII, u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
ANNESS
L-Annessi I, VII, VIII, XII u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
l-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
l-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
l-Anness XIII huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1332/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)