|
20.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 80/93 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/614
tal-14 ta’ Marzu 2023
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (EUMPM Niger/1/2023)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2444 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2444, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar, inter alia, il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni għall-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) (il-“Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE”). |
|
(2) |
Fit-2 ta’ Frar 2023, l-awtoritajiet militari Taljani pproponew il-ħatra tal-Kurunell Antonio D’AGOSTINO bħala l-ewwel Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mill-1 ta’ Marzu 2023. |
|
(3) |
Fis-7 ta’ Frar 2023, il-Kmandant tal-Missjoni għal EUMPM Niger appoġġa din in-nomina. |
|
(4) |
Fl-10 ta’ Frar 2023, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea qabel li jirrakkomanda li l-KPS jaħtar lill-Kurunell Antonio D’AGOSTINO bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mill-1 ta’ Marzu 2023. |
|
(5) |
Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Kurunell Antonio D’AGOSTINO. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Antonio D’AGOSTINO huwa b’dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niger) mill-1 ta’ Marzu 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2023.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK