15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 129/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/613

tal-15 ta’ April 2021

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 (1).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, jenħtieġ li tiżdied persuna waħda mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25).


ANNESS

L-entrata li ġejja tiżdied mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693:

“7.

Mesut SEKERCI; data tat-twelid: 22 ta’ Lulju 1995; post tat-twelid: Evreux (Franza); nazzjonalità: Franċiża, Torka.”