|
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 252/2022
tat-23 ta’ Settembru 2022
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/781]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/732 tas-26 ta’ Jannar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 667/2014 fir-rigward tal-kontenut tal-fajl li għandu jiġi ppreżentat mill-uffiċjal tal-investigazzjoni lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, id-dritt ta’ smigħ fir-rigward ta’ deċiżjonijiet interim u d-depożiti ta’ multi u pagamenti perjodiċi ta’ penali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt 31bco (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 667/2014) tal-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Jiżdied dan li ġej: “, kif emendat bi:
|
|
2. |
L-adattamenti minn (d) sa (g) huma nnumerati mill-ġdid bħala adattamenti minn (e) sa (h). |
|
3. |
l-adattament li ġej jiżdied wara l-adattament (c):
|
Artikolu 2
It-test tar-Regolament Delegat (UE) 2021/732 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Settembru 2022, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2019 tal-5 ta’ Frar 2021 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kristján Andri STEFÁNSSON
(*) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(2) Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.