26.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 139/88


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1039

tal-24 ta’ Mejju 2023

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw id-djun li jirriżultaw min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fil-qafas tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2022

(notifikata bid-dokument C(2023) 3272)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 104 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 51 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

L-Artikolu 104(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9, 17, 21 u 34, l-Artikolu 35(4), l-Artikoli 36, 37, 38, 40 sa 43, 51, 52, 54, 56, 59, 63, 64, 67, 68, 70 sa 75, 77, 91 sa 97, 99 u 100, l-Artikolu 102(2) u l-Artikoli 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jibqgħu japplikaw, fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2022.

(2)

L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 (3) jipprevedi li l-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), il-punt (b), l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 7, l-Artikoli 21 sa 25, l-Artikolu 27, l-Artikolu 28, l-Artikolu 29, l-Artikolu 30(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 30(2), (3) u (4), l-Artikoli 31 sa 40 u l-Artikoli 42 sa 47 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (4) jibqgħu japplikaw, fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa ffinanzjata mill-FAEG matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għas-sena finanzjarja 2022.

(3)

L-Artikolu 64, it-tieni paragrafu, il-punt (c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 jipprevedi li l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jibqgħu japplikaw għall-finijiet tal-Artikolu 32, il-punti (f) u (g), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128 għas-sena finanzjarja 2022.

(4)

Skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mir-Renju Unit, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena li tiġi wara s-sena baġitarja kkonċernata.

(5)

Skont l-Artikolu 138(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Renju Unit għandu obbligu li jkompli jiżgura l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għar-rikonoxximent, ir-reġistrazzjoni u l-irkupru ta’ djun li jirriżultaw min-nefqa ffinanzjata mill-FAEG fil-qafas tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-perjodu tal-programmazzjoni 2007-2013, f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2021/2116, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2022, jenħtieġ li jitqiesu r-rikonoxximent, ir-reġistrazzjoni u l-irkupru tad-djun mir-Renju Unit bejn is-16 ta’ Ottubru 2021 u l-15 ta’ Ottubru 2022, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/128.

(7)

Il-Kummissjoni ċċekkjat l-informazzjoni li ssottometta r-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi li qed tipproponi.

(8)

Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(9)

Skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit jenħtieġ li jħallas 50 % mill-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jesiġi li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid jissottometti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit jenħtieġ jehmeż tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrapporta l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament, abbażi tat-tabelli li r-Renju Unit ikun mela.

(10)

Skont l-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jsegwix l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru, jew fi żmien tmien snin f’każ li l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru jenħtieġ li jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom ir-Renju Unit iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha ħa d-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tad-djun li jirriżultaw min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-perspettivi finanzjarji preċedenti, f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-sena finanzjarja 2022.

L-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxi l-ammonti rekuperabbli mingħand ir-Renju Unit jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jista’ jkun tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex teskludi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).


ANNESS

Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2022 - FAEG

Ammont li għandu jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu

 

 

2022 - Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet għalihom huma

Total ta’ a + b

Ammont li għandu jitħallas f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-FAEG

Total

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (-) jew jitħallas (+) lir-Renju Unit  (1)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c=a+b

d

e=c+d

f=e

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

-19 336,80

-19 336,80

-19 336,80

UK

EUR

-1 474 812,20

0,00

-1 474 812,20

0,00

-1 474 812,20

-1 474 812,20


 

 

Nefqa  (2)

Dħul assenjat  (2)

Artikolu 54(2) (=d)

Total (=f)

0802 06 01

6200

6200

g

h

i

j=g+h+i

UK

GBP

0,00

0,00

-19 336,80

-19 336,80

UK

EUR

0,00

-1 474 812,20

0,00

-1 474 812,20

NB: Nomenklatura 2023 : 0802 06 01 , 6200


(1)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014.

(2)  BL 08 02 06 01 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f’BL 62 00 u dawk pożittivi favur ir-Renju Unit li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.