Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0042 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 58/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim taż-ŻEE Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2003 [1]. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 dwar l-istatistiċi strutturali tal-kummerċ [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim: "- 32002 R 2056: Ir-Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 317, tal-21.11.2002, p. 1)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolamnent (KE) Nru 2056/2002 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 76. [2] ĠU L 317, tal-21.11.2002, p. 1. [3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati. --------------------------------------------------