<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑115/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0115</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:566">EU:C:2015:566</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI – KAWŻA C‑115/14</P><P>REGIOPOST</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fid-<DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑115/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">RegioPost GmbH &amp; Co. KG</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stadt Landau</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Sitwazzjoni purament interna</KEYWORD><KEYWORD>Identità nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/71/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 26</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi postali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom, li jintrabtu li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed iwettaq is-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, awtorità kontraenti ta’ Stat Membru hija awtorizzata, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, li teżiġi, mill-offerenti u mis-subappaltaturi tagħhom, li jintrabtu li jħallsu paga minima fis-siegħa lil persunal li jkun ser jeżegwixxi s-servizzi fil-mira tal-imsemmi kuntratt?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan huwa essenzjalment, il-qofol tad-domandi preliminari magħmula mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fil-kuntest tat-tilwima bejn RegioPost GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>RegioPost<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fornitur ta’ servizzi postali u Stadt Landau in der Pfalz, komun li jinsab fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni, li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonfrontat fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għalkemm f’ċirkustanzi legali u fattwali differenti, teħtieġ, essenzjalment, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="134" PAGE.FIRST="114" DATE.PUB="2004">ĠU L 134, p. 114</REF.DOC.OJ>, li ġie emendat permezz ta’ <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2004">ĠU L 351, p. 44</REF.DOC.OJ>. Din id-direttiva ġiet emendata fl-aħħar lok permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2011 tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE> li jemenda d-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-proċeduri tal-għoti tal-kuntratti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2011">ĠU L 319, p. 43</REF.DOC.OJ>). Ġiet issostitwita permezz tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>). Din l-aħħar direttiva ma kinitx applikabbli madankollu fiż-żmien tal-fatti li taw lok għat-tilwima fil-kawża prinċipali.</P></NOTE> u l-Artikolu 56 TFUE fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju li, fit-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, l-iStadt Landau in der Pfalz ħareġ sejħa għal offerti fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, li kellha fil-mira tagħha kuntratt pubbliku relatat mas-servizzi postali ta’ din il-belt, maqsuma f’żewġ lottijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, la kien hemm paga minima ġenerali fil-Ġermanja, peress li din ma ġietx introdotta, bir-rata ta’ EUR 8.50 fis-siegħa (gross), ħlief mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, u lanqas ftehim kollettiv li japplika b’mod ġenerali u mandatorju, li jkopri r-relazzjonijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tas-servizzi postali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Dan premess, skont l-indikazzjonijiet fl-avviż tal-kuntratt maħruġ mill-iStadt Landau in der Pfalz dwar il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kapaċità ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> tal-kontraent, dan tal-aħħar kellu josserva d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz relatata mal-garanzija tal-osservanza tal-ftehim kollettiv u tal-paga minima fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi [(Landesgesetz zur Gewährleistung von Tariftreue und Mindestentgelt bei öffentlichen Auftragsvergaben (Landestariftreuegesetz), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>LTTG<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>] tal-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-LTTG jistabbilixxi li din il-liġi għandha l-għan li tissielet kontra t-tixkil tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, li jirriżulta mill-użu ta’ persunal b’salarji baxxi u li ttaffi l-piżijiet fuq is-sistemi tas-sigurtà soċjali. L-awtorità kontraenti ma tistax għalhekk tagħti kuntratti pubbliċi ħlief lil impriżi li jħallsu lill-impjegati tagħhom il-paga minima prevista fil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-LTTG jippreċiża li l-kuntratti pubbliċi ma jistgħux jingħataw ħlief lil impriżi li fil-mument tad-depożitu tal-offerta tagħhom jintrabtu bil-miktub li jħallsu lil persunal tagħhom, għat-twettiq tas-servizz, paga ta’ mill-inqas EUR 8.50 (gross) fis-siegħa (paga minima) u li jimplementaw favur l-impjegati, matul il-perijodu tal-eżekuzzjoni, emendi fil-paga minima. Fiż-żmien meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 3(2) tal-LTTG, il-paga minima fis-siegħa stabbilita fl-Artikolu 3 tal-LTTG, żdiedet għal EUR 8.70 (gross) permezz tar-regolament tal-Gvern tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz. Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1) tal-LTTG iżid jgħid li, jekk id-dikjarazzjoni relatata mal-paga minima tkun nieqsa meta tiġi ddepożitata l-offerta u jekk lanqas ma tiġi ppreżentata wara li ssir talba f’dan is-sens, l-offerta tiġi eskluża mill-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni kien fihom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>mudell tad-dikjarazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> skont l-Artikolu 3 tal-LTTG li kien jistieden lil offerenti sabiex jippreżentaw, fil-mument tad-depożitu tal-offerta tagħhom, id-dikjarazzjoni f’isimhom, dwar l-osservanza tal-paga minima u d-dikjarazzjonijiet f’isem is-subappaltaturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE>, RegioPost saħqet li d-dikjarazzjonijiet dwar il-paga minima msemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG kienu jmorru kontra d-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Hija hemżet, mal-offerta tagħha, li ġiet iddepożitata fiż-żmien rikjest, id-dikjarazzjonijiet tas-subappaltaturi li ħejjiet hija stess, mingħajr iżda ma ddepożitat waħda għaliha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>, l-iStadt Landau in der Pfalz ta lil RegioPost il-possibbiltà li tippreżenta, <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, fi żmien erbatax-il jum, id-dikjarazzjonijiet relatati mal-paga minima msemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG, filwaqt li indika li kien ser jeskludi l-offerta ta’ RegioPost kemm-il darba din tal-aħħar tonqos li tissodisfa din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, mingħajr ma ppreżentat id-dikjarazzjonijiet mitluba mill-awtorità kontraenti, RegioPost sostniet l-ilmenti tagħha u stqarret li, fil-każ tal-esklużjoni tal-offerta tagħha, hija kienet ser tressaq azzjoni ta’ kontestazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, l-awtorità kontraenti informat lil RegioPost li l-offerta tagħha ma setgħetx tiġi evalwata fin-nuqqas tad-dikjarazzjonijiet mitluba. Hija indikat ukoll li ż-żewġ lottijiet tal-kuntratt inkwistjoni kienu ser jingħataw rispettivament lil PostCon Deutschland GmbH u lil Deutsche Post AG.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131023">23 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Vergabekammer Rheinland-Pfalz (il-kamra tal-kuntratti pubbliċi tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz) ċaħdet l-azzjoni mressqa minn RegioPost, billi qieset, b’mod partikolari, li l-offerta kienet ġiet ġustament eskluża minħabba n-nuqqas tad-dikjarazzjonijiet relatati mal-paga minima, li kienu ġew mitluba kif suppost, mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Adita bit-tilwima fl-appell, il-qorti tar-rinviju qieset li s-soluzzjoni għal dan tal-aħħar tiddependi fuq id-determinazzjoni tal-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 3 tal-LTTG huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, hija qieset li l-Artikolu 3 tal-LTTG fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>kundizzjoni partikolari li tikkonċerna l-eżekuzzjoni tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, liema kundizzjoni għandha fil-mira tagħha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kunsiderazzjonijiet soċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-sens tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, kundizzjoni li tkun biss leċita jekk tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li ma hijiex f’pożizzjoni li tivverifika din il-kompatibbiltà, fid-dawl ukoll tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mal-kompatibbiltà tal-Artikolu 3 tal-LTTG mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-obbligu impost fuq l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra, li jadattaw is-salarji mħallsa lill-impjegati tagħhom għal-livell tar-remunerazzjoni, li normalment huwa ogħla, applikabbli fil-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt fil-Ġermanja, itellef lil dawn l-impriżi minn vantaġġ kompetittiv. Għalhekk, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-LTTG jikkostitwixxi ostakolu li, fil-prinċipju, huwa pprojbit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis madankollu li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-LTTG għall-imsemmija impriżi, kemm-il darba jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19961216">16 ta’ Diċembru 1996</DATE> dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.</P></NOTE>, kienu ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Hija għandha madankollu xi dubji f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minn naħa, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, jekk l-Artikolu 3 tal-LTTG jikkostitwixxi dispożizzjoni leġiżlattiva li tistabbilixxi hija stess ir-rata tal-paga minima, din id-dispożizzjoni ma tiggarantixxix il-ħlas ta’ tali paga lill-persunal kollu tal-kontraenti. Hija tillimita ruħha, fil-fatt, għall-projbizzjoni imposta fuq l-awtoritajiet kontraenti li jagħtu kuntratt pubbliku lil offerenti li ma jintrabtux li jħallsu l-paga minima lil ħaddiema mqabbda sabiex jeżegwixxu l-imsemmi kuntratt biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 3 tal-LTTG japplika biss għal kuntratti pubbliċi u mhux għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti privati. Ħaddiem li jkun tqabbad sabiex jeżegwixxi tali kuntratt ma jistħoqqlux inqas protezzjoni soċjali minn ħaddiem li jeżegwixxi kuntratt pubbliku. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li l-applikazzjoni tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) f’sitwazzjoni bħalma hija dik fi-kawża prinċipali tkun kontroversjali fil-Ġermanja. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji serji dwar it-teżi li r-rekwiżit tal-applikazzjoni ġenerali ta’ rata ta’ paga minima għat-tipi kollha ta’ kuntratti inkwistjoni ma huwiex limitat ħlief għas-sitwazzjoni, li minnha oriġinat is-sentenza Rüffert, li fiha din ir-rata tkun stabbilita permezz ta’ ftehim kollettiv u mhux permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’każ li jiġi konkluż li r-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 3 tal-LTTG huwa kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE, il-qorti tar-rinviju tqis li jkun hemm lok, sussegwentement, li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà, mal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, tas-sanzjoni prevista fl-Artikolu 3 tal-LTTG, jiġifieri l-esklużjoni tal-offerent mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt. B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju għandha d-dubji tagħha dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-kundizzjoni tal-Artikolu 3 tal-LTTG tistax tiġi kklassifikata bħala kriterju ta’ selezzjoni kwalitattiva, li n-nuqqas tal-osservazzjoni tiegħu jkun jista’ jiġġustifika l-esklużjoni tal-offerent. Barra minn hekk, hija tqis li s-sanzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 tal-LTTG hija inutli peress li l-kontraenti jkun kuntrattwalment marbut li jħallas il-paga minima legali ladarba l-kuntratt ikun ġie konkluż, filwaqt li n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu huwa suġġett għall-penali stabbilita fl-Artikolu 7 tal-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1)</NO.P><TXT>L-[ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE], flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [96/71], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tobbliga lil awtorità kontraenti pubblika tagħti kuntratti biss lil impriżi li jimpenjaw ruħhom, b’subappaltaturi li wkoll jimpenjaw ruħhom bil-miktub, meta tiġi ppreżentata l-offerta, li jħallsu lill-impjegati tagħhom inkarigati bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, salarju minimu li jiġi stabbilit mill-Istat għall-kuntratti pubbliċi biss, iżda mhux għall-kuntratti privati, meta la jkun jeżisti salarju minimu ġenerali legali u lanqas ftehim kollettiv ta’ portata ġenerali li jorbot lill-eventwali offerent magħżul u lill-eventwali subappaltaturi tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</TXT><P>Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 26 tad-Direttiva [2004/18], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħat-tielet sentenza tal-Artikolu 3(1) LTTG li jipprevedi l-esklużjoni obbligatorja ta’ offerta fil-każ fejn operatur ekonomiku ma jimpenjax ruħu, mal-preżentazzjoni tal-offerta, f’dikjarazzjoni separata, għal att li, fil-każ tal-għoti tal-kuntratt, ikun kuntrattwalment marbut iwettaq anki jekk ma jkunx ippreżenta din id-dikjarazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi kienu fil-mira tal-osservazzjonijiet bil-miktub min-naħa tal-iStadt Landau in der Pfalz, ta’ Deutsche Post AG, tal-Gvernijiet Ġermaniżi, Daniżi, Taljani, Awstrijaċi u Norveġiżi, kif ukoll min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea. Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Taljan u dak Awstrijak, dawn il-partijiet kif ukoll RegioPost ittrattaw oralment il-kawża waqt is-seduta tad-<DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-ewwel domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 56 TFUE u mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, ta’ leġiżlazzjoni adottata minn entità federata ta’ Stat Membru li tobbliga lil offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lil persunal li jkun ser jitqabbad sabiex jeżegwixxi s-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku, paga minima ta’ EUR 8.70 (gross) fis-siegħa, stabbilit mill-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dwar il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-iStadt Landau in der Pfalz kif ukoll il-Gvernijiet Ġermaniżi u Taljani jsostnu li, kemm-il darba l-elementi kollha tal-kawża prinċipali jkunu limitati għall-konfini tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma hemmx lok li tingħata risposta għal din id-domanda, peress li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni relatati mal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi ma jkunux applikabbli għal tali sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jirnexxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tal-qorti tar-rinviju, l-impriżi kollha li pparteċipaw fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni huma stabbiliti fil-Ġermanja, dan il-kuntratt huwa eżegwit fit-territorju tal-Ġermanja, mingħajr ma jidher, fuq kollox, mill-elementi tal-proċess, li sejħu xi impriżi subappaltaturi stabbiliti fit-territorju ta’ Stati Membri oħra sabiex jipparteċipaw fl-eżekuzzjoni tal-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa minnu wkoll li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma japplikawx għal attivitajiet li t-totalità tal-elementi rilevanti tagħhom, hija limitata għall-intern ta’ Stat Membru wieħed biss<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Omalet</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑245/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:808">EU:C:2010:808</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>d-digriet Tudoran</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑92/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2051">EU:C:2014:2051</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis mandankollu li hija kompetenti sabiex tirrispondi għad-domandi li jikkonċernaw, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertajiet fundamentali, f’kuntesti fejn l-elementi kollha jkunu limitati għal Stat Membru wieħed biss u dan fi tliet każijiet: fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>imkien ma huwa eskluż<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li ċittadini ta’ Stati Membri oħra jistgħu, f’sitwazzjonijiet simili, iħabbtu wiċċhom mal-miżuri nazzjonali kontenzjużi tal-Istat Membru inkwistjoni meta jiġu biex jeżerċitaw wieħed mill-imsemmija libertajiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara, b’mod partikolari, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Blanco Pérez u Chao Gómez</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑570/07 u C‑571/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:300">EU:C:2010:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Garkalns</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑470/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:505">EU:C:2012:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Citroën Belux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:498">EU:C:2013:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, meta d-dritt intern jipprojbixxi d-diskriminazzjoni hekk imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>diskriminazzjoni inversa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Guimont</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑448/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:663">EU:C:2000:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Salzmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:283">EU:C:2003:283</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Susisalo u</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑84/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:374">EU:C:2012:374</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ordine degli Ingegneri di Verona e Provincia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:100">EU:C:2013:100</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u/jew meta, sabiex tissolva tilwima purament interna, id-dritt intern jirreferi, fil-prinċipju u b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>dirett u mhux kundizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, għan-normi tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cicala</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑482/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Nolan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑583/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Romeo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑313/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:718">EU:C:2013:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel linja ta’ ġurisprudenza li għadha kif issemmiet, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fis-sentenzi Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u Sokoll-Seebacher, li hija kienet kompetenti sabiex tirrispondi għal domandi preliminari li, minkejja n-natura purament interna tas-sitwazzjonijiet li taw lok għall-imsemmija domandi, kienu jikkonċernaw il-kompatibbiltà, mal-libertà ta’ stabbiliment ggarantita mit-trattat, tar-regoli nazzjonali li <HT TYPE="ITALIC">setgħu jipproduċu effetti</HT> li ma humiex limitati għal Stat Membru wieħed. Fil-fatt, f’dawn il-każijiet, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>imkien ma huwa eskluż<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> li ċittadini ta’ Stati Membri oħra setgħu kienu jew kienu interessati li jagħmlu użu mil-libertà fundamentali inkwistjoni f’dawn il-kawżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Venturini <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑159/12 sa C‑161/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:791">EU:C:2013:791</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sokoll‑Seebacher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑367/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:68">EU:C:2014:68</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Lil hinn mis-sitwazzjoni partikolari tat-tilwima fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja tidher għalhekk li hija marbuta li tivverifika jekk, minħabba l-għan jew l-istess natura tagħha, il-miżura nazzjonali inkwistjoni tistax tipproduċi effetti transkonfinali. Jekk dan huwa l-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taċċetta li tirrispondi għad-domandi rreferuti lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza tista’ tiġi trasposta għal din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-LTTG għandha l-għan li timponi fuq l-kontraenti ta’ kuntratti pubbliċi organizzati mill-awtoritajiet kontraenti tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, l-osservanza tal-paga minima stabbilita minn dan il-Land fl-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti. L-Artikolu 3 tal-LTTG jobbliga lil kull wieħed mill-offerenti kif ukoll lis-subappaltaturi eventwali tagħhom, indipendentement minn nazzjonalità jew mil-lok tar-residenza tagħhom, li jintrabtu bil-miktub, meta jiddepożitaw l-offerta, li josservaw l-imsemmija paga minima f’każ li l-kuntratt jiġi finalment mogħti lilhom. Bħala tali, il-LTTG tista’ tipproduċi għalhekk effetti li jmorru lil hinn mit-territorju Ġermaniż, peress li r-rekwiżiti li dan it-test jistabbilixxi japplikaw, mingħajr distinzjoni, għas-sejħiet kollha għal offerti, inklużi dawk fil-livell tal-Unjoni Ewropea, maħruġa mill-awtoritajiet kontraenti tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Din kienet, barra minn hekk, is-sitwazzjoni fil-mument tas-sejħa għal offerti li tat lok għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-proċess mibgħut mill-qorti tar-rinviju u kif ġie kkonfermat waqt is-seduta mill-iStadt Landau in der Pfalz, il-kuntratt pubbliku inkwistjoni nħareġ fuq il-livell tal-Unjoni u l-valur tiegħu huwa stmat li jeċċedi sewwa l-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> previst mill-Artikolu 7(b) tad-Direttiva 2004/18, li kien applikabbli fil-mument tal-fatti fil-kawża prinċipali għal kuntratti pubbliċi għal servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Is-servizzi li jissemmew fid-Direttiva 2004/18 jinkludu servizzi tat-trasport tal-posta bl-art, skont il-punt 4 tal-Anness II A. Il-limitu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> previst fil-punt 7(b) tad-Direttiva 2004/18 ġie stabbilit mill-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1251/2011.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bl-ebda mod ma jista’ jiġi eskluż għalhekk li, meta ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, din is-sejħa għal offerti setgħet interessat ċertu numru ta’ impriżi stabbiliti f’dawn l-Istati Membri għajr ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, iżda li finalment ma pparteċipawx fil-proċedura għall-għoti, minħabba raġunijiet li jistgħu jkunu marbuta mar-rekwiżiti imposti mill-Artikolu 3 tal-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Iżda hija fuq kollox ir-rabta li l-kawża prinċipali għandha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, li l-applikabbiltà tagħha hija inekwivoka, li tikkonvinċini sabiex inwarrab l-oġġezzjoni tal-inkompetenza u tal-inammissibbiltà sollevata mill-iStadt Landau in der Pfalz u mill-Gvern Ġermaniż u dak Taljan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Għalkemm dawn il-partijiet ikkonċernati jsostnu li l-ewwel domanda hija inammissibbli, il-konsegwenzi tal-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ sitwazzjoni purament interna kellhom iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddikjara, fil-prinċipju, l-inkompetenza tagħha sabiex tirrispondi għad-domanda. Fil-fatt, il-kwistjoni hija waħda, hawnhekk, ta’ sitwazzjoni li ma għandha l-ebda rabta mad-dritt tal-Unjoni u li għalhekk ma tistax tiġi rrettifikata billi tintbagħat domanda ġdida għal deċiżjoni preliminari.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif ġustament stqarret il-qorti tar-rinviju, l-Artikolu 26 ta’ din id-direttiva jagħti lill-awtoritajiet kontraenti d-dritt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>jniżżlu kondizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq [...] [tal-]kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, li jistgħu jipprevedu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kunsiderazzjonijiet soċjali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, kemm-il darba dawn ikunu indikati fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt u jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>kompatibbli mal-liġi tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ir-riferiment, għalhekk li jagħmel l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, ifisser li l-kundizzjonijiet relatati mal-osservanza ta’ rata ta’ paga minima, previsti mill-Artikolu 3 tal-LTTG li huma marbuta mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, għandhom ikunu kompatibbli mal-imsemmija dispożizzjonijiet, inkluża għalhekk, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iggarantita mit-Trattat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu tal-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jikkorrispondi għall-qofol stess tad-direttivi fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, li għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jiffavorixxu l-iżvilupp tal-kompetizzjoni effettiva u jistabbilixxu kriterji għall-għoti tal-kuntratt bl-għan li jiggarantixxu tali kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Concordia Bus Finland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑513/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:495">EU:C:2002:495</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fabricom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑21/03 u C‑34/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:127">EU:C:2005:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju għandha, l-istess bħall-awtorità kontraenti, tiżgura l-garanzija tal-ugwaljanza fit-trattament bejn l-offerenti li jkunu qed jipparteċipaw fis-sejħa għal offerti fir-rigward ta’ kuntratt li jaqa’ fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18, din tal-aħħar timponi għalhekk, fuq l-imsemmija qorti, li tikkonforma, fl-għoti tas-soluzzjonijiet f’sitwazzjoni purament interna, mas-soluzzjonijiet ipprovduti fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi jew tixkil eventwali tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, b’analoġija, għal dak li għandu x’jaqsam mal-obbligu li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali, tal-estensjoni tas-soluzzjonijiet li jipprovdi d-dritt tal-Unjoni għal sitwazzjonijiet purament interni: is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Modehuis A. Zwijnenburg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑352/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:282">EU:C:2010:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Isbir</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑522/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:711">EU:C:2013:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għalhekk, fi kwalunkwe każ, inkwantu l-avviż tal-kuntratt fil-kawża prinċipali jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, jidhirli li huma qabel kollox il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26 ta’ din tal-aħħar li huma, fil-fatt, fil-mira tal-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda preliminari tagħha. Għalhekk, jekk l-ewwel domanda rreferuta mill-qorti tar-rinviju tiġi fformulata mill-ġdid b’mod li din tkun tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun neċessarjament kompetenti sabiex tinterpreta dan l-artikolu. Fil-fatt, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18 ma tiddependix mir-rabta effettiva mal-moviment liberu bejn l-Istati Membri; dawn id-dispożizzjonijiet isiru rilevanti jekk l-ammont tal-kuntratt fil-kawża prinċipali jeċċedi l-limiti ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, b’analoġija, għal dak li għandu x’jaqsam mad-Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE tal-<DATE ISO="19930614">14 ta’ Ġunju 1993</DATE> li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163), li ġie mħassar permezz tad-Direttiva 2004/18, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Michaniki</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:731">EU:C:2008:731</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li huwa l-każ fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, inqis li l-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari rreferuta mill-qorti tar-rinviju. Kif indikat, tali kompetenza hija, fl-opinjoni tiegħi, evidenti jekk din id-domanda kellha tiġi fformulata mill-ġdid, fis-sens li hija għandha fil-mira tagħha l-interpretazzjoni tal-portata tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-mertu</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-osservazzjonijiet preċedenti relatati mal-formulazzjoni mill-ġdid tad-domanda rreferuta mill-qorti tar-rinviju, inqis li din tal-aħħar tixtieq tkun taf, sostantivament, jekk hemmx lok li l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, li tobbliga lil offerenti u s-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lil persunal li jkun ser jeżegwixxi s-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku, paga minima fis-siegħa ta’ EUR 8.70 (gross), stabbilit fl-imsemmija liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 jawtorizza lill-awtoritajiet kontraenti li jissuġġettaw l-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kondizzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jistgħu jipprevedu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kunsiderazzjonijiet soċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, kemm-il darba, minn naħa, dawn il-kundizzjonijiet ikunu indikati fl-avviż jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, u min-naħa l-oħra jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kompatibbli mal-liġi tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, l-osservanza mill-kontraenti tad-dispożizzjonijiet tal-LTTG, b’mod partikolari tal-Artikolu 3 tagħha, kienet indikata b’mod ċar kemm fl-avviż kif ukoll fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Barra minn hekk, ma hemmx dubju, fl-opinjoni tiegħi, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kunsiderazzjonijiet soċjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, jinkludu l-osservanza, mill-impriża kontraenti u mill-eventwali subappaltaturi tagħha, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, tar-rata ta’ paga minima stabbilita mil-liġi għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jingħataw din il-biċċa xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-premessa 34 ta’ din l-istess direttiva tikkonferma li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>liġijiet, regoli […], nazzjonali […], li huma fis-seħħ <HT TYPE="ITALIC">fl-oqsma tal-kondizzjonijiet tax-xogħol</HT> […], japplikaw matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, bil-kondizzjoni illi dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, <HT TYPE="ITALIC">jikkonformaw mal-liġi [tal-Unjoni</HT>]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Il-korsiv huwa tiegħi.</P></NOTE>. L-osservanza ta’ rata ta’ paga minima tista’ perfettament tagħmel parti mill-kategorija tal-kundizzjonijiet tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Bħala eżempju, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li jelenka <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jeżiġu mill-impriżi li jimpjegaw ħaddiema fit-territorju tagħhom għat-twettieq ta’ provvisti ta’ servizzi, isemmi b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ir-rati minimi ta’ ħlas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, moqri fid-dawl tal-premessa 34 ta’ din tal-aħħar, il-possibbiltà li l-osservanza ta’ tali rata ta’ paga minima tiġi imposta, għandha madankollu tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-kwistjoni hija waħda li jiġi vverifikat jekk ir-rekwiżit tal-osservanza ta’ rata ta’ paga minima fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, huwiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet rilevant tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-partijiet ikkonċernati jqisu li tali eżami għandu jsir l-ewwel u qabel kollox, jekk mhux esklużivament, fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, inkwantu din id-dispożizzjoni tirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jistgħu jeżiġu l-Istati Membri min-naħa tal-impriżi li jimpjegaw ħaddiema, għal żmien temporanju, fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Din il-linja ta’ ħsieb ma tikkonvinċinix.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ir-raġuni għal dan hija li huwa stabbilit li l-kawża prinċipali ma tikkonċerna l-ebda miżura ta’ impjieg tal-ħaddiema msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71. B’mod partikolari, għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt li għalih għamlet l-offerta tagħha RegioPost, li hija stabbilita fil-Ġermanja, hija ma kellhiex l-intenzjoni li tqabbad xi stabbiliment jew xi impriża fil-grupp tagħha sabiex timpjega ħaddiema fit-territorju Ġermaniż, lanqas li tuża s-servizzi ta’ impriża ta’ xogħol temporanju jew ta’ impriża li tipprovdi ħaddiema minn Stat Membru ieħor, sabiex tibbenefika mill-impjieg ta’ dawn tal-aħħar fil-Ġermanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva tal-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, is-sitwazzjoni li minnha oriġinat il-kawża preżenti ma hijiex daqshekk differenti, sostantivament, minn dik li tat lok għas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li teżamina l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, tal-leġiżlazzjoni tal-Land Ġermaniż li kienet timponi l-osservanza, mill-impriżi kontraenti tal-kuntratt pubbliku, ta’ rata ta’ paga minima stabbilita minn din l-istess leġiżlazzjoni, għar-raġuni li s-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali ma kinitx koperta minn waħda mit-tliet miżuri transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mit-talba għal deċiżjoni preliminari f’dik il-kawża kien jirriżulta li l-impriża Bundesdruckerei ma kellhiex l-intenzjoni li teżegwixxi l-kuntratt pubbliku inkwistjoni (li kien jirreferi għall-enumerazzjoni ta’ dokumenti u għall-konverżjoni ta’ data għal komun Ġermaniż) permezz tal-impjieg ta’ ħaddiema fit-territorju Ġermaniż, iżda billi tagħtih f’idejn ħaddiema ta’ waħda mill-impriżi sussidjarji tagħha, stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, jiġifieri r-Repubblika tal-Polonja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem</HT> (punti 25 u 26).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, skont ir-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm is-sitwazzjoni kienet waħda transnazzjonali, din tal-aħħar ma kinitx timplika ċ-ċaqliq, għal żmien temporanju, lejn it-territorju Ġermaniż, għall-eżekuzzjoni tal-provvista ta’ servizzi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Irid jingħad ukoll li sabiex warrbet l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ffokatx fuq is-sitwazzjoni kif kienet fil-mument meta l-awtorità kontraenti ħarġet l-avviż tagħha għall-kuntratt fuq livell Ewropew, mument li fih l-impjieg ta’ ħaddiema fit-territorju Ġermaniż kien għadu possibbli, iżda fuq is-sitwazzjoni preċiża tal-impriża Bundesdruckerei, li tat lok għar-rinviju preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, minn dawn iċ-ċirkustanzi, li kien biss l-Artikolu 56 TFUE li kien rilevanti għall-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Din hija wkoll l-attitudni, fl-opinjoni tiegħi, li għandha tiġi adottata fil-kawża preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, f’sitwazzjoni bħalma hija dik fil-kawża prinċipali, inqis li r-rinviju abbażi tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, għad-dritt tal-Unjoni, għandu biss fil-mira tiegħu l-Artikolu 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mal-verifika tal-kompatibbiltà ta’ regola tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 3 tal-LTTG, mal-Artikolu 56 TFUE, din teħtieġ essenzjalment li jiġi ddeterminat jekk ir-rata ta’ paga minima, prevista fil-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, tikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-għan tal-ġlieda kontra t-tixkil tal-kompetizzjoni jew l-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema, kif sostnew kemm l-iStadt Landau in der Pfalz kif ukoll il-Gvern Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma hemm l-ebda dubju li, meta wieħed jeżiġi l-osservanza ta’ rata ta’ paga minima fis-siegħa ta’ EUR 8.70 (gross) min-naħa tal-kontraenti tal-kuntratti pubbliċi u tas-subappaltaturi eventwali tagħhom, leġiżlazzjoni bħalma hija dik tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, tista’ tpoġġi, fuq fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stati Membri oħra għajr il-Ġermanja, fejn ir-rati tal-paga minima huma inferjuri, piż ekonomiku supplimentari li jista’ jipprojbixxi, itellef jew jagħmel inqas attraenti l-eżekuzzjoni tas-servizzi tagħhom fil-Ġermanja. Għalhekk, tali miżura nazzjonali tista’ tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bundesdruckerei</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑549/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2235">EU:C:2014:2235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk tali miżura nazzjonali tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl, b’mod partikolari, tal-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kemm RegioPost kif ukoll il-Kummissjoni jqisu li, b’riferiment, b’mod partikolari, għall-punti 29 u 39 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), dan mhux il-każ peress li l-protezzjoni li joffri l-Artikolu 3(1) tal-LTTG ma testendix għall-ħaddiema li jitqabbdu jeżegwixxu kuntratti privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx ma’ din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-kawża Rüffert, il-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija dwar il-kwistjoni tal-kompatibbiltà mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 u mal-Artikolu 56 TFUE tal-leġiżlazzjoni ta’ Land Ġermaniż li kienet teżiġi mill-kontraenti ta’ kuntratti pubbliċi tal-kostruzzjoni u ta’ trasporti pubbliċi lokali, li josservaw, fl-eżekuzzjoni tal-imsemmija kuntratti, ir-rata ta’ paga stabbilita minn ftehim kollettiv li għalih kienet tirreferi l-leġiżlazzjoni tal-Land inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-Direttiva 96/71 li, fid-dawl tar-raġunament tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) hija wkoll rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, qamet għalhekk il-kwistjoni dwar jekk il-ftehim kollettiv inkwistjoni f’din il-kawża kienx ġie ddikjarat bħala wieħed ta’ applikazzjoni ġenerali, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan ma kienx il-każ u li għalhekk il-modalitajiet sabiex tiġi stabbilita r-rata tal-paga minima previsti fid-Direttiva 96/71 ma kinux ġew issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Jekk wieħed iħares daqsxejn lil hinn minn din il-problema<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja vverifikat fil-fatt jekk il-ftehim kollettiv inkwistjoni kienx jissodisfa l-kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71, dispożizzjoni li ma tapplikax, kif ikkonfermat hija stess fil-punt 27 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ħlief għall-Istati Membri li ma għandhomx sistema għad-dikjarazzjoni tal-applikazzjoni ġenerali tal-fethim kollettivi (kif kien il-każ tar-Renju tal-Iżvezja, fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Laval un Partneri</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑341/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:809">EU:C:2007:809</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tali sistema, ma hemmx lok li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 96/71 ġewx issodisfatti.</P></NOTE> u jeżamina l-effett ġenerali u vinkolanti ta’ ftehim kollettiv bħalma huwa dak inkwistjoni f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, <REF.DOC.ECR>fil-punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> tas-sentenza <NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li tali effett ma setax jiġi kkonstatat peress li, b’mod partikolari, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>leġiżlazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> tal-Land inkwistjoni, li kienet tirreferi għall-osservanza ta’ rata ta’ paga stabbilita permezz ta’ dan il-ftehim, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[kienet] tapplika biss għall-kuntratti pubbliċi u mhux għall-kuntratti privati<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-punt 39 tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Rüffert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:189">EU:C:2008:189</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), punt li jidħol fir-raġunament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>konfermattiv<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 56 TFUE, din tal-aħħar adottat kelma b’kelma l-evalwazzjoni ċċitata iktar ’il fuq, misjuba fil-punt 29 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-portata tal-evalwazzjoni li tirriżulta mill-punti 29 u 39 tas-sentenza Rüffert għandha madankollu u minn issa ’l quddiem tittieħed b’mod relattiv fid-dawl tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, dispożizzjoni li hija għal kollox ġdida fid-dritt tal-Unjoni tal-kuntratti pubbliċi u li ma kinitx applikabbli fil-mument tal-fatti li taw lok għall-imsemmija sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fil-fatt, filwaqt li ż-żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 kien stabbilit għall-<DATE ISO="20060131">31 ta’ Jannar 2006</DATE>, il-fatti li taw lok għall-kawża Rüffert seħħew matul is-snin 2003 u 2004.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Kif diġà indikat, l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 jawtorizza lill-Istati Membri li jeżiġu, min-naħa tal-kontraenti ta’ kuntratti pubbliċi, l-osservanza ta’ kundizzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">partikolari</HT>, inklużi l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-eżekuzzjoni ta’ dawn il-kuntratti. Sabiex tiġi kkonservata l-effettività ta’ din l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, fl-opinjoni tiegħi, jadottaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi li jistabbilixxu kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża rata ta’ paga minima fil-kuntest speċifiku tal-kuntratti pubbliċi, għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jipprovdu servizzi għat-twettiq ta’ dawn il-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Huwa evidenti li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċertaw ruħhom li l-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni, kif jirriżultaw mill-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 b’riferiment għad-dritt tal-Unjoni, jkunu osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza ma jistax, fl-opinjoni tiegħi, jiġi ssuġġettat għall-fatt li l-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolari, bħal, fil-kawża preżenti, ir-rata ta’ paga minima, ikunu wkoll applikabbli għal ħaddiema li jkunu qed jeżegwixxu kuntratti privati. Kieku dan kellu jkun il-każ, dawn il-kundizzjonijiet b’hekk jitilfu l-kwalità tagħhom ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kondizzjonijiet speċjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18. Fuq kollox, l-impożizzjoni ta’ tali estensjoni għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti privati twassal, <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>, sabiex l-Istati Membri jkunu kostretti jintroduċu rata ta’ paga minima, ta’ applikazzjoni ġenerali, fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, li bl-ebda mod ma huwa l-każ attwali tad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Dwar in-nuqqas ta’ tali obbligu li jirriżulta b’mod partikolari mid-Direttiva 96/71, ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">vs</HT> Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:220">EU:C:2005:220</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Laval un Partneri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑341/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:291">EU:C:2007:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0196">196</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>F’kuntest bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, tali estensjoni, motivata minn preokkupazzjoni ta’ koerenza fil-leġiżlazzjoni tal-Land, jidhirli li tista’ anki twassal sabiex tippreġudika l-kompetenzi tal-Länder.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Kif ġie enfasizzat minn bosta partijiet ikkonċernati, filwaqt li l-Länder huma kompetenti, fid-dritt Ġermaniż, sabiex jistabbilixxu regoli relatati mar-remunerazzjoni minima fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, dawn ma għandhom l-ebda kompetenza sabiex jistabbilixxu rata ta’ paga minima applikabbli għall-ħaddiema kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Kieku t-teżi ta’ RegioPost u tal-Kummissjoni kellha tintlaqa’, ikun ifisser li f’kawża bħalma hija dik prinċipali, il-Land ma jkunx jista’ japplika leġiżlazzjoni tiegħu li l-għan tagħha huwa t-traspożizzjoni tal-awtorizzazzjoni mogħtija permezz tad-Direttiva 2004/18, għar-raġuni li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni jkollu jestendi lil hinn mis-settur partikolari tal-kuntratti pubbliċi li fir-rigward tiegħu il-Land eżerċita l-kompetenza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Land ikun kostrett li jħalli inapplikata din il-leġiżlazzjoni sal-mument meta l-Istat federali jiddeċiedi li jintroduċi rata ta’ paga minima, ta’ applikazzjoni ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Fil-livell tal-Istat federali, dan il-perkors, li jekk wieħed isegwi l-loġika tal-argumentazzjoni ta’ RegioPost u tal-Kummissjoni, ikun meħtieġ għall-osservanza tar-rekwiżit tal-estensjoni għal kuntratti privati, tat-trattament li sa issa huwa riżervat għall-kuntratti pubbliċi, iwassal, fir-realtà, sabiex jittrasforma l-fakultà offruta lill-Istati Membri li jintroduċu paga minima fit-territorju tagħhom, f’obbligu konkret, li kif diġà ppreċiżajt, bl-ebda mod ma jirriżulta mill-istat ta’ żvilupp attwali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-livell tal-Land, l-introduzzjoni ta’ tali rata ta’ paga minima mill-Istat federali, irendi superfluwi d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Land li l-għan speċifiku tagħhom huwa li jiżguraw l-osservanza mill-kontraenti tal-ħlas ta’ paga minima għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jkunu qed jeżegwixxu l-kuntratt pubbliku fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawn, il-kompetenza tal-Land f’dan il-qasam titnaqqas b’mod kunsiderevoli, jekk ma ssirx ukoll ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ ċertament jipprova jsostni li, fix-xenarji msemmija fil-punti preċedenti ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Länder dejjem huma awtorizzati li jadottaw rata ta’ paga (minima) li hija ogħla minn dik stabbilita fil-livell federali sabiex, b’mod partikolari, ikunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż tal-ħajja lokali. Madankollu, xorta tibqa’ l-kwistjoni dwar jekk tali rata tibqax tikkwalifika bħala rata ta’ paga minima u jekk, fuq kollox, għandhiex hija stess tiġi estiża għall-ħaddiema li jitqabbdu sabiex jeżegwixxu kuntratti privati. Definittivament, il-Länder ikollhom sempliċement jirrinunzjaw għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħhom fis-settur tal-kuntratti pubbliċi, billi japplikaw f’dan is-settur ir-rata ta’ paga minima adottata fil-livell federali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li skont l-Artikolu 4(2) TUE, l-Unjoni hija marbuta li tosserva l-identità nazzjonali tal-Istati Membri, inerenti fl-istrutturi fundamentali politiċi u kostituzzjonali, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Istati Membri li għandhom struttura federali, bħalma hija r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma jistgħux jeċċepixxu d-distribuzzjoni interna tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet tal-entitajiet reġjonali jew lokali u l-awtoritajiet federali, bl-għan li jaħarbu mill-osservanza tal-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Carmen Media Group</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:505">EU:C:2010:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Sabiex jiżguraw l-osservanza tal-imsemmija obbligi, dawn id-diversi awtoritajiet huma marbuta li jikkoordinaw l-eżerċizzju tal-kompetenzi rispettivi tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Carmen Media Group</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:505">EU:C:2010:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Digibet u Albers</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑156/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1756">EU:C:2014:1756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Dan ir-rekwiżit jippreżupponi madankollu li l-kompetenzi ta’ dawn l-awtoritajiet jistgħu jiġu effettivament eżerċitati. Fl-opinjoni tiegħi, jirriżulta mill-Artikolu 4(2) TUE li d-dritt tal-Unjoni ma jistax iċaħħad entità reġjonali jew lokali mill-eżerċizzju effettiv tal-kompetenzi kkonferiti lilha fi ħdan l-Istat Membru kkonċernat. Kif għandhom tendenza li juru l-iżviluppi preċedenti, din tkun definittivament il-konsegwenza tal-argument ta’ RegioPost u tal-Kummissjoni, li sabiex tkun kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE, ir-regola stabbilita fl-Artikolu 3 tal-LTTG għall-benefiċċju tal-ħaddiema li jeżegwixxu kuntratti pubbliċi, għandha tkun estiża għal ħaddiema li jitqabbdu sabiex jeżegwixxu kuntratti privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Jidhirli għalhekk li huwa perfettament koerenti li, fid-dawl tal-kompetenza tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tal-LTTG jillimita ruħu għall-ħaddiema li jeżegwixxu kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Dan huwa wkoll, f’għajnejja, koerenti mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fil-kuntest tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali partikolari, indistintament applikabbli, li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet kontraenti. Din il-ġurisprudenza tirrikonoxxi b’mod partikolari, li dawn il-kunsiderazzjonijiet jistgħu jitqiesu fil-kuntest tal-eżami ta’ kriterji għall-għoti ta’ provvisti ta’ servizzi ta’ trasport urban, fil-mira ta’ kuntratti pubbliċi u huma kompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, mingħajr ma huwa meħtieġ li dawn il-kunsiderazzjonijiet, barra minn hekk, jiġu estiżi għal impriżi tat-trasport urban fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratti privati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Concordia Bus Finland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑513/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:495">EU:C:2002:495</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għandu jiġi osservat li l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 jirreferi għall-kunsiderazzjonijiet ambjentali u għall-kunsiderazzjonijiet soċjali fil-kawża preżenti, bl-istess mod. Jidhirli li l-analoġija li l-Gvern Ġermaniż jagħmel bejn dawn iż-żewġ tipi ta’ kunsiderazzjonijiet turi biċ-ċar il-ħtieġa li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw miżuri speċifiċi għas-settur tal-ħajja ekonomika li jikkostitwixxi l-qasam tal-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li miżura nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 3 tal-LTTG, hija għal kollox proporzjonata. Fil-fatt, hija timponi l-osservanza tal-paga minima stabbilita mil-Land ta’ Rheinland-Pfalz fuq l-awtoritajiet kontraenti jew is-subappaltaturi tagħhom biss għall-benefiċċju ta’ dawk li fost il-ħaddiema tagħhom jeżegwixxu kuntratti pubbliċi u mhux għall-benefiċċju tal-impjegati kollha tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Konsegwentement, inqis li l-Artikolu 3 tal-LTTG jista’ jiġi ġġustifikat abbażi tal-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema u li għalhekk l-Artikolu 56 TFUE ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni f’sitwazzjoni bħalma hija dik fil-kawża prinċipali, mingħajr il-ħtieġa li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jiġi estiż għall-kuntratti privati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari li saret mill-qorti tar-rinviju għandha tkun kif ġej: l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lil persunal li jkun ser jeżegwixxi s-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku, paga minima fis-siegħa ta’ EUR 8.70 (gross), stabbilita permezz tal-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar it-tieni domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandux, madankollu, jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, bħalma huwa l-Artikolu 3(1) tal-LTTG, li tistabbilixxi l-esklużjoni mandatorja tal-offerta f’każ li l-offerent ma jintrabatx, mill-mument tad-depożitu tal-offerta, f’dikjarazzjoni separata, li josserva ir-rata tal-paga minima stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni, li biha jintrabat kuntrattwalment f’każ li l-kuntratt jingħata lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Din id-domanda titlob l-eżami, minn naħa, tal-mezzi li permezz tagħhom l-Istati Membri huma awtorizzati jivverifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 u, min-naħa l-oħra, fil-każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jikkonkorrux, tal-punt li jiġi stabbilit jekk sanzjoni, bħalma hija l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku, hijiex xierqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Bl-eċċezzjoni ta’ RegioPost, il-partijiet kollha li ppreżentaw l-osservazzjonijiet dwar din id-domanda jqisu li l-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18, b’mod partikolari permezz ta’ sistema ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn fil-mument tad-depożitu tal-offerta tal-offerent u li, fin-nuqqas ta’ tali dikjarazzjoni, l-awtorità kontraenti hija awtorizzata teskludi lil offerent mill-proċedura tal-għoti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Naqbel mal-pożizzjoni difiża minn dawn il-partijiet tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel punt, huwa evidenti, fl-opinjoni tiegħi li, jekk kif naħsibha jiena, l-Istati Membri huma awtorizzati, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, li jadottaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji li l-għan tagħhom huwa li jimponu fuq l-impriżi kontraenti kundizzjonijiet tax-xogħol partikolari, bħalma hija l-osservanza ta’ rata ta’ paga minima fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratti pubbliċi, din l-awtorizzazzjoni bilfors li timplika li dawn jistgħu jieħdu ċerti miżuri li jippermettu lill-awtorità kontraenti li taċċerta ruħha li l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom huma lesti li josservaw dawn il-kundizzjonijiet f’każ li l-kuntratt ikun mogħti lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fil-kawża preżenti, il-miżura inkwistjoni tieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni ta’ impenn bil-miktub, li għandu jipprovdi l-offerent kemm għalih innifsu kif ukoll, jekk ikun il-każ, għas-subappaltaturi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jidher li ġie indikat fl-avviż tal-kuntratt fil-kawża prinċipali, din id-dikjarazzjoni ma tidhirx li tikkorrispondi għal dokument relatat mal-livell minimu tal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, li l-offerent jista’ jintalab li jipprovdi fis-sens tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18, livell li jista’ jiġi ppruvat permezz ta’ riferiment jew ta’ bosta riferimenti elenkati għal dan l-artikolu jew permezz ta’ kwalunkwe dokument meqjus xieraq mill-awtorità kontraenti, relatati b’mod partikolari mal-karta tal-bilanċ jew mad-dħul mill-bejgħ globali jew settorjali tal-operatur ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni tikkonċerna, fil-fatt, l-ewwel u qabel kollox, dikjarazzjoni ta’ impenn għall-osservanza tal-liġi, jiġifieri, iktar preċiżament, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol rikjesti mil-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz fl-eżekuzzjoni tas-servizzi fil-mira tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Huwa ċertament possibbli li jiġi sostnut, kif għamlet il-Kummissjoni waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-prova tal-fatt li l-offerent jew is-subappaltaturi tiegħu huma f’pożizzjoni li jħallsu l-paga minima stabbilita mil-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Rheinland-Pfalz lil impjegati mqabbda sabiex jeżegwixxu l-kuntratt pubbliku, teħtieġ ċerta kapaċità finanzjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li d-dikjarazzjoni ta’ impenn għall-ħlas tal-paga minima hija relatata mal-kapaċità finanzjarja tal-offerent, ir-rekwiżit tad-depożitu ta’ tali dikjarazzjoni bl-ebda mod ma huwa pprojbit mill-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat li l-enumerazzjoni tal-elementi li tippermetti l-evalwazzjoni tal-livell minimu tal-kapaċità ekonomika rikjest, ma hijiex eżawrjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Édukövízig u Hochtief Construction</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:643">EU:C:2012:643</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, tali dikjarazzjoni ta’ impenn għall-ħlas tal-paga minima stabbilit permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Rheinland‑Pfalz ma tistax, waħidha, timponi piż supplimentari fuq l-offerent, li jkun tali li jrendi l-proċedura għall-għoti iktar diffiċli milli kieku l-produzzjoni ta’ tali dikjarazzjoni ma kinitx rikjesta. Fil-fatt, permezz ta’ din id-dikjarazzjoni, l-awtorità kontraenti għandha biss l-għan li tivverifika li l-offerent jintrabat li josserva l-kundizzjoni tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, prevista fl-Artikolu 3 tal-LTTG. Kif issostni l-Kummissjoni, tali dikjarazzjoni hija, barra minn hekk, mezz tanġibbli ta’ verifika li l-offerenti u s-subappaltaturi tagħhom ser jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi. Ir-rekwiżit tad-depożitu ta’ tali dikjarazzjoni jippermetti wkoll li tiġi żgurata t-trasparenza tal-kundizzjonijiet partikolari tal-avviż tal-kuntratt u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, billi l-offerenti jsiru sensibbli għall-importanza li l-awtorità kontraenti tagħti lil dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għal dak li għandu x’jaqsam mat-tieni punt, jiġifieri l-esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt f’każ li l-offerent jirrifjuta li jippreżenta din id-dikjarazzjoni ta’ impenn, naderixxi ruħi mal-argument tal-Kummissjoni li din is-sitwazzjoni tawtorizza l-preżuppożizzjoni li l-offerent ma għandux l-intenzjoni jissuġġetta ruħu għall-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3 tal-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Ikun paradossali u mhux wisq kompatibbli mal-użu razzjonali tal-finanzi pubbliċi, li titwettaq il-proċedura għall-għoti tal-kuntratt ma’ tali operatur ekonomiku u, jekk ikun il-każ, li jiġi konkluż il-kuntratt ma’ dan l-operatur biex sussegwentement ikollhom jiġu imposti fuqu penali kuntrattwali minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni preskritta fl-Artikolu 3 tal-LTTG.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi osservat li l-premessa 34 tad-Direttiva 2004/18 tistabbilixxi, b’mod partikolari, li f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi marbuta man-nuqqas ta’ osservanza tal-liġijiet u tar-regoli fis-seħħ, b’mod partikolari, fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw tali nuqqas ta’ osservanza bħala nuqqas gravi jew reat li jaffetwa l-moralità professjonali tal-operatur ekonomiku, li jista’ jwassal għall-esklużjoni ta’ dan l-operatur mill-proċedura tal-kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Jekk ir-rifjut tad-depożitu tad-dikjarazzjoni ta’ impenn li tikkonċerna l-paga minima ma jistax, fl-opinjoni tiegħi u bħala tali, jitqies bħala nuqqas gravi, l-idea li ssejjes l-premessa 34 tad-Direttiva 2004/18, hija dik tar-rikonoxximent li l-Istati Membri għandhom id-dritt li jeskludu operatur ekonomiku li ma għandu l-ebda intenzjoni li josserva l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli fil-post tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku. Fl-opinjoni tiegħi, wieħed ma jistax jeżiġi mill-Istati Membri li jirriżervaw tali miżura unikament għal sitwazzjonijiet meta l-awtoritajiet tagħhom jikkonstataw ksur tal-obbligi marbuta mal-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol mill-kontraenti tal-kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>L-esklużjoni tal-offerent mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt minħabba r-rifjut li jippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ impenn imsemmija fl-Artikolu 3 tal-LTTG tikkostitwixxi għalhekk, fl-opinjoni tiegħi, miżura xierqa sabiex jiġi evitat li l-awtorità kontraenti tasal li tagħżel kandidat li ma għandux l-intenzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti rikjesti minn din l-awtorità kontraenti fil-qasam tal-osservanza tal-paga minima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif jirriżulta mill-fatti fil-kawża prinċipali, irid jingħad li l-esklużjoni tal-offerent li fil-mument tad-depożitu tal-offerta tiegħu ma jkunx hemeż id-dikjarazzjoni ta’ impenn relatata mal-paga, ma hijiex awtomatika. Fil-fatt, skont l-Artikolu 3 tal-LTTG, qabel ma tkun awtorizzata teskludi tali offerta, l-awtorità kontraenti għandha mill-ġdid titlob li tiġi pprovduta d-dikjarazzjoni ta’ impenn sa ċertu żmien, li jippermetti r-rettifikazzjoni f’każ li wieħed ikun nesa jew f’każ ta’ żball min-naħa tal-offerent fil-mument tad-depożitu tal-offerta. Tali obbligu li huwa impost fuq l-awtorità kontraenti jidher li huwa miżura għal kollox proporzjonata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, nipproponi li nirrispondi kif ġej għat-tieni domanda preliminari: l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li tipprevedi l-esklużjoni mandatorja ta’ offerta f’każ li offerent ta’ kuntratt pubbliku ma jintrabatx, għalih u għas-subappaltaturi tiegħu, f’dikjarazzjoni separata fil-mument tad-depożitu tal-offerta u sussegwentement wara li jkun ġie mitlub jagħmel dan mill-awtorità kontraenti, li josserva r-rata tal-paga minimu stabbilita permezz tal-imsemmija leġiżlazzjoni, f’każ li dan l-offerent jingħata l-eżekuzzjoni tas-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li nirrispondi kif ġej għad-domandi magħmula mill-Oberlandesgericht Koblenz:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru, li tobbliga lill-offerenti u lis-subappaltaturi tagħhom li jintrabtu, permezz ta’ dikjarazzjoni bil-miktub li għandha tiġi mehmuża mal-offerta tagħhom, li jħallsu lil persunal li jkun ser jeżegwixxi s-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku, paga minima fis-siegħa ta’ EUR 8.70 (gross), stabbilita permezz tal-imsemmija leġiżlazzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li lanqas ma jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li tipprevedi l-esklużjoni mandatorja ta’ offerta f’każ li offerent ta’ kuntratt pubbliku ma jintrabatx, għalih u għas-subappataturi tiegħu, f’dikjarazzjoni separata fil-mument tad-depożitu tal-offerta u sussegwentement wara li jkun ġie mitlub jagħmel dan mill-awtorità kontraenti, li josserva r-rata tal-paga minima stabbilita permezz tal-imsemmija leġiżlazzjoni, f’każ li dan l-offerent jingħata l-eżekuzzjoni tas-servizzi fil-mira tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>