02011D0630 — MT — 01.01.2021 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Settembru 2011

dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/630/UE)

(ĠU L 247 24.9.2011, p. 32)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta’ Lulju 2012

  L 194

26

21.7.2012

 M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M3

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tad-9 ta' April 2014

  L 108

56

11.4.2014

►M4

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/569 tas-7 ta' April 2015

  L 93

72

9.4.2015

►M5

ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2215 tat-22 ta’ Diċembru 2020

  L 438

54

28.12.2020




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Settembru 2011

dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6426)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/630/UE)



Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (semen).

Hija tistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjonijiet tas-semen fl-Unjoni.

Artikolu 2

Importazzjonijiet tas-semen

1.  

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, sakemm dan ikun konformi mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

ikun ġej minn pajjiż terz jew parti minnu elenkata fl-Anness I;

(b) 

ikun ġej minn ċentru għall-ġbir u l-ħażna tas-semen elenkat skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 88/407/KEE;

(c) 

ikun akkumpanjat minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali mfassal skont iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali li ġejjin, stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II, u mimlija skont in-noti ta’ spjegazzjoni stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness:

(i) 

Il-mudell 1, kif stabbilit fit-Taqsima A, għas-semen miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva 88/407/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen;

(ii) 

Il-mudell 2, kif stabbilit fil-Parti B, għall-istokkijiert tas-semen miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u importat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen;

(iii) 

Il-mudell 3, kif stabbilit fit-Taqsima C, għas-semen u l-istokkijiet tas-semen imsemmija f’(i) u (ii), mibgħuta minn ċentru għall-ħażna tas-semen.

(d) 

jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fiċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-punt (c).

2.  
Fejn il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u ta’ ċertifikazzjoni huma stipulati fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, dawk il-kondizzjonijiet għandhom japplikaw minflok il-kondizzjonijiet fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

Il-kondizzjonijiet rigward it-tasport tas-semen lejn l-Unjoni

1.  

Is-semen u l-istokkijiet tas-semen imsemmija fl-Artikolu 2 ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinni oħra ta’ semen li:

(a) 

ma jkunx maħsub għal introduzzjoni fl-Unjoni; jew

(b) 

li jgawdi stat tas-saħħa iktar baxx.

2.  
Waqt it-trasport lejn l-Unjoni, is-semen u l-istokkijiet tas-semen għandhom jitqiegħdu f’kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.

Artikolu 4

Revoka

Id-Deċiżjoni 2004/639/KE hija revokata.

Artikolu 5

Dispożizzjoni tranżitorja

Għal perjodu tranżitorju sat-30 ta’ April 2012, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen u l-istokkijiet tas-semen minn pajjiżi terzi, li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2012, skont il-mudelli stabbiliti fl-Anness II mad-Deċiżjoni 2004/639/KE.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Novembru 2011.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M4




ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mingħandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina



Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk inhu xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanziji addizzjonali dwar l-ittestjar stipulati fil-punt II.5.4.1 u/jew fil-punt II.5.4.2 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada (*1)

It-territorju kif deskritt bħala CA-1 fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

 

CH

L-Iżvizzera (*2)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

▼M5

RU

Ir-Renju Unit (*4)

 

 

▼M4

GL

Greenland

 

 

IS

L-Iżlanda

 

 

▼M5

JE

Jersey

 

 

▼M4

NZ

New Zealand (*3)

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanziji addizzjonali dwar l-ittestjar stipulati fil-punt II.5.4.1 u/jew fil-punt II.5.4.2 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji.

(*1)   

Il-mudell taċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta' April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) u dan huwa stipulat skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.

(*2)   

Il-mudell taċ-ċertifikati li jridu jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.

(*3)   

Għall-finijiet ta' importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina fl-Unjoni, l-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina kklassifikata bħala “C2”, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Organiżmi ta' Ħsara għat-tuberkulożi bovina ta' New Zealand, huwa ekwivalenti għall-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina li fi Stat Membru hija rikonoxxuta bħala “merħla bovina uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi” f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE.

(*4)   

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.

▼B




ANNESS II

PARTI 1

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet tas-semen u semen fi tranżitu u ta’ stokkijiet tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini

▼M4

TAQSIMA A

Il-mudell 1 — Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni u tranżitu fiha ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen

image

image

image

image

image

▼B

TAQSIMA B

Il-mudell 2 —    Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005 għall-istokkijiet tas-semen u semen fi tranżitu ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta’ Diċembru 2004 skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, li tapplika sal-1 ta’ Lulju 2004, u importat wara l-31 ta’ Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, mibgħut minn ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ikun inġabar is-semen

image

image

image

image

▼M3

TAQSIMA C

Il-mudell 3 — Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu fiha ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, u ta' stokkijiet ta' semen miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004 f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE li japplikaw sal-1 ta' Lulju 2004, u importat wara l-31 ta' Diċembru 2004 skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/43/KE, li ntbagħat minn ċentru tal-ħażna tas-semen

image

image

image

▼B

PARTI 2

Noti ta’ spjegazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni

(a) Iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness II.

Jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jitlob rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni addizzjonali, għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti jkunu ntlaħqu.

(b) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jikkonsisti minn folja waħda, jew fejn ikun meħtieġ iktar test, għandu jkun f’tali forma li l-folji kollha meħtieġa jkunu parti minn unità waħda integrata u jkunu indiviżibbli.

(c) Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jiddikjara li ċerti stqarrijiet għandhom jinżammu kif xieraq, l-istqarrijiet irrilevanti, jistgħu jinqatgħu barra u jiġu ttimbrati u mmarkati bl-inizjali tal-uffiċjali li jiċċertifika, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(d) Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jitfassal b’tal-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-post fejn issir l-ispezzjoni mal-fruntiera, fejn tiġi introdotta l-kunsinna fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali.

(e) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti fil-kunsinna (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali), jinthemżu karti addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, dawk il-folji għandhom jiġu kkunsidrati wkoll bħala parti mill-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull folja.

(f) Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f’(e), ikun fih iktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tingħata numru (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni), fil-qiegħ ta’ kull paġna u jkollha n-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat mogħti mill-awtorità kompetenti, fuq nett ta’ kull paġna.

(g) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela u jiġi ffirmat minn veterinarju uffiċjali, fl-aħħar jum ta’ ħidma qabel it-tagħbija tal-kunsinna għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE ( 1 ).

Il-kulur tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tal-kliem stampat fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal timbri għajr dawk li jkunu intaljati jew dawk li jidhru kontra d-dawl.

(h) L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jakkumpanja l-kunsinna sakemm din tasal fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, fejn din tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea.

(i) In-numru ta’ referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-Kaxxa I.2. u Kaxxa II.a. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur.



( 1 ) ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.