Official Journal L 383 , 29/12/1992 P. 0004 - 0004
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, EURATOM, KEFA) Nru 3762/92 tal-21 ta' Diċembru 1992 li jaddatta l-allowances ta' rappreżentazzjoni u ta' dmirijiet speċjali għall-President u l-Membri tal-Kummissjoni, il-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim’ Istanza IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, l-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta' Prim’ Istanza [1], u partikolarment l-Artikolu 4(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 4045/88 tad-19 ta' Diċembru 1988 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President, tal-Membri u tar-Reġistraturi tal-Qorti ta' Prim Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [2], u li jemenda kif xieraq ir-Regolamenti Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom hawn fuq, Billi l-allowances ta' rapreżentazzjoni u ta' dmirijiet speċjali previsti skond l-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 21a (3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom jiżdiedu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B'effett mill-1 ta' Lulju 1992: (a) l-ammonti elenkati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu skond dan li ġej: — President: | Bfrs 57205, | — Viċi-President: | Bfrs 36765, | — Membri oħrajn: | Bfrs 24515; | (b) l-ammonti elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu skond dan li ġej: — President: | Bfrs 57205, | — Imħallef jew Avukat Ġenerali: | Bfrs 24515, | — Reġistratur: | Bfrs 22355; | (ċ) l-ammont elenkat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandu jiġi mibdul b'Bfrs 32705. Artikolu 2 B'effett mill-1 ta' Lulju 1992: (a) l-ammonti elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 21 a (3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu kif ġej: — President: | Bfrs 24515, | — Membri: | Bfrs 22355, | — Reġistratur: | Bfrs 19015; | (b) l-ammont elenkat fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21 a (3) għandu jiġi mibdul b'Bfrs 29830. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1992. Għall-Kunsill Il-President D. Hurd [1] ĠU L 356, ta' l-24.12.1988, pġ. 1. [2] ĠU 187, tat-8.8.1967, pġ. 1./67. Regolament kif l-aar emendat bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 1084/92 (ĠU L 117, ta' l-1.5.1992, pġ. 1. --------------------------------------------------