10.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 291/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 161/2019

tal-14 ta’ Ġunju 2019

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) u l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2022/2153]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2065 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi li jwettqu l-installazzjoni, is-servisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta’ tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tagħmir ta’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni, ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana, kif ukoll ma’ unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ trakkijiet u trailers refriġerati, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ tagħmir ta’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni, ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2068 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tat-tikketti għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2065 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 308/2008 (5) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2066 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2008 (6) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2067 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 (7) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2068 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 (8) li huwa inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(9)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Annessi II u XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 9ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2068: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2068 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tat-tikketti għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 39).”

2.

It-test tal-punt 9bd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2067: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana u unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ trakkijiet u trailers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 28).”

3.

It-test tal-punt 9bf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2066: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi li jwettqu l-installazzjoni, l-isservisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta’ tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 22).”

4.

It-test tal-punt 9bi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2065: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2065 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 14).”

Artikolu 2

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 21aqa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2068: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2068 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tat-tikketti għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 39).”

2.

It-test tal-punt 21aqd (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2067: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2067 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana u unitajiet ta’ refriġerazzjoni ta’ trakkijiet u trailers refriġerati li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ kondizzjonament tal-arja u ta’ pompi tas-sħana, li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 28).”

3.

It-test tal-punt 21aqf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2066: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2066 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ persuni fiżiċi li jwettqu l-istallazzjoni, l-isservisjar, il-manutenzjoni, it-tiswija jew id-dekummissjonar ta’ tagħmir tat-tqassim tal-elettriku li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra jew l-irkupru ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku stazzjonarju (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 22).”

4.

It-test tal-punt 21aqi (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008) jinbidel b’dan li ġej:

 

“ 32015 R 2065: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/2065 tas-17 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (KE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 301, 18.11.2015, p. 14).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2065, (UE) 2015/2066, (UE) 2015/2067 u (UE) 2015/2068 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2019, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 160/2019 tal-14 ta’ Ġunju 2019 (9), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 301, 18.11.2015, p. 14.

(2)   ĠU L 301, 18.11.2015, p. 22.

(3)   ĠU L 301, 18.11.2015, p. 28.

(4)   ĠU L 301, 18.11.2015, p. 39.

(5)   ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28.

(6)   ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17.

(7)   ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3.

(8)   ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25.

(*)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(9)  ĠU L 291…