<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-689/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0689</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:420">EU:C:2019:420</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20190516">16.5.2019</DATE> – Kawża C‑689/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Conti 11. Container Schiffahrt</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ skart</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1013/2006</KEYWORD><KEYWORD>Skart suġġett għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Trasferimenti fl-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(3)(b)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Skart iġġenerat abbord bastimenti</KEYWORD><KEYWORD>Skart abbord bastiment b’konsegwenza ta’ avarija</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑689/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht München I (il-Qorti Reġjonali ta’ München I, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20171208">8 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH &amp; Co. KG MS <QUOT.START CODE="00AB" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/> MSC Flaminia<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="00BB" ID="QE0001"/></HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Niedersachsen,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. Lycourgos (Relatur), E. Juhász, M. Ilešič u I. Jarukaitis, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20181025">25 ta’ Ottubru 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH &amp; Co. KG MS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>MSC Flaminia<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, minn J.-E. Pötschke u W. Steingröver, Rechtsanwälte,</P></ITEM><ITEM><P>għal-Land Niedersachsen, minn R. van der Hout, advocaat, u H. Jacobj, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. C. Becker, E. Sanfrutos Cano u L. Haasbeek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20190124">24 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE> dwar vjeġġi ta’ skart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="190" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 190, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH &amp; Co. KG MS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>MSC Flaminia<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Conti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-Land Niedersachsen (il-Land ta’ Niedersachsen, il-Ġermanja) dwar l-obbligu impost minn dan tal-aħħar fuq Conti biex timplimenta proċedura ta’ notifika dwar it-trasport ta’ skart li jinsab abbord il-bastiment MSC Flaminia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002"><P>Ara l-punt 135 tal-vade-mecum.</P></NOTE>(iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Flaminia<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) wara avarija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttivi dwar l-iskart</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060405">5 ta’ April 2006</DATE> dwar l-iskart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 114, p. 9</REF.DOC.OJ>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>skart<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20081119">19 ta’ Novembru 2008</DATE> dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 312, p. 3</REF.DOC.OJ>), li ħassret id-Direttiva 2006/12, tipprevedi, fl-Artikolu 3 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>skart<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1013/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 7 u 14 tar-Regolament Nru 1013/2006 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>(1)</NO.P><TXT>L-għan u l-komponent ewlieni u predominanti ta’ dan ir-Regolament huwa l-protezzjoni ta’ l-ambjent, filwaqt li l-effetti tiegħu fuq il-kummerċ internazzjonali huma biss inċidentali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Huwa importanti li jiġu organizzati u regolati s-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart b’mod li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġu ppreżervati, protetti u mtejba l-kwalità ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u b’mod li jippromovi applikazzjoni aktar uniformi tar-Regolament [fl-Unjoni] kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ vjeġġi ta’ skart destinat għal operazzjonijiet ta’ rimi u skart mhux elenkat fl-Anness III, IIIA jew IIIB destinat għal operazzjonijiet ta’ rkupru, huwa xieraq li jiġu żgurati l-aqwa superviżjoni u kontroll billi jkun meħtieġ permess bil-miktub bil-quddiem għal tali vjeġġi. Tali proċedura għandha, imbagħad, tagħti lok għal notifika minn qabel, li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jkunu informati bix-xieraq sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent. Għandha wkoll tippermetti lil dawk l-awtoritajiet iqajmu oġġezzjonijiet motivati għal tali vjeġġi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jistabbilixxi proċeduri u reġimi ta’ kontroll għall-vjeġġi’ l-iskart, skond l-oriġini, id-destinazzjoni u r-rotta tal-vjaġġ, it-tip ta’ skart trasportat u t-tip ta’ trattament li għandu jiġi applikat fuq l-iskart fid-destinazzjoni tiegħu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan li ġej għandu jkun eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-ħatt għal fuq ix-xatt ta’ skart, inkluż ilma skart u residwi, ġenerat mill-operazzjoni normali ta’ bastimenti u ta’ pjattaformi ta’ fuq il-baħar bil-kundizzjoni li tali skart ikun suġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti [iffirmata f’Londra fit‑<DATE ISO="19731102">2 ta’ Novembru 1973</DATE> u kkompletata bil-protokoll tas‑<DATE ISO="19780217">17 ta’ Frar 1978</DATE>] (Marpol 73/78), jew strumenti internazzjonali li jorbtu oħrajn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sakemm l-imsemmi skart ikun skarikat sabiex ikun irkuprat jew jintrema;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>skart<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> huwa kif definit fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva [2006/12];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>34)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>vjeġġ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tfisser it-trasport ta’ skart destinat għal irkupru jew rimi […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1. Il-vjeġġi tat-tipi ta’ skart li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel kif stabbilit bid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta’ rimi:</TXT><P>kull skart;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk ikunu destinati għal operazzjonijiet ta’ rkupru:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-iskart imsemmi fl-Annessa IV, li jinkludi, inter alia, skart elenkat fl-Annessi II u VIII mal-Konvenzjoni ta’ Basel [dwar il-kontroll tal-movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, iffirmata fit-<DATE ISO="19890322">22 ta’ Marzu 1989</DATE>, approvata f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/98/KEE, tal-<DATE ISO="19930201">1 ta’ Frar 1993</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 18, p. 301)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>skart elenkat fl-Anness IV A;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>skart li mhux klassifikat taħt entrata waħdanija f’xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV jew IVA;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iv)</NO.P><TXT>taħlit ta’ skart mhux klassifikat taħt entrata f’xi wieħed mill-Annessi III, IIIB, IV IVA ħlief jekk elenkati fl-Anness IIIA.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1013/2006 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fejn in-notifikatur għandu l-intenzjoni li jittrasporta skart kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(a) jew (b), huwa għandu jippreżenta minn qabel notifika bil-miktub lil u permezz ta’ l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u, jekk jippreżenta notifika ġenerali, jikkonforma ma’ l-Artikolu 13</P><P>Meta tiġi preżentata notifika, għandhom jiġu sodisfatti dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Dokumenti ta’ notifika u ta’ moviment:</TXT><P>In-notifika għandha ssir permezz tad-dokumenti li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>id-dokument ta’ notifika espost fl-Anness I A; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>id-dokument ta’ moviment espost fl-Anness I B.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Meta jippreżenta notifika, in-notifikatur għandu jimla d-dokument ta’ notifika u, fejn rilevanti, id-dokument ta’ moviment.</P><P>[…]</P><P>Id-dokument ta’ notifika u d-dokument tal-moviment għandhom jiġu rilaxxati lin-notifikatur mill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ.</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2)(13) tiegħu, id-dispożizzjonijiet tal-Gesetz zur Förderung der Kreislaufwirtschaft und Sicherung der umweltverträglichen Bewirtschaftung von Abfällen (Kreislaufwirtschaftsgesetz – KrWG) (il-Liġi għall-Promozzjoni tal-Ekonomija Ċirkolari u Sabiex Tiġi Ggarantita l-Ġestjoni Ekoloġika tal-Iskart), tal-<DATE ISO="20120224">24 ta’ Frar 2012</DATE> (BGBl. 2012 I, p. 212), ma humiex applikabbli għall-ġbir u għat-trasferiment ta’ skart tal-operat tal-bastimenti u residwi ta’ tagħbija, sa fejn dawn il-kwistjonijiet huma rregolati mid-dritt federali jew tal-Land abbażi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali jew sopranazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 tan-Niedersächsisches Abfalsgesetz (il-Liġi dwar l-Iskart tal-Land ta’ Niedersachsen) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="032.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>Skart tal-operat tal-bastimenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-iskart kollu (inkluż l-ilma mormi u r-residwi minbarra residwi ta’ tagħbija) li huma ġġenerati fil-kuntest tal-operat ta’ bastiment u li jaqgħu taħt l-Annessi I, IV u V tal-[Konvenzjoni Marpol 73/78]), kif ukoll</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>skart marbut mat-tagħbija kif iddefinit fil-punt 1.7.5. tal-Linji Gwida għall-implimentazzjoni tal-[Konvenzjoni Marpol 73/78];</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>residwi ta’ tagħbija<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>: għandha tfisser il-fdalijiet ta’ tagħbija abbord li jibqgħu fl-istivi jew fit-tankijiet tat-tagħbija wara li jkunu ntemmew l-operazjonijiet ta’ ħatt u ta’ tindif, inkluż l-eċċessi u t-tagħbija li xterdet waqt it-tagħbija jew il-ħatt.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35(1) tal-Liġi dwar l-Iskart tal-Land ta’ Niedersachsen, il-kaptan jew il-kaptana tal-bastiment għandu l-obbligu, qabel iħalli l-port, li jiddepożita l-iskart kollu tal-operat tal-bastimenti f’faċilità tal-akkoljenza fil-port. L-Artikolu 36(1) ta’ din il-liġi jimponi l-istess obbligu fir-rigward tar-residwi ta’ tagħbija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Flaminia huwa bastiment li jġorr il-kontejners proprjetà ta’ Conti li kien itajjar, matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-bandiera Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120714">14 ta’ Lulju 2012</DATE>, matul vjaġġ minn Charleston (l-Istati Uniti) lejn Antwerpen, il-Belġju, kien hemm nar u seħħew xi splużjonijiet abbord dan il-bastiment, filwaqt li dan kien qiegħed iġorr <FT TYPE="NUMBER">4808</FT> kontenitur, li minnhom 151 kienu indikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>b’sustanzi perikolużi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Wara li n-nirien inġiebu taħt kontroll, fil-<DATE ISO="20120821">21 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Conti kisbet l-awtorizzazzjoni biex tirmonka l-bastiment fl-ilmijiet Ġermaniżi. Skont l-ittra tal-Havariekommando (iċ-Ċentru ta’ Kmand f’każ ta’ Urġenza Marittima, il-Ġermanja), tal-<DATE ISO="20120825">25 ta’ Awwissu 2012</DATE>, Conti kienet tpoġġiet taħt l-obbligu li tfassal pjan għas-segwitu tal-operazzjonijiet u li tindika eventwali msieħba kuntrattwali għall-miżuri korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20120909">9 ta’ Settembru 2012</DATE> il-bastiment ġie rmunkat f’Wilhelmshaven (il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’mod partikolari, Conti impenjat ruħha mal-awtoritajiet Ġermaniżi li tiżgura t-trasferiment sigur tal-bastiment lejn it-tarzna li tinsab f’Mangalia (ir-Rumanija) u li tiggarantixxi trattament xieraq tas-sustanzi li kienu abbord il-bastiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE>, in-Niedersächsisches Umweltministerium (il-Ministeru tal-Ambjent tal-Land ta’ Niedersachsen, il-Ġermanja) informa lil Conti li l-bastiment innifsu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kif ukoll l-ilma għat-tifi tan-nar abbord, l-istess bħall-ħama u l-iskart ta’ metall, [għandhom] jiġu kklassifikati bħala skart<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u li, għalhekk, kienet meħtieġa proċedura ta’ notifika. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20121203">3 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Conti kkontestat din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Gewerbeaufsichtsamt Oldenburg (l-Ispettorat tax-Xogħol ta’ Oldenburg, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Ispettorat tax-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) obbliga lil Conti timplimenta proċedura ta’ notifika minħabba l-preżenza abbord ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi<?PAGE NO="6"?> tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija. Barra minn hekk, Conti ġiet ipprojbita milli tneħħi l-bastiment mill-post fejn kien jinsab qabel l-għeluq tal-proċedura ta’ notifika u l-preżentazzjoni bil-lingwa Ġermaniża, ta’ proġett verifikabbli ta’ rimi tal-iskart.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20121221">21 ta’ Diċembru 2012</DATE>, it-tagħbija intatta nħattet u ġie kkonfermat li l-bastiment kien tajjeb biex ibaħħar sa għoli tal-mewġ ta’ sitt metri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Inbdiet u ngħalqet proċedura ta’ notifika għat-trasferiment tal-ilma għat-tifi tan-nar lejn id-Danimarka. Fit-<DATE ISO="20130218">18 ta’ Frar 2013</DATE> bdew l-operazzjonijiet ta’ ppompjar tal-ilma għat-tifi tan-nar. Ladarba kien possibbli li jiġi stmat l-ammont ta’ ħama mħallta mal-ilma għat-tifi tan-nar li ma setax jiġi ppompjat, fis-<DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE> bdiet il-fażi segwenti tal-proċedura ta’ notifika mar-Rumanija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-awtorizzazzjoni ta’ tluq, mitluba għall-<DATE ISO="20130304">4 ta’ Marzu 2013</DATE>, ingħatat fl-<DATE ISO="20130301">1 ta’ Marzu 2013</DATE>. Madankollu, qabel ma l-bastiment seta’ jitlaq mill-port, kellhom jinħattu 30 kontenitur bi skart, din l-operazzjoni tawwlet sas-<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>. Wara l-għeluq tal-proċedura ta’ notifika mar-Rumanija, il-bastiment kien f’pożizzjoni li jibda l-vjaġġ tiegħu fil-<DATE ISO="20130315">15 ta’ Marzu 2013</DATE>. Fir-Rumanija, instab li kien hemm madwar <FT TYPE="NUMBER">24000</FT> tunnellata skart abbord.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20130104">4 ta’ Jannar 2013</DATE>, Conti ppreżentat rikors amministrattiv quddiem l-Ispettorat tax-Xogħol kontra d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE>. Hija essenzjalment sostniet li ma kellhiex tiġi obbligata twettaq il-proċedura ta’ notifika prevista mir-Regolament Nru 1013/2006, peress li hija ma kinitx taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, u speċifikat li hija kienet issuġġettat ruħha għal din il-proċedura biss bil-għan li tevita dewmien. B’ittra tat-<DATE ISO="20130403">3 ta’ April 2013</DATE>, l-Ispettorat tax-Xogħol iddeċieda li r-rikors amministrattiv ma kienx għad għandu skop.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Conti mbagħad ippreżentat rikors quddiem il-qorti tar-rinviju intiż sabiex il-Land ta’ Niedersachsen tiġi kkundannata tikkumpensaha għad-danni subiti, li jirriżultaw b’mod partikolari mill-ispejjeż tal-proċeduri ta’ notifika li kellha ġġarrab. Skont din il-kumpanija, kien illegali li s-sustanzi li kienu jinsabu fil-bastiment jiġu kkwalifikati bħala skart u li b’konsegwenza ta’ dan tiġi ordnata l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proċeduri. Hija targumenta, f’dan ir-rigward, li ma setax jiġi impost proġett ta’ rimi ta’ skart taħt id-dritt nazzjonali, sa fejn ir-Regolament Nru 1013/2006 jipprekludi l-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali meta skart abbord bastiment ikun iddestinat għall-irkupru jew għar-rimi fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, inkwantu d-danni invokati minn Conti jinkludu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ notifika, l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens tippresupponi li r-Regolament Nru 1013/2006 ma japplikax għar-residwi tal-avarija mġarrba mill-bastiment inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, dawn l-ispejjeż ġew sostnuti biss minħabba li l-Ispettorat tax-Xogħol qies li l-implimentazzjoni ta’ proċedura ta’ notifika kienet neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dik il-qorti hija tal-opinjoni li, sa fejn skart kellu jiġi ttrasferit mill-Ġermanja lejn ir-Rumanija, kienet neċessarja proċedura ta’ notifika, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1013/2006. Madankollu, hija għandha dubji dwar jekk id-dispożizzjoni ta’ deroga prevista fl-Artikolu 1(3)(b) ta’ dan ir-regolament kinitx applikabbli u tenfasizza li, li kieku dan kien il-każ, it-trasferiment tar-residwi inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament. F’dan ir-rigward, l-imsemmija qorti tqis li la minn kliem ta’ din l-aħħar dispożizzjoni, li tinkludi l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>skart iġġenerat fuq […] bastimenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, la mid-dokumenti preparatorji li wasslu għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 1013/2006, la mill-premessi ta’ dan tal-aħħar u lanqas mill-istruttura tal-imsemmi regolament ma jirriżulta li l-iskart u r-residwi ġġenerati minn avariji għandhom ikunu koperti minn din id-dispożizzjoni ta’ deroga.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Landgericht München I (il-Qorti Reġjonali ta’ München I, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Residwi minħabba ħsara ta’ bastiment fuq il-baħar [avarija], fil-forma ta’ skart ta’ metal u ilma għat-tifi tan-nar imħallat ma’ ħama u residwi ta’ tagħbija abbord bastiment, huma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>skart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Wara li ġew ippreżentati l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, il-Land ta’ Niedersachsen, permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190405">5 ta’ April 2019</DATE>, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’appoġġ għat-talba tiegħu, il-Land ta’ Niedersachsen jargumenta, essenzjalment, li kwistjoni deċiżiva għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali għadha ma ġietx verament dibattuta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din hija l-kwistjoni ta’ jekk, fid-dawl tal-Artikolu 1(3)(b) tiegħu, ir-Regolament Nru 1013/2006 japplikax ukoll fil-każ fejn il-bastiment ikkonċernat ikun fl-ibħra internazzjonali. Fl-opinjoni tal-Land ta’ Niedersachsen, l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għall-ewwel parti tal-vjaġġ tal-Flaminia, imwettqa fl-ibħra internazzjonali, tqajjem il-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmi regolament huwiex kompatibbli mad-dritt internazzjonali pubbliku, u b’mod aktar speċifiku mal-Konvenzjoni ta’ Basel. Il-Land ta’ Niedersachsen tkompli tesponi li, fl-assenza ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali, jista’ jkun li fil-ġejjieni tkun meħtieġa talba għal deċiżjoni preliminari oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża għandha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma ġiex dibattut mill-partijiet jew mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, imressqa mil-Land ta’ Niedersachsen, ma ssemmi ebda fatt ġdid u, essenzjalment, hija intiża sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar żewġ kwistjonijiet li ma tqajmux mill-qorti tar-rinviju li jirrigwardaw, minn naħa, l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1013/2006 meta l-bastiment ikkonċernat ikun jinstab fl-ibħra internazzjonali u, min-naħa l-oħra, dwar il-validità tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 1(3)(b) ta’ dak ir-regolament fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Basel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-elementi kollha meħtieġa biex tiddeċiedi u ma għandhiex tiddeċiedi din il-kawża abbażi ta’ argument li allegatament ma ġiex dibattut bejn il-partijiet u l-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali, tqis li ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-mistoqsija tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandux jiġi interpretat fis-sens li residwi fil-forma ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti għal avarija abbord bastiment, għandhomx jitqiesu bħala skart iġġenerat abbord bastimenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu preliminarjament jiġi nnutat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-residwi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn huma sustanzi jew oġġetti li d-detentur tagħhom għandu l-ħsieb li jiddisponi minnhom, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>skart<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, li jagħmel riferiment għad-definizzjoni mogħtija lil dan il-kunċett fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12, li minn dak iż-żmien ġie ssostitwit bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98, li jinkludi definizzjoni li hija essenzjalment analoga tal-imsemmi kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Din l-ispeċifikazzjoni preliminari esposta, għandu jitfakkar li l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 jeskludi mill-kamp ta’ aplikazzjoni ta’ dan ir-regolament l-iskart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti, sakemm l-imsemmi skart ikun skarikat sabiex ikun irkuprat jew jintrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, hekk kif tindika l-qorti tar-rinviju, f’każ li l-iskart inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellu jitqies li huwa kopert minn din id-dispożizzjoni, ir-Regolament Nru 1013/2006 ma kienx ikun applikabbli għalih sakemm ma jkunx ħalla l-bastiment biex jiġi rkuprat jew biex jintrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hemm lok, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181017">17 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Günter Hartmann Taakvertrieb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:830">EU:C:2018:830</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnutat ukoll li peress li jipprevedi deroga mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1013/2006, l-Artikolu 1(3)(b) ta’ dan ir-regolament għandu, bħala prinċipju, jiġi interpretat b’mod strett. Minkejja dan, dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni stretta ma jistax ifisser, madankollu, li t-termini użati mill-imsemmija dispożizzjoni għad-definizzjoni tal-portata tad-deroga prevista fiha għandhom jiġu interpretati b’mod li jċaħħduha mill-effetti tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Fastweb</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2194">EU:C:2014:2194</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, il-kliem tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, sabiex ikun kopert mill-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, l-iskart għandu jiġi ġġenerat abbord, b’mod partikolari, bastiment u ma jkunx ġie żbarkat minnu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa, li din id-dispożizzjoni ma tinkludi l-ebda indikazzjoni dwar l-oriġini tal-iskart jew il-mod li bih dan ġie ġġenerat abbord il-bastiment ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlatur tal-Unjoni llimita ruħu li jispeċifika, fl-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, il-post fejn l-iskart irid jiġi ġġenerat, jiġifieri abbord, fost l-oħrajn, bastiment, mingħajr ma jistabbilixxi rekwiżit partikolari fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom dan l-iskart jiġi ġġenerat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mit-tifsira normali tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>sakemm l-imsemmi skart ikun skarikat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, użat fl-Artikolu 1(3)(b), jirriżulta li, fil-każ ta’ bastiment, din id-dispożizzjoni tapplika biss sakemm l-iskart ikkonċernat ma jkunx ħalla dak il-bastiment, biex jiġi ttrasferit sabiex jiġi rkuprat jew sabiex jintrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, minn kliem l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 jirriżulta li l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għal skart iġġenerat abbord bastiment, irrispettivament miċ-ċirkostanzi li fihom tali skart jiġi ġġenerat, sal-mument meta dan l-iskart iħalli dan il-bastiment sabiex jiġi rkuprat jew sabiex jintrema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dik il-konklużjoni hija kkonfermata mill-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 1(3)(a) ta’ dan ir-regolament jirrigwarda l-ħatt fuq l-art ta’ skart iġġenerat mill-funzjonament normali ta’, fost l-oħrajn, bastimenti, inkluż ilma mormi u r-residwi, sa fejn dawn huma rregolati mill-Konvenzjoni Marpol 73/78, jew minn strumenti internazzjonali vinkolanti oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ kliem l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, l-Artikolu 1(3)(a) tal-istess regolament jikkonċerna espliċitament l-iskart iġġenerat mill-funzjonament normali ta’, fost l-oħrajn, bastiment, u dan jikkonferma l-fatt li l-esklużjoni prevista fl-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li ma tipprevedix tali speċifikazzjoni, tkopri skart iġġenerat abbord bastiment, irrispettivament miċ-ċirkostanzi li fihom dan l-iskart ġie ġġenerat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006, li tirriżulta minn kliem din id-dispożizzjoni kif ukoll il-kuntest li minnu din tifforma parti, ma hijiex ikkonfutata mill-għan imfittex minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Ċertament, mill-Artikolu 1(1) u mill-premessa 7 tar-Regolament Nru 1013/2006 jirriżulta li dan tal-aħħar jistabbilixxi l-proċeduri u s-sistemi ta’ kontroll applikabbli għall-vjaġġi tal-iskart b’mod li jieħu inkunsiderazzjoni l-bżonn li l-kwalità tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem jiġu ppreżervati, protetti u mtejba. B’mod partikolari, mill-Artikoli 3(1) u 4(1) ta’ dan ir-regolament, moqrija flimkien mal-premessa 14 ta’ dan tal-aħħar, jirriżulta li l-vjaġġi bejn Stati Membri ta’ skart iddestinat għar-rimi u ta’ skart perikoluż iddestinat għall-irkupru għandhom ikunu suġġetti għal notifika minn qabel bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151126">26 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total Waste Recycling</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:780">EU:C:2015:780</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, dan l-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent imfittex mir-Regolament Nru 1013/2006 ma jistax jeħtieġ li, minkejja l-esklużjoni ċara prevista fl-Artikolu 1(3)(b) ta’ dan ir-regolament, il-moviment ta’ skart iġġenerat aċċidentalment abbord bastiment jiġi suġġett għar-regoli tal-imsemmi regolament u, b’mod partikolari, konformement mal-Artikolu 3(1) tiegħu, għall-obbligu ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel. Effettivament, fid-dawl tan-natura mhux mistennija u mhux prevedibbli tal-produzzjoni ta’ dan it-tip ta’ skart, fil-prattika jkun impossibbli jew diffiċli ħafna li l-persuna responsabbli għall-bastiment ikkonċernat tkun f’pożizzjoni li tkun taf, fi żmien utli, l-informazzjoni meħtieġa għal applikazzjoni korretta ta’ dawn ir-regoli, li huma maħsuba biex jiggarantixxu sorveljanza u kontroll effettivi tat-trasferiment tal-imsemmi skart, fis-sens ta’ dan l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, f’każ ta’ skart iġġenerat minn avarija, bħall-iskart inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-imsemmija persuna responsabbli ma tkunx f’pożizzjoni, bil-probabbiltà kollha, qabel l-ittrakkar f’port, li tkunx taf u tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-formoli previsti fl-Annessi I A u I B tar-Regolament Nru 1013/2006, li jikkonċernaw, b’mod partikolari, id-deżinjazzjoni, il-kompożizzjoni u l-identifikazzjoni tal-iskart, kif ukoll it-tip ta’ operazzjoni ta’ rimi jew ta’ rkupru prevista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-effett tal-fatt li r-regoli previsti fir-Regolament Nru 1013/2006 jiġu applikati għal skart iġġenerat abbord bastiment wara li jkun hemm avarija fl-ibħra internazzjonali jista’ jkun l-ittardjar tad-dħul tal-bastiment f’port żġur, u dan ikattar ir-riskju ta’ tniġġis tal-ibħra u għalhekk ikun ta’ ħsara għall-għan imfittex minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għandu, madankollu, jiġi enfasizzat li l-esklużjoni prevista fl-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 ma tistax tiġi applikata f’każ ta’ abbuż min-naħa tal-persuni responsabbli għall-bastiment ikkonċernat. Tali abbużi huma, b’mod partikolari, aġiri intiżi għall-ittardjar, eċċessiv u mingħajr ġustifikazzjoni, fil-ħatt tal-iskart sabiex jiġi rkuprat jew sabiex jintrema. F’dan ir-rigward, tali ttardjar għandu jiġi evalwat fid-dawl, b’mod partikolari, tan-natura ta’ dan l-iskart u tal-grad ta’ periklu li dan jirrappreżenta għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn l-iskart inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien iġġenerat fil-kuntest ta’ avarija abbord il-Flaminia, meta dan il-bastiment kien qed ibaħħar f’ibħra internazzjonali, dan għandu jitqies bħala ġġenerat abbord bastiment fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tapplika għal dan l-iskart sal-mument li dan tal-aħħar iħalli l-istess bastiment sabiex jiġi rkuprat jew sabiex jintrema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq jirriżulta li l-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li residwi, fil-forma ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti għal avarija abbord bastiment, għandhom jitqiesu bħala skart iġġenerat abbord bastimenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li, għaldaqstant, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sakemm jinħattu sabiex jiġu rkuprati jew sabiex jintremew.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20060614">14 ta’ Ġunju 2006</DATE> dwar vjeġġi ta’ skart, għandu jiġi interpretat fis-sens li residwi, fil-forma ta’ skart ta’ metall u ta’ ilma għat-tifi tan-nar imħallat bil-ħama u residwi ta’ tagħbija, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dovuti għal avarija abbord bastiment, għandhom jitqiesu bħala skart iġġenerat abbord bastimenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u li, għaldaqstant, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sakemm jinħattu sabiex jiġu rkuprati jew sabiex jintremew.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>