|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/879 |
22.3.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/879
tal-21 ta’ Marzu 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Corylus avellana, li joriġinaw mir-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2), abbażi ta’ valutazzjoni preliminari tar-riskju, jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli. |
|
(2) |
Wara valutazzjoni preliminari, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 ġew elenkati proviżorjament 34 ġeneru u speċi waħda ta’ pjanti għat-tħawwil li joriġinaw minn pajjiżi terzi, bħala pjanti ta’ riskju għoli. Dik il-lista tinkludi l-ġeneru Corylus L. |
|
(3) |
Fil-31 ta’ Marzu 2023, ir-Renju Unit (3) ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-pjanti għat-tħawwil li ġejjin: pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn sentejn ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 10 mm, pjanti bl-għeruq mikxufa għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 7 snin ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 40 mm, pjanti bl-għeruq mikxufa għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 15-il sena ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 20 cm li joriġinaw mir-Renju Unit (“il-pjanti rilevanti”). Dik it-talba kienet appoġġata mid-dossier tekniku rilevanti. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Novembru 2023, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti rilevanti (4). L-awtorità identifikat il-Phytophthora ramorum (iżolati mhux tal-UE) u t-Thaumetopoea processionea bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier u stmat il-probabbiltà ta’ ħelsien tal-pjanti rilevanti minn dawk il-pesti. |
|
(5) |
Fl-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 (5), il-Phytophthora ramorum (iżolati mhux tal-UE) and t-Thaumetopoea processionea huma elenkati bħala pesti tal-kwarantina fl-Unjoni u bħala pest tal-kwarantina f’żona protetta rispettivament. |
|
(6) |
Abbażi tal-opinjoni tal-Awtorità, ir-riskju fitosanitarju li jirriżulta mill-introduzzjoni tal-pjanti rilevanti fit-territorju tal-Unjoni huwa meqjus aċċettabbli. |
|
(7) |
Minbarra l-pjanti rilevanti, jixraq li jiġu inklużi l-pjanti kollha bl-għeruq mikxufa għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 15-il sena ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu fil-bażi taz-zokk ta’ 20 cm, minkejja l-fatt li r-Renju Unit ressaq biss talba għal pjanti bl-għeruq mikxufa għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 7 snin. Dan għaliex dawk il-pjanti, minħabba n-natura tagħhom bl-għeruq mikxufin, jippreżentaw riskju fitosanitarju aktar baxx mill-pjanti għat-tħawwil ta’ 15 sena fil-materjal għat-tkabbir, li huma inklużi f’dik it-talba u li kienu soġġetti għall-opinjoni xjentifika tal-Awtorità. |
|
(8) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pjanti ta’ mhux aktar minn 15-il sena ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu ta’ 20 cm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mir-Renju Unit, ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti b’riskju għoli. Għalhekk jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra ta’ riskju għoli fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 għalhekk jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/2019-12-14.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2019/oj).
(3) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-fini ta’ dan l-att, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.
(4) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), 2024. Opinjoni Xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-komoditajiet tal-pjanti ta’ Corylus avellana mir-Renju Unit. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8495.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019, fit-tabella tal-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni”, l-entrata “Corylus L., minbarra pjanti għat-tħawwil ta’ Corylus avellana L. jew Corylus colurna L. li joriġinaw mis-Serbja hija sostitwita b’dan li ġej:
“ Corylus L., għajr għal:
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ Corylus avellana L. jew Corylus colurna L. li joriġinaw mis-Serbja; kif ukoll |
|
— |
pjanti għat-tħawwil ta’ mhux aktar minn 15-il sena ta’ Corylus avellana L. b’dijametru massimu ta’ 20 cm fil-bażi taz-zokk, li joriġinaw mir-Renju Unit.” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/879/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)