<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-435/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0435</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:410">EU:C:2018:410</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Sharpston – Kawża C‑435/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Argo Kalda Mardi talu</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis‑<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑435/17</HT></P><P>Argo Kalda Mardi talu</P><P>vs</P><P>Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (PRIA)</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Halduskohus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Tartu, l-Estonja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika Agrikola Komuni</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti diretti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1306/2013</KEYWORD><KEYWORD>Sistema tal-kundizzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Standards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet amministrattivi</KEYWORD><KEYWORD>Marġni diskrezzjonali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Regoli nazzjonali li jeħtieġu lill-bdiewa jippreservaw strutturi arkeoloġiċi</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Politika Agrikola Komuni (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PAK<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> tipprevedi, fost miżuri oħrajn, il-pagament tal-appoġġ tal-Unjoni lill-bdiewa. Sabiex il-bdiewa jibbenefikaw minn dawn il-pagamenti jridu jikkonformaw ma’ ċerti regoli magħrufin iktar bħala s-sistema tal-kundizzjonalità. Dawn ir-regoli bħala rekwiżit għandhom, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, li l-bdiewa jridu jżommu l-art eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. F’dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari t-Tartu Halduskohus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Tartu, l-Estonja) qiegħda tfittex li tivverifika jekk huwiex kompatibbli mar-regoli tal-kundizzjonalità tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> li l-Istati Membri jeħtieġu lill-bdiewa jippreservaw strutturi arkeoloġiċi li jinsabu fuq art agrikola u jekk huwiex leġittimu li jimponu sanzjoni amministrattiva jekk tali struttura tiġi żarmata. Il-qorti tar-rinviju tixtieq issir taf ukoll jekk benefiċjarju tal-appoġġ tal-Unjoni għandux jikkonforma mar-rekwiżit biex iżomm art f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fir-rigward tal-azjenda kollha tiegħu jew fir-rigward biss taż-żona agrikola speċifika li għaliha ntalab l-appoġġ finanzjarju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="608" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 608</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistabbilixxi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, regoli komuni għal pagamenti mogħtija direttament lill-bdiewa (magħrufin ukoll bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>pagamenti diretti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ir-regoli komuni tar-Regolament Nru 1307/2013 japplikaw għall-iskemi ta’ għajnuna, magħrufin bħala pagamenti diretti, elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-regolament. Dawn jinkludu l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (l-Artikolu 1(a)). Din l-iskema hija skema ta’ appoġġ għad-dħul tranżitorja u ssemplifikata għall-bdiewa, offruta, fid-data tal-adeżjoni, lill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni Ewropea fl‑2004 biex tiffaċilita l-implementazzjoni tal-pagamenti diretti. Ser nirreferi għall-pagamenti diretti mogħtija lill-benefiċjarji skont ir-regoli komuni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għall-finijiet ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1307/2013 jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tfisser persuna fiżika jew ġuridika, jew grupp ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikun x’ikun l-istatus legali mogħti lil tali grupp u l-membri tiegħu bil-liġi nazzjonali, li l-impriża tiegħu/tagħhom tkun, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fit-territorju tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1307/2013.</P></NOTE>; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> hija l-unitajiet kollha użati għall-attivitajiet agrikoli mmexxija minn bidwi li jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1307/2013.</P></NOTE>; u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>erja agrikola<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> hija kull erja meħuda minn raba’ li tinħarat, bwar permanenti u mergħat permanenti, jew uċuħ tar-raba’ permanenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>L-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 1307/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1306/2013 jistabbilixxi regoli dwar kwistjonijiet li jinkludu s-sistema tal-kundizzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Il-premessa 53 tistabbilixxi li r-Regolament Nru 1306/2013 jistabbilixxi l-prinċipju li l-pagament sħiħ ta’ appoġġ finanzjarju lil benefiċjarju għandu jkun marbut mar-regoli tal-kundizzjonalità. Il-premessa 54 tikkonferma li dawn ir-regoli jinkorporaw standards bażiċi inklużi dawk li jikkonċernaw il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tal-art. Ara wkoll l-Artikolu 1(d) tar-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>. Il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>bidwi<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (Artikolu 2(a)); <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>attività agrikola<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (Artikolu 2(b)); <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>żona agrikola<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (Artikolu 2(c)); u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>pagamenti diretti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> (Artikolu 2(e)) għandhom l-istess tifsira bħal tat-termini korrispondenti fir-Regolament Nru 1307/2013. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fl-Artikolu 2(d) għandha l-istess tifsira ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fir-Regolament Nru 1307/2013, għajr dik ipprovduta fl-Artikolu 91(3) tar-Regolament Nru 1306/2013 li jirrigwarda s-sistema tal-kundizzjonalità. L-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament Nru 1306/2013 jipprovdi li kull sena, benefiċjarju għandu jissottometti talba għal pagament għaż-żona rilevanti li tindika, fejn applikabbli, il-ħbula tar-raba’ kollha tal-azjenda, kif ukoll iż-żona mhux agrikola li għaliha jintalab appoġġ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>L-Artikolu 67(4) tar-Regolament Nru 1306/2013 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ħabel tar-raba’<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>medda kontinwa ta’ art, iddikjarata minn bidwi, li ma tkoprix aktar minn grupp wieħed ta’ prodott tar-raba’; madankollu, fejn fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tkun meħtieġa dikjarazzjoni separata tal-użu ta’ medda ta’ art fi ħdan grupp ta’ prodott tar-raba’, dak l-użu speċifiku għandu, jekk ikun meħtieġ, jillimita aktar il-ħabel tar-raba’. […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-regoli stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013 jirregolaw il-kundizzjonalità. Il-prinċipju ġenerali tal-Artikolu 91(1) jistabbilixxi li meta benefiċjarju ma jikkonformax ma’ dawn ir-regoli għandha tiġi imposta sanzjoni amministrattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Skont l-Artikolu 92 tar-Regolament Nru 1306/2013, benefiċjarju huwa persuna li tirċievi pagamenti diretti.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 91(2), tali sanzjoni amministrattiva tapplika meta n-nuqqas ta’ konformità jkun ir-riżultat ta’ att jew ommissjoni li tista’ tiġi attribwita direttament lill-benefiċjarju kkonċernat u meta tiġi ssodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin, jew it-tnejn li huma: (a) in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju; (b) tkun ikkonċernata ż-żona tal-azjenda tal-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>F’konformità mal-Artikolu 93(1)(a) tar-Regolament Nru 1306/2013, ir-regoli dwar il-kundizzjonalità jinkludu, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, is-sodisfazzjon tal-istandards stabbiliti fuq livell nazzjonali għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-livell tal-art kif imniżżel fl-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 94, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha (inkluża art li ma tkunx għadha tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni) tinżamm f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, standards minimi għal benefiċjarji għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art abbażi tal-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013, billi jqisu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-ħamrija u l-kundizzjoni klimatika, sistemi eżistenti ta’ biedja, użu ta’ artijiet, tinwib, prattiki ta’ biedja u strutturi ta’ azjenda agrikola. B’dan l-Istati Membri ma għandhomx jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma humiex stabbiliti fl-Anness II<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Il-premessa 58 tistabbilixxi li s-sistema tal-kundizzjonalità stabbilita fir-Regolament Nru 1306/2013 hija usa’ fil-portata tagħha minn dik tal-leġiżlazzjoni preċedenti (ara l-punt 47 iktar ’il quddiem). Is-sistema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[…] għand[ha], għalhekk [t]inkludi qafas li fih l-Istati Membri għandhom jadottaw standards nazzjonali ta’ kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. Il-qafas tal-Unjoni għandu jinkludi wkoll regoli biex jiġu indirizzati aħjar l-ilma, il-ħamrija, il-ħażna ta’ karbonju, il-bijodiversità u kwistjonijiet ta’ pajsaġġ, kif ukoll livell minimu ta’ manutenzjoni tal-art.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 jistabbilixxi li s-sanzjoni amministrattiva prevista mill-Artikolu 91 għandha tiġi imposta meta r-regoli dwar il-kundizzjonalità ma jiġux osservati fi kwalunkwe żmien f’sena kalendarja partikolari, u fejn in-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni jkun jista’ jiġi attribwit direttament lill-benefiċjarju li jkun issottometta l-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għal pagament fis-sena kalendarja kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013 huwa intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Regoli dwar il-Kondizzjonalità skont l-Artikolu 93<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Dan l-anness juża l-akronimu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>KAAT<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li jfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Standards għal kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-artijiet<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. It-tabella fl-Anness II tinkludi l-annotazzjoni li ġejja:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Qasam</CELL><CELL COL="2">Kwistjoni Ewlenija</CELL><CELL COL="3">Rekwiżiti u standards</CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Ambjent, tibdil fil-klima, kondizzjoni agrikola tajba tal-artijiet</CELL><CELL COL="2">Pajsaġġ, livell minimu ta’ żamma,</CELL><CELL COL="3">KAAT 7</CELL><CELL COL="4">Żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ, inkluż fejn adatt, ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, siġar f’linji dritti, fi grupp jew iżolati, marġnijiet tal- għelieqi u l-artijiet imtarrġa, inkluż projbizzjoni fuq il-qtugħ ta’ ħitan tal-ħaxix u siġar waqt l-istaġun tat-tgħammir u t-trobbija tal-għasafar u, bħala opzjoni, miżuri biex ikunu evitati speċijiet ta’ pjanti invażivi</CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Tal‑<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="48" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 181, p. 48</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jistabbilixxi dispożizzjonijiet li jissupplimentaw ċerti elementi tar-Regolament Nru 1306/2013, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> dawk relatati mal-identifikazzjoni tal-penali amministrattivi u l-iffissar tar-rata speċifika li għandha tiġi imposta, kif ukoll il-bażi biex tiġi kkalkolata l-għajnuna, u tinkludi regoli dwar kif għandhom jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli jinkludu karatteristiċi tal-pajsaġġ jew siġar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Artikolu 1(b) u (h) rispettivament, tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 sabiex tiġi żgurata konformità mal-miżuri tal-PAK l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi li jidentifikaw ħbula tar-raba’ u għandhom jiżguraw li dawn il-ħbula li jiġu ddikjarati jkunu identifikati b’mod ċar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kif iddefinit mill-Artikolu 67(4) tar-Regolament Nru 1306/2013; ara wkoll il-premessi 43 sa 45 ta’ dan ir-regolament.</P></NOTE>. Hija prevista dispożizzjoni speċifika għall-karatteristiċi tal-pajsaġġ suġġetti għar-rekwiżiti u l-istandards elenkati fl-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013 li jagħmlu parti miż-żona totali ta’ ħabel tar-raba’. Dawn il-karatteristiċi huma kkunsidrati li jagħmlu parti miż-żona eliġibbli ta’ dan il-ħabel art skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara wkoll il-premessa 11 tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014.</P></NOTE>. F’konformità mal-Artikolu 39(1) ta’ dan ir-regolament, meta nuqqas ta’ konformità jirriżulta min-negliġenza tal-benefiċjarju, it-tnaqqis applikat għandu, bħala regola ġenerali, ikun ta’ 3 % tal-ammont totali tal-pagament dirett inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont ir-regoli nazzjonali, benefiċjarju ta’ pagament dirett skont it-tifsira tal-Artikolu 92 tar-Regolament Nru 1306/2013 għandu jikkonforma mar-rekwiżit biex iżomm l-art f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fir-rigward tal-attivitajiet agrikoli tiegħu u fir-rigward tal-art kollha fl-azjenda tiegħu. Dan jinkludi ż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ u t-twettiq ta’ ammont minimu<?PAGE NO="4"?> ta’ xogħol ta’ manutenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fid-deċiżjoni tar-rinviju l-qorti tar-rinviju stabbilixxiet fil-Paragrafu 8 tar-Regolament Nru 32 tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali tas‑<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Rekwiżiti ġenerali għall-kisba ta’ pagamenti diretti, pagament uniku skont l-erja, appoġġ għall-klima u l-ambjent u appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</P></NOTE>. Struttura arkeoloġika — bħal, pereżempju, post tad-dfin, għandha tiġi ppreżervata. Għal dan il-għan dawn li ġejjin jistgħu jiġu kklassifikati bħala struttura arkeoloġika: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>siti ta’ kolonji antiki, medjevali u moderni, fortizzi, refuġji, postijiet ta’ qima, postijiet tad-dfin, għelieqi antiki, ġebel b’tinqix preistoriku, toroq, pontijiet, siti ta’ portijiet, u siti relatati mal-bidu tal-industrija.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-qorti tar-rinviju tistipula fid-deċiżjoni tar-rinviju l-Paragrafu 3(9) tar-Regolament Nru 4 tal-Ministeru għall-Agrikoltura tal‑<DATE ISO="20150114">14 ta’ Jannar 2015</DATE>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Rekwiżiti għaż-żamma ta’ stat agrikolu u ambjentali tajjeb tal-art<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jirreferi għall-Paragrafu 3(2) tal-Muinsuskaitseseadus (il-Liġi dwar il-Konservazzjoni tal-Patrimonju).</P></NOTE></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fl‑2016 Argo Kalda Mardi talu (l-Azjenda Agrikola ta’ Argo Kalda Mardi: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Mardi talu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) applikat għal pagament uniku skont l-erja u għal pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Fit‑<DATE ISO="20161102">2 ta’ Novembru 2016</DATE> il-Põllumajanduse Registrite ja Informatsiooni Amet (l-Uffiċċju tar-Reġistri Agrikoli u l-Informazzjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>PRIA<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) wettaq kontroll fuq il-post fl-unità agrikola ta’ Mardi talu. Fir-rapport li sar wara l-kontroll fuq il-post il-PRIA afferma, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>fl-għalqa Nru 46 — fit-tarf tal-għalqa […] monument arkeoloġiku — sit immarkat bil-ġebel, il-ġebel tiegħu tressaq lejn it-tarf tal-għalqa, il-friegħi mejta li kien hemm tneħħew. Ritratti.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20161124">24 ta’ Novembru 2016</DATE> il-PRIA informa lil Mardi talu li kisret il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi r-rekwiżiti għaż-żamma ta’ art f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>miżuri nazzjonali inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>). Għaldaqstant, ġiet imposta sanzjoni amministrattiva u l-għajnuna li Mardi talu kienet talbet tnaqqset bi 3 %. Fit‑<DATE ISO="20161130">30 ta’ Novembru 2016</DATE> Mardi talu kkontestat il-konstatazzjoni tal-PRIA, fejn irribattiet li peress li s-sit immarkat bil-ġebel kien mitluq fil-beraħ u ma kienx fuq art agrikola iżda fil-periferija taż-żona tal-għalqa, ma kisritx il-miżuri nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-PRIA rrispondiha fis‑<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE>, fejn sostna li, f’konformità mal-Artikolu 72(1)(a) tar-Regolament Nru 1306/2013, dawn ir-regoli kellhom jiġu osservati wkoll fir-rigward tal-art li tinsab ’il barra mill-konfini taż-żona tal-għalqa u li għaliha ma ntalbet l-ebda għajnuna. Permezz ta’ deċiżjoni ddatata l-<DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE> il-PRIA ta lil Mardi talu pagament uniku skont l-erja ta’ EUR 82 606.88. Sussegwentement ġiet imposta sanzjoni u għaldaqstant il-pagament tnaqqas bi 3 % (EUR 2 554.94). Skont deċiżjoni oħra bl-istess data l-PRIA ta lil Mardi talu pagament ta’ EUR 37 549.94 għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent. Il-pagament tnaqqas ukoll bi 3 % (EUR 1 161.34) b’segwitu ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20170117">17 ta’ Jannar 2017</DATE> Mardi talu ressqet ilment quddiem il-PRIA biex tannulla ż-żewġ deċiżjonijiet inkwantu l-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva u t-tnaqqis ta’ 3 % tal-pagamenti mogħtija. Il-PRIA ċaħad l-ilment b’deċiżjoni ddatata l-<DATE ISO="20170220">20 ta’ Frar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE> Mardi talu fetħet kawża quddiem il-qorti tar-rinviju biex: (i) tannulla s-sanzjonijiet amministrattivi imposti bis-saħħa taż-żewġ deċiżjonijiet tal‑<DATE ISO="20171215">15 ta’ Diċembru 2017</DATE>; (ii) tordna li jitħallsu s-somom li tnaqqsu; u (iii) tannulla d-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170220">20 ta’ Frar 2017</DATE>. Mardi talu ppreżentat numru ta’ punti insostenn tar-rikors tagħha, inkluża l-affermazzjoni li ma kien hemm l-ebda ksur tar-regoli tal-kundizzjonalità. Borġ ġebel ma huwiex monument funebri, dan ġie miġbur f’operazzjoni tal-ġestjoni tal-għalqa. Iż-żona tal-ksur allegat ma kinitx l-art li Mardi talu użat għall-produzzjoni agrikola u ma saret l-ebda applikazzjoni għal pagament fir-rigward ta’ din l-art.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-PRIA rribatta li l-prova ta’ struttura arkeoloġika ġiet irreġistrata fis‑<DATE ISO="19980106">6 ta’ Jannar 1998</DATE> u ġiet ikkonfermata fl-unità kadastrali tal-għelieqi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Hansapõld<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> abbażi tad-data tar-reġistru tal-monumenti kulturali tal-Istat. Il-PRIA invoka wkoll il-materjal ipprovdut mill-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Patrimonju biex jikkonferma l-istatus arkeoloġiku tas-sit funebri mmarkat bil-ġebel. L-art fejn is-sit immarkat bil-ġebel kien jinsab kienet tagħmel parti mill-azjenda ta’ Mardi talu. L-obbligu tad-dritt nazzjonali li jeħtieġ il-protezzjoni ta’ struttura arkeoloġika ma kienx japplika biss għall-art ikkultivata għall-produzzjoni agrikola li għaliha ntalbet l-għajnuna, iżda għall-azjenda agrikola kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tafferma li skont ir-regoli nazzjonali struttura arkeoloġika, post tad-dfin, għalqa antika, ġebel b’tinqix preistoriku, toroq jew pontijiet għandhom jiġu ppreżervati, u li postijiet tad-dfin antiki, medjevali u moderni huma kollha strutturi arkeoloġiċi għall-finijiet ta’ dawn ir-regoli. Din il-qorti hija tal-fehma li l-għan tar-regoli nazzjonali inkwistjoni huwa li jipproteġi s-siti mmarkati bil-ġebel li jinsabu fl-Estonja bħala monumenti. Huwa magħruf li Mardi talu ma kinitx qiegħda tuża l-art fejn kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel bħala art agrikola u li s-sit immarkat bil-ġebel kien fil-periferija tal-ħabel art li fil-fatt kien qiegħed jintuża għall-produzzjoni agrikola. Madankollu, ma huwiex ċar jekk l-għan tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, jiġifieri r-Regolament Nru 1306/2013, huwiex li jippreżerva s-siti funebri mmarkati bil-ġebel bħala strutturi arkeoloġiċi. L-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013 jagħti l-impressjoni li, fir-rigward tal-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, iż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ hija mniżżla bl-għan li tipproteġi l-ambjent bħala sistema ekoloġika u bijoloġika, iktar milli biex tippreżerva strutturi kulturali u storiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju qiegħda titlob deċiżjoni preliminari dwar id-domandi segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>(1)</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li huwa konformi mal-Artikolu 93(1), mal-Artikolu 94 u mal-istandards minimi tal-Anness II tar-[Regolament Nru 1306/2013] li Stat Membru jimponi fuq applikant ta’ pagament uniku fis-superfiċji u ta’ pagament għall-prattiki agrikoli li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent l-obbligu li jżomm siti funebri immarkati bil-ġebel (kivikalmed), obbligu li l-ksur tiegħu jagħti lok għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis ta’ 3 % tal-għajnuna bħala sanzjoni amministrattiva skont l-Artikolu 39 tar-[Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni Nru 640/2014]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li, bis-saħħa tal-Artikolu 72(1)(a) tal-Artikolu 91(1) u (2), tal-Artikolu 93(1) u tal-Artikolu 94 tar-[Regolament Nru 1306/2013] u bis-saħħa tal-[Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1307/2013], l-applikant ta’ pagament uniku fil-wiċċ u ta’ pagament għall-prattika agrikola li jibbenefikaw il-klima u l-ambjent għandu josserva l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin fl-azjenda agrikola tiegħu kollha jew biss fuq is-superfiċj agrikolu li għalih tintalab għajnuna b’mod konkret, sabiex tiġi evitata applikazzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub minn Argo Kalda Mardi talu, il-Gvern Estonjan u l-Kummissjoni Ewropea. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma tagħmilx seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha l-qorti tar-rinviju qiegħda tfittex li taċċerta jekk ir-regoli nazzjonali li jeħtieġu l-preżervazzjoni ta’ strutturi arkeoloġiċi, f’dan il-każ sit funebri mmarkat bil-ġebel, humiex kompatibbli mar-rekwiżiti fir-Regolament Nru 1306/2013 li jikkonċernaw standards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art, b’mod partikolari ż-żamma ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>KAAT 7<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), u jekk is-sanzjoni amministrattiva imposta minħabba t-taħtit u ċ-ċaqliq ta’ struttura kinitx għalhekk ammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Mardi talu tafferma li waqt li l-Istati Membri għandhom marġni diskrezzjonali, id-dispożizzjonijiet tal-kundizzjonalità fir-Regolament Nru 1306/2013 ma jestendux għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali ta’ Stat Membru. Għalhekk, meta struttura arkeoloġika ma hijiex parti mill-ekosistema jew l-ambjent bijoloġiku, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kundizzjonalità ta’ dan ir-regolament. L-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva u t-tnaqqis sussegwenti fl-għajnuna mogħtija lil Mardi talu kienu għalhekk imorru kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Gvern Estonjan u l-Kummissjoni ma jaqblux ma’ din il-fehma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Jien inqis ukoll li r-regoli nazzjonali inkwistjoni huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa magħruf li Mardi talu bħala l-benefiċjarja tal-appoġġ tal-Unjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kundizzjonalità tat-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013, sakemm hija dik li taġixxi bħala bidwi ta’ azjenda li twettaq attivitajiet agrikoli skont it-tifsira tar-Regolament Nru 1307/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art imsemmija fl-Artikolu 93(1) u elenkati fl-Anness II ma humiex iddefiniti b’mod komprensiv fir-Regolament Nru 1306/2013. L-istandard KAAT 7 li jirreferi għaż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ jistipula lista mhux eżawrjenti ta’ dawn il-karatteristiċi. Fl-assenza ta’ definizzjoni fir-Regolament Nru 1306/2013, dan it-terminu għandu jiġi interpretat b’kunsiderazzjoni tat-tifsira konvenzjonali tiegħu u l-kuntest li fih huwa użat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara fost ħafna oħrajn, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010510">10 ta’ Mejju 2001</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Rundgren</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑389/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:264">EU:C:2001:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Horvath</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑428/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:458">EU:C:2009:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-kuntest leġiżlattiv ma jinkludix kliem li jikklassifika, bħal karatteristiċi tal-pajsaġġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>naturali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jew karatteristiċi tal-pajsaġġ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>agrikoli<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Huwa għalhekk konsistenti ma’ dan il-kuntest li mill-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>żamma ta’ karatteristiċi ta’ pajsaġġ<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jiġi dedott li jinkludi potenzjalment il-karatteristiċi viżibbli kollha ta’ żona tal-kampanja jew art. Din tkun tkopri bini jew interventi oħra mill-bniedem fuq il-pajsaġġ, kif ukoll dawk il-karatteristiċi li ġejjin minħabba l-profil naturali ta’ madwar il-pajsaġġ (bħal muntanji, xmajjar jew bwar). Jien jidhirli li din il-fehma hija kompatibbli mal-KAAT 7 u l-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013, li jinkludi elementi li huma r-riżultat ta’ intervent mill-bniedem, bħal ħitan tal-ħaxix, għadajjar, fossijiet, artijiet imtarrġa u marġnijiet tal-għelieqi. It-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>karatteristiċi ta’ pajsaġġ<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> jindika dawk l-elementi li bihom jistgħu jiġu identifikati ċerti żoni tal-kampanja. Sakemm l-istandards KAAT japplikaw ukoll għall-kundizzjoni ambjentali tal-art, ma huwiex neċessarju li jintwera li dawn l-elementi huma użati għal finijiet agrikoli. Lanqas ma huwa rekwiżit li l-kundizzjoni ambjentali tajba ta’ għalqa tikkonċerna biss l-ekosistema tal-ambjent bijoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-punt KAAT 7 fl-Anness II għar-Regolament Nru 1306/2013 tissuġġerixxi li ż-żona tal-art minnha nnifisha għandha b’mod ġenerali tinżamm f’kundizzjoni tajba. F’dawn iċ-ċirkustanzi jista’ jagħti l-każ li japplikaw kunsiderazzjonijiet purament estetiċi jew li Stat Membru jkun jixtieq iżomm karatteristiċi ta’ valur kulturali jew storiku fil-pajsaġġ tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1306/2013 jagħti lill-Istati Membri marġni diskrezzjonali wiesgħa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żona agrikola kollha, inkluża art li ma għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba. Għalhekk, jekk is-sit immarkat bil-ġebel kien jinsab fuq art użata għal finijiet agrikoli jew fuq roqgħa art magħquda magħha ma huwiex strettament rilevanti sakemm ma kienx fuq art li kienet parti mill-azjenda ta’ Mardi talu kif iddefinit mill-Artikolu 91(3)(a) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1306/2013, huma l-Istati Membri li għandhom jiddefinixxu fuq livell nazzjonali jew reġjonali l-istandards minimi għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba ta’ art abbażi tal-Anness II. Għalhekk, huwa permissibbli għall-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-patrimonju kulturali tagħhom fejn iqisu li huwa xieraq li jagħmlu dan. Sakemm dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw jew il-kundizzjoni agrikola jew dik ambjentali tajba ta’ art, huma wkoll kompatibbli mal-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din il-fehma hija konsistenti mal-għan ġenerali tar-Regolament Nru 1306/2013, espress fil-premessa 54, li jkun hemm kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta’ agrikoltura sostenibbli permezz ta’ għarfien aħjar min-naħa tal-benefiċjarji dwar il-bżonn li jiġu rrispettati l-istandards bażiċi li jikkonċernaw, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu juru x-xewqa li jippreservaw l-istrutturi arkeoloġiċi għal raġunijiet oħra għajr dawk estetiċi jew ta’ benefiċċju għall-patrimonju kulturali. Jista’ — pereżempju — jagħti l-każ li dawn l-istrutturi jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-erożjoni tal-ħamrija u għaż-żamma tal-materja organika tal-ħamrija. Strutturi arkeoloġiċi jistgħu jkunu wkoll ta’ kenn għall-għasafar, insetti u pjanti u jistgħu għalhekk jikkostitwixxu ekosistema prosperuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Finalment, jidhirli li d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’<HT TYPE="ITALIC">Horvarth</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NO.CASE>C‑428/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:458">EU:C:2009:458</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> tipprovdi gwida utli hawnhekk. F’din il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja ġiet mistoqsija jekk Stat Membru jistax jinkludi fost l-istandards KAAT tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Regolament tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).</P></NOTE> rekwiżiti relatati mal-manutenzjoni mal-mogħdijiet viżibbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li waqt li l-Istati Membri kienu obbligati li jikkonformaw mar-rekwiżiti elenkati fl-Anness IV tar-Regolament Nru 1782/2003, madankollu żammew ċerta diskrezzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> indikat li l-Istati Membri jistgħu jadottaw rekwiżiti KAAT għal finijiet ambjentali. Għalhekk, obbligu biex tinżamm karatteristika tal-pajsaġġ li ma kellhiex għan agrikolu iżda kienet tikkonċerna l-ambjent ikkostitwixxiet rekwiżit KAAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Horvath</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑428/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:458">EU:C:2009:458</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ huma komponenti fiżiċi tal-ambjent. Kif spjegat il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>fir-rigward ta’ dan l-aspett, ir-rekwiżiti dwar iż-żamma ta’ dawn il-partikolaritajiet għandhom jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni tagħhom bħala komponenti fiżiċi. L-obbligi ta’ manutenzjoni jistgħu jikkontribwixxu għaż-żamma ta’ tali mogħdijiet bħala komponenti fiżiċi tal-ambjent. […] Minn dan jirriżulta li obbligu li jirriżulta minn dawn l-istandards jista’ jkollu l-għan ambjentali li jiġi evitat it-taħsir tal-ambjenti naturali […]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-karatteristiċi tal-pajsaġġ inkwistjoni f’din il-kawża kellhom il-potenzjal li jgħinu fil-preżervazzjoni tal-ambjent naturali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Horvath</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑428/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:458">EU:C:2009:458</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-qosor, fil-fehma tiegħi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ambjent<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> kif użat fil-kuntest tal-kundizzjonalità ma għandux jinftiehem b’mod dejjaq b’tali mod li jkopri biss l-inħawi bijoloġiċi li jinsabu viċin il-post fejn isseħħ l-attività agrikola. Kif diġà indikat il-Qorti tal-Ġustizzja f’<HT TYPE="ITALIC">Horvath</HT>, karatteristiċi tal-pajsaġġ li ma jikkontribwixxux direttament għall-proċessi tal-industrija agrikola huma madankollu part integrali tal-kampanja rurali; u l-preżervazzjoni tagħhom tista’ b’mod xieraq tagħmel parti mill-obbligi tal-kundizzjonalità li l-bdiewa huma meħtieġa li josservaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna diretta li jirċievu mill-baġit tal-Unjoni u għalhekk mill-kontribwenti tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara pereżempju, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Planes Bresco</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑333/15 u C‑334/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:426">EU:C:2016:426</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix Stat Membru milli jinkludi l-preżervazzjoni ta’ monumenti arkeoloġiċi, bħal sit funebri mmarkat bil-ġebel, bħala parti mill-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba għall-finijiet tal-punt KAAT 7 fl-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jien tal-fehma li s-sanzjoni amministrattiva kienet ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju affermat li t-tneħħija tas-sit funebri mmarkat bil-ġebel marret kontra r-regoli nazzjonali rilevanti. Għalhekk, Mardi talu kisret ir-regoli tal-kundizzjonalità skont it-tifsira tal-Artikolu 93 tar-Regolament Nru 1306/2013. Għaldaqstant ġew applikati l-kundizzjonijiet li skattaw l-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva stabbilita fl-Artikolu 91(1) u (2). F’konformità mal-Artikolu 39(1) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 it-tnaqqis xieraq kien ta’ 3 % (l-ammont minimu pprovdut) tal-ammont totali tal-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalhekk ser nikkonkludi li skont l-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Nru 1306/2013, Stat Membru jista’ jinkludi rekwiżiti relatati mal-preżervazzjoni ta’ strutturi arkeoloġiċi, bħal sit funebri mmarkat bil-ġebel, fir-regoli tiegħu li huma relatati mal-istandards KAAT elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, sa fejn dawn ir-rekwiżiti jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni ta’ dawn l-istrutturi bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ jew, kif jista’ jagħti l-każ, biex tiġi evitata l-qerda tal-ambjent naturali. Meta benefiċjarju ta’ pagament dirett jonqos milli jikkonforma mar-regoli tal-kundizzjonalità, b’mod partikolari billi ma jippreżervax monument arkeoloġiku kif jeħtieġu r-regoli nazzjonali, huwa kompatibbli mat-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013 li tiġi applikata s-sanzjoni amministrattiva xierqa f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>It-tieni domanda tikkonċerna l-interpretazzjoni taż-żona tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tal-benefiċjarju kkonċernat. Il-qorti tar-rinviju qiegħda tfittex li taċċerta ruħha dwar jekk benefiċjarju għandux jikkonforma mar-rekwiżit ta’ kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fir-rigward tal-azjenda kollha tiegħu jew fir-rigward biss taż-żona agrikola speċifika li għaliha ntalbet l-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Din il-qorti tafferma li Mardi talu ma użatx l-art li fuqha kien hemm is-sit immarkat bil-ġebel bħala art agrikola, u li ma ntalbet l-ebda għajnuna fir-rigward ta’ din ir-roqgħa. Is-sit immarkat bil-ġebel kien jinsab fil-periferija tal-ħabel art li għalih ntalbet l-għajnuna. Dawn il-fatti ma humiex ikkontestati mill-benefiċjarju, ħlief għall-pożizzjoni tas-sit immarkat bil-ġebel. Mardi talu tafferma li d-deskrizzjoni tal-qorti tar-rinviju tal-fatti f’dan ir-rigward hija żbaljata, peress li s-sit funebri mmarkat bil-ġebel inbena fuq ir-roqgħa art li hija magħquda mal-ħabel li għalih ntalbet l-għajnuna. Il-ġebel kien ilu hemm għal deċenji u wassal biex l-art ma tibqax tajba għal użu agrikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tafferma li t-tieni domanda tapplika biss f’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda tagħha. Madankollu, jidhirli (kif issottomettew il-Gvern Estonjan u l-Kummissjoni) li din id-domanda hija effettivament rilevanti fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv. Għalhekk, ser nikkunsidra t-tieni domanda bl-għan li nipprovdi risposta sħiħa għall-kwistjonijiet imqajma fid-deċiżjoni tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa magħruf li s-sit immarkat bil-ġebel kif jinsab fl-azjenda agrikola ta’ Mardi talu, il-benefiċjarju għall-finijiet tar-regoli tal-kundizzjonalità. Lanqas ma huwa kkontestat li l-art li fuqha kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel ma kinitx unità għall-produzzjoni agrikola li għaliha ntalbet xi għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Jidhirli li benefiċjarju għandu neċessarjament jikkonforma mar-regoli tal-kundizzjonalità fir-rigward tal-azjenda kollha, iktar milli għaż-żona speċifika użata għall-produzzjoni agrikola biss li għaliha ntalbet l-għajnuna. Diġà indikajt li dan jirrifletti l-qari tiegħi tal-Artikolu 72(1)(a) flimkien mar-regoli tal-kundizzjonalità fit-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara l-punt 29 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-Artikolu 91(2)(b) jistabbilixxi li sanzjoni amministrattiva tapplika biss meta jirriżulta nuqqas ta’ konformità minn att jew ommissjoni direttament attribwibbli għall-benefiċjarju kkonċernat u meta waħda jew iż-żewġ kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti: (a) in-nuqqas ta’ konformità jkun relatat mal-attività agrikola tal-benefiċjarju (li hawnhekk ma huwiex il-każ); (b) tkun ikkonċernata ż-żona tal-azjenda tal-benefiċjarju. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> hija ddefinita fl-Artikolu 91(3)(a) li tfisser l-unitajiet ta’ produzzjoni u ż-żoni kollha ġestiti mill-benefiċjarju li jkunu jinsabu fit-territorju tal-istess Stat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>L-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 1306/2013 jiddefinixxi azjenda b’riferiment għall-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1307/2013, ħlief meta japplikaw ir-regoli tal-konformità fit-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013. Ara l-punti 4 sa 8 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Din il-formulazzjoni tindika li l-attivitajiet tal-benefiċjarju fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">azjenda kollha</HT> huma rilevanti għall-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar jekk ir-regoli tal-kundizzjonalità ġewx osservati fi kwalunkwe każ partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Din il-fehma hija sostnuta mill-premessa 53 tar-Regolament Nru 1306/2013, li tistabbilixxi li r-Regolament Nru 1782/2003 stabbilixxa l-prinċipju li pagament sħiħ lil benefiċjarji ta’ xi għajnuniet finanzjarji skont il-PAK għandu jkollhom rabta mal-konformità tar-regoli relatati ma’, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-ġestjoni ta’ artijiet. Skont is-sistema tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>kundizzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> li tirriżulta l-Istati Membri għandhom jimponu sanzjonijiet billi jnaqqsu jew jeskludi l-għajnuna. Il-premessa 54 iżżid li s-sistema tal-kundizzjonalità tinkorpora fil-PAK standards bażiċi li jikkonċernaw, pereżempju l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-art li tikkonferma l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ ta’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dawn l-għanijiet ikopru l-għanijiet wiesgħin li ma humiex suġġetti għal limitazzjoni espliċita. Din ma hijiex xi sorpriża. Tkun diffiċli biex wieħed jiġġustifika l-ħlas ta’ fondi pubbliċi f’għajnuna diretta lil bdiewa għal ċerti rqajja’ ta’ artijiet li jagħmlu parti mill-azjenda ġenerali, filwaqt li jittolleraw attivitajiet li fl-intier tagħhom huma ta’ detriment għal rqajja’ oħra fl-istess azjenda li ma humiex użati għal finijiet agrikoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-istorja leġiżlattiva tar-Regolament Nru 1306/2013 titfa’ iktar dawl fuq l-għanijiet tar-regoli Is-sekwenza tal-atti leġiżlattivi hija kif ġej. Ir-Regolament Nru 1782/2003 (li ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 73/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Regolament tal-Kunsill tad‑<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>) stabbilixxa li l-prinċipju li pagament sħiħ ta’ għajnuna lil benefiċjarji skont il-PAK għandu jkun marbut ma’ sistema tal-kundizzjonalità. Sussegwentement ġew adottati numru ta’ strumenti separati li jistabbilixxu l-qafas leġiżlattiv għall-PAK fil-perijodu mill‑2014 sal‑2020 inklużi r-Regolament Nru 1306/2013 u r-Regolament Nru 1307/2013, li ħassru u ssostitwixxu r-Regolament Nru 73/2009. Ir-Regolament Nru 1306/2013 jistabbilixxi regoli li ġew stabbiliti qabel fir-Regolament Nru 73/2009 b’mod partikolari r-regoli li jiggarantixxu konformità mal-obbligi stabbiliti permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar il-pagament dirett, inklużi kontrolli u l-implementazzjoni ta’ miżuri amministrattivi u sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, ir-regoli relatati mal-kundizzjonalità bħar-rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni, il-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ miżuri rilevanti u r-regoli relatati mal-pagament ta’ avvanzi u l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-premessi 53 u 58 tar-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta tagħha li mbagħad saret ir-Regolament Nru 1782/2003 li jistabbilixxi l-għanijiet minn perspettiva fit-tul għal agrikoltura sostenibbli, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Tisħiħ ta’ standards ambjentali, tas-sigurtà tal-ikel, tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, il-Kummissjoni affermat:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Il-Kundizzjonalità obbligatorja ser tapplika għal standards statutorji Ewropej fil-qasam tal-ambjent, is-sigurtà tal-ikel, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol relatati mal-livell tal-azjenda agrikola. Bħala supplement neċessarju għad-diżakkompanjament sabiex jiġi evitat l-abbandun tal-art u problemi ambjentali sussegwenti, benefiċjarji ta’ pagamenti diretti għandhom ikunu obbligati li jżommu <HT TYPE="ITALIC">l-art agrikola kollha</HT> f’kundizzjoni agrikola tajba.</P><P>Dan ser japplika b’<HT TYPE="ITALIC">approċċ għall-azjenda kollha</HT>, u s-sanzjonijiet ser ikunu applikabbli għal kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ azjenda agrikola ta’ benefiċjarju Dan ser japplika għas-setturi kollha u <HT TYPE="ITALIC">ser japplika għal art agrikola użata kif ukoll dik mhux użata</HT>.</P><P>Bdiewa li jirċievu pagament uniku tal-biedja jew pagamenti diretti oħrajn skont il-PAK u ma jikkonformawx ma’ dawn l-istandards statutorji ser ikunu suġġetti għal sistema ta’ sanzjonijiet. Is-sanzjoni ser tieħu l-forma ta’ tnaqqis parzjali jew sħiħ tal-għajnuna (jiddependi mis-severità tal-każ)<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u skemi ta’ appoġġ għall-produtturi ta’ ċerti prodotti agrikoli tal‑<DATE ISO="20030121">21 ta’ Jannar 2003</DATE> COM(2003) 23 final, p. 10 (enfasi miżjuda minni).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fi studju li sar iktar tard dwar l-impatt tal-ftehimiet ambjentali fuq il-PAK ġie nnotat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>il-kundizzjonalità hija wieħed mill-elementi ewlenin tar-riforma tal-PAK tal‑2003. L-introduzzjoni ta’ miżuri obbligatorji tal-kundizzjonalità li mill‑<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> bdiewa li jirċievu pagamenti diretti ser ikollhom jeħtieġu josservaw sett ta’ rekwiżiti statutorji tal-ġestjoni (SMRs), kif stabbilit fl-Anness III tar-Regolament Nru 1782/2003, u jżommu l-art eliġibbli f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT), f’konformità mal-qafas stabbilit permezz tal-Anness IV tal-istess regolament. <HT TYPE="ITALIC">Ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità jirreferu għall-azjenda agrikola kollha, kif ukoll għal artijiet u binjiet sekondarji oħrajn mingħajr pagamenti diretti</HT>. Nuqqas ta’ konformità twassal għal tnaqqis iddeterminat ta’ pagamenti diretti, ta’ 3 % (1 % sa 5 %) fil-każ tal-ewwel ksur, u 15 % sa 100 % meta n-nuqqas ta’ konformità tkun intenzjonata, skont is-severità, il-portata, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità. Għalhekk, kemm ir-rekwiżiti statutorji eżistenti kif ukoll l-istandards KAAT ser jiġu eżegwiti permezz ta’ kontrolli fi ħdan is-sistema tal-pagament dirett<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> [traduzzjoni libera]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Gay, S.H., Osterburg, B., Baldock, D., u Zdanowicz, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Recent evolution of the EU Common Agricultural Policy (CAP): state of play and environmental potential<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, Marzu 2005, p. 36 (enfasi miżjuda minni).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Finalment, il-memorandum ta’ spjegazzjoni għall-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament Nru 1306/2013 jinnota li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Il-bdiewa, li flimkien ma’ dawk li jieħdu ħsieb il-foresti huma l-aktar nies li jużaw l-art, se jkollhom bżonn tal-appoġġ biex ikunu jistgħu jadottaw u jżommu sistemi u prattiki tal-biedja li jkunu partikolarment favorevoli biex jintlaħqu l-miri ambjentali u dawk klimatiċi, għaliex il-prezzijiet tas-suq ma jirriflettux il-forniment ta’ dawn il-beni pubbliċi. Se jkun ukoll essenzjali li l-potenzjal divers taż-żoni rurali jiġi utilizzat bl-aħjar mod u b’hekk jingħata kontribut għat-tkabbir inklużiv u għall-koeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Proposta tal-Kummissjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20111012">12 ta’ Ottubru 2011</DATE>, COM(2011) 628 final/2, p. 3.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-istorja leġiżlattiva tindika li fil-kuntest tal-PAK, il-bdiewa huma meqjusa li għandhom obbligi li jmorru lil hinn mill-produzzjoni agrikola. Huma għandhom ukoll ir-rwol ta’ gwardjani tal-ambjent (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>ġestituri tal-art<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) fir-rigward tal-art li tagħmel parti mill-azjenda tagħhom. Għalhekk, l-istorja tar-regoli tal-kundizzjonalità tappoġġja qari tar-Regolament Nru 1306/2013 li jwassal għad-deduzzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> bħala li tirreferi għall-azjenda kollha tal-benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>X’aktarx li dan huwa biżżejjed biex tiġi konkluża l-kwistjoni. Madankollu, għall-finijiet ta’ kompletezza, b’mod konċiż ser nikkunsidra jekk l-iskema leġiżlattiva ddettaljata tappoġġjax b’mod simili l-fehma li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tinkludi art li ma hijiex is-suġġett ta’ applikazzjoni għall-għajnuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-istruttura tal-leġiżlazzjoni hija tassew kumplessa. Din tinkludi r-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 li bla dubju għandu jiġi interpretat b’mod koerenti mar-Regolament Nru 1306/2013, ir-regolament ta’ awtorizzazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Nittratta f’iktar dettall ir-relazzjoni ta’ bejn ir-Regolamenti tal-Kunsill u r-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni fil-Konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Teglgaard</HT> <HT TYPE="ITALIC">u</HT> <HT TYPE="ITALIC">Fløjstrupgård</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑239/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:328">EU:C:2018:328</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Iktar minn hekk, għat-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>żona agrikola<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> dan l-aħħar regolament juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>ħabel tar-raba’<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> iddefinita fl-Artikolu 67(4)(a) tar-Regolament Nru 1306/2013. Din id-dispożizzjoni hija parti mill-Kapitolu II <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> li huwa fit-Titolu V tar-Regolament Nru 1306/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Sistemi ta’ Kontroll u Pieni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu l-elementi introdotti biex tiġi kkontrollata effettivament id-distribuzzjoni tal-għajnuna tal-Unjoni mogħtija lill-bdiewa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara l-premessi 43 sa 45 tar-Regolament Nru 1306/2013.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 jintroduċi numru ta’ miżuri tekniċi dettaljati. <HT TYPE="ITALIC">Inter alia</HT>, dan jistipula l-bażi biex tiġi kkalkolata l-għajnuna, inkluż ir-regoli dwar kif għandhom jiġu ttrattati ċerti każijiet li fihom iż-żoni eliġibbli jinkludu karatteristiċi tal-pajsaġġ jew siġar (l-Artikolu 1(h)). Meta l-Istati Membri jagħtu pagamenti uniċi skont l-erja għandhom jiżguraw ukoll li kull ħabel art agrikolu ddikjarat minn benefiċjarju jkun identifikat b’mod affidabbli, b’tali mod li jkun jista’ jinstab u jitkejjel (l-Artikolu 5(2)) sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli neċessarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 jipprovdi li kwalunkwe karatteristika tal-pajsaġġ li taqa’ fl-Anness II tar-Regolament Nru 1306/2013 li tagħmel parti miż-żona totali ta’ ħabel art agrikolu għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti miż-żona eliġibbli ta’ dak il-ħabel art agrikolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-premessa 11 tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni hawnhekk ma hijiex jekk il-post fejn kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel kienx eliġibbli għall-għajnuna. Pjuttost, hija jekk ir-regoli nazzjonali li jeħtieġu l-preżervazzjoni tas-sit immarkat bil-ġebel bħala kundizzjoni tal-għajnuna tal-PAK fir-rigward tar-roqgħa art magħquda li fuq il-periferiji tagħha kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 18 iktar ’il fuq.</P></NOTE> humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, jekk is-sit immarkat bil-ġebel kienx jinsab fuq il-ħabel tar-raba’ li minnu nnifsu huwa eliġibbli għall-għajnuna tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014 jew le, ma jistax jaffettwa l-interpretazzjoni korretta ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>azjenda<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> għall-finijiet tal-Artikoli 2(d) u 91(3) tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk, fuq livell prattiku jista’ jkun utli jekk il-qorti tar-rinviju tistabbilixxi jekk l-art fejn kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel kinitx identifikata minn Mardi talu bħala parti minn żona eliġibbli ta’ ħabel art agrikolu għall-finijiet tar-Regolament ta’ Delega Nru 640/2014. Jekk jirriżulta li dan huwa l-każ, ikun inkonsistenti ma’ din il-konstatazzjoni li jiġi ddeterminat li l-ebda sanzjoni amministrattiva ma tista’ tiġi imposta fir-rigward tal-art fejn kien jinsab is-sit immarkat bil-ġebel sempliċement minħabba li r-roqgħa art ma kinitx użata għal produzzjoni agrikola. Inkella Mardi talu tkun fit-tentazzjoni li tiekol mit-torta tagħha stess. Fejn bidwi jidentifika s-sit ta’ struttura arkeoloġika bħala ħabel tar-raba’ għall-finijiet ta’ talba għall-għajnuna, ma jistax fl-istess ħin jafferma li s-sanzjonijiet amministrattivi ma jistgħux japplikaw għall-attivitajiet tiegħu fuq din l-art minħabba li ma hijiex użata għall-produzzjoni agrikola.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Inżid ukoll li l-interpretazzjoni kuntrarja (il-limitazzjoni tal-obbligi tal-kundizzjonalità għal ħbula ta’ art fi ħdan azjenda li effettivament qegħdin jiġu kkultivata) tagħmilha wisq faċli għal dak li ma jiskruplax biex jevita dawn l-obbligi. Għalhekk, fl-ewwel sena bidwi jista’ joqgħod lura milli jinkludi ħabel art li fiha karatteristika ta’ pajsaġġ inkonvenjenti (jiġifieri, xi siġra tal-millenju jew il-fdalijiet ta’ fortizza minn Żmien il-Bronż. Ħieles mis-sanzjoni finanzjarja li tkun tirriżulta minħabba l-ksur deliberat ta’ obbligu tal-kundizzjonalità, il-bidwi jispiċċa jqaċċat is-siġra, jew iġarraf il-fortizza. Inaddaf xi fdalijiet u trab li jkun fadal minn fuq artu, biex b’hekk iżid roqgħa art oħra disponibbli għall-produzzjoni u potenzjalment l-profitti tiegħu. Sussegwentement, fit-tieni sena, jinkludi dan il-ħabel art fit-talba tiegħu għal għajnuna diretta bħala art li qiegħda tiġi kkultivata. Għalhekk, issa li din is-sitwazzjoni ġiet stabbilita, joħroġ ċar għala s-sistema stabbilita mil-leġiżlatur tal-Unjoni taħdem tajjeb biss jekk l-obbligi tal-kundizzjonalità jirrelataw mal-ħbula tal-art kollha li jagħmlu parti mill-azjenda tal-benefiċjarju, kemm jekk qegħdin jiġu effettivament ikkultivati jew le fi kwalunkwe punt partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi jirriżulta li, għall-finijiet tal-Artikolu 72(1)(a) tar-regoli tal-kundizzjonalità tat-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013, benefiċjarju għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fir-rigward tal-azjenda kollha, mhux biss fir-rigward taż-żona agrikola speċifika li għaliha ntalbet l-għajnuna.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, jiena tal-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha twieġeb għad-domandi magħmula mit-Tartu Halduskohus (il-Qorti Amministrattiva ta’ Tartu, l-Estonja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Skont l-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, Stat Membru jista’ jinkludi rekwiżiti relatati mal-preżervazzjoni ta’ strutturi arkeoloġiċi, bħal sit funebri mmarkat bil-ġebel, fir-regoli tiegħu li huma relatati mal-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba tal-artijiet (KAAT) elenkati fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, sa fejn dawn ir-rekwiżiti jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni ta’ dawn l-istrutturi bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ jew, kif jista’ jagħti l-każ, biex tiġi evitata l-qerda tal-ambjent naturali.</P></ITEM><ITEM><P>Meta benefiċjarju ta’ pagament dirett jonqos milli jikkonforma mar-regoli tal-kundizzjonalità, b’mod partikolari billi ma jippreżervax monument arkeoloġiku kif jeħtieġu r-regoli nazzjonali, huwa kompatibbli mat-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013 li tiġi applikata s-sanzjoni amministrattiva xierqa f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-<DATE ISO="20140311">11 ta’ Marzu 2014</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità.</P></ITEM><ITEM><P>Għall-finijiet tal-Artikolu 72(1)(a) tar-regoli tal-kundizzjonalità tat-Titolu VI tar-Regolament Nru 1306/2013, benefiċjarju għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba fir-rigward tal-azjenda kollha, mhux biss fir-rigward taż-żona agrikola speċifika li għaliha ntalbet l-għajnuna.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>