European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1323

13.3.2025

P9_TA(2024)0215

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-politika dwar il-viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' April 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (12122/2023 – C9-0450/2023 – 2023/0229(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2025/1323)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (12122/2023),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar ir-regoli supplimentari fir-rigward tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, għall-perjodu 2021 sa 2027 (12120/2023),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 77(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0450/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0145/2024),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1323/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)