Official Journal L 088 , 24/03/1998 P. 0003 - 0006
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 648/98 tat-23 ta' Marzu 1998 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 327/98 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur. IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stabbiliti fl-Iskeda CXL ifformolata wara l-konklużjoni tan-negozjati GATT XXIV.6 [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 [2] jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross li joriġina b'mod partikolari fl-Istati Uniti; billi ġew konklużi l-konsultazzjonijiet mal-Gvern ta' l-Istati Uniti dwar il-mod kif dawn iż-żewġ kwoti għandhom jiġu amministrati; billi importazzjonijiet ta' ross li joriġina fl-Istati Uniti għandhom jinvolvu l-kwantità għal April 1998 billi jużaw il-liċenzji ta' importazzjoni maħruġa fuq il-bażi tal-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-korpi kompetenti fl-Istati Uniti; Billi, sabiex jimpedixxu importazzjonijiet taħt il-kwoti għal ross li joriġina fl-Istati Uniti fir-rigward ta' l-1997 milli joħolqu disturb fis-suq tar-ross tal-Komunità, dawn l-importazzjonijiet għandhom jitferrxu fuq perjodu ta' tlett snin; billi t-tqassim tal-kwantitajiet tal-kwota ta' ross li joriġina fl-Istati Uniti fl-1998, 1999 u 2000 għandhu b'hekk jiġi aġġustat; Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċerejali ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 huwa b'dan emendat kif ġej: 1. Artikolu 1(2) huwa mħassar; 2. Paragrafu 2a li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 2: "2a. Għas-snin 1998, 1999 u 2000, il-kwantitajiet ta' ross mitħun u ross imnaddaf li joriġina fl-Istati Uniti u stabbilit fil-paragrafi 1(a) u (b) għandu jitqassmu kif ġej: (i) għall-1998: - ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630: April | Lulju | Settembru | 19361 | 19360 | — | - ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 100620: April | Lulju | Settembru | 4776 | 4776 | — | (ii) għall-1999: - ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630: Jannar | April | Lulju | Settembru | 19361 | 19360 | 19360 | — | - ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 100620: Jannar | April | Lulju | Settembru | 3821 | 3821 | 3821 | — | (iii) għas-sena 2000: - ross nofsu mitħun u mitħun għal kollox kopert bil-kodiċi NM 100630: Jannar | April | Lulju | Settembru | 19362 | 19360 | 19360 | — | - ross imnaddaf kopert bil-kodiċi NM 100620: Jannar | April | Lulju | Settembru | 3822 | 3821 | 1910 | —" | 3. Artikolu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: "Artikolu 3 Billi jiġu sottomessi applikazzjonijet għal liċenzji ta' importazzjoni fir-rigward tar-ross u ross miksur li joriġina fit-Tajlandja u ross li joriġina fl-Awstralja jew fl-Istati Uniti skond il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, dawn għandhom jiġu akkumpanjati mil-liċenzja ta' esportazzjoni oriġinali magħmulha b'mod konformi ma' l-Annessi I, II u IV u maħruġa mill-korp kompetenti fil-pajjiżi msemmija hemmhekk. Id-daħliet fis-sezzjonijiet 7, 8 u 9 ta' l-Anness I ma għandhomx ikunu obbligatorji. Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa fir-rigward tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu validi għas-sena konċernata biss."; 4. Dan l-Anness għandu jiġi miżjud bħala l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 327/98. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Marzu 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 146, ta' l-20.6.1996, p. 1. [2] ĠU L 37, tal-11.2.1998, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS ANEXO IVBILAG IVANHANG IVΠΑΡΑΡΤΗΜΑ IVANNEX IVANNEXE IVALLEGATO IVBIJLAGE IVANEXO IVLIITE IVBILAGA IV +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------