Official Journal L 159 , 03/06/1998 P. 0014 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1143/98 tat-2 ta'Ġunju 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kwota tat-tariffa tal-baqar u eriegħ ta' razez speċifiċi tal-muntanji li ġejjin minn diversi pajjiżi terzi, minbarra dawk għall-qatla, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1012/98 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3066/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 li jistabblixxi ċerti konċessjonijiet f'forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u jaħseb għall-aġġustament, bħala miżura tranżizzjonali u awtonoma, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli msemmija fil-Ftehim Ewropej sabiex tingħata konsiderazzjoni lill-Ftehim dwar l-agrikoltura milħuq waqt il-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati dwar kummerċ multilaterali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1595/97 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 tas-7 ta' Ottubru 1996 li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet f'forma ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti agrikoli u jaħseb għall-aġġustament, bħala miżura tranżizzjonali u awtonoma, ta' ċerti konċessjonijiet agrikoli msemmija fil-ftehim dwar kummerċ ħieles u materji relatati mal-kummerċ ma' l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja, sabiex tingħata konsiderazzjoni lill-Ftehim dwar l-agrikoltura milħuq waqt il-Laqgħa ta' l-Urugwaj tan-negozjati dwar kummerċ multilaterali [3], u b'mod speċjali;-Artikolu 5 tiegħu, Billi r-Regolament (KE) Nru 3066/95 jaħseb għall-ftuħ ta' kwota tat-tariffa għal ammont annwali ta' 7000 baqra u eriegħ ta' razez speċifiċi tal-muntanji li ġejjin mill-Ungerija, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, il-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Litwanja, il-Latvja u l-Estonja b'dazju tad-dwana ta' 6 % ad valorem; billi dik il-kwota għandha trid tinfetaħ fuq bażi multiannwali għal fuq perjodi ta' 12-il xahar li jibdew mill-1 ta' Lulju (minn hawn ’il quddiem imsejjħa "is-sena ta' l-importazzjoni") u r-regoli dettaljati ta' l-applikazzjoni stabbiliti; Billi l-esperjenza wriet li jekk l-importazzjonijiet jitnaqqsu dan jista’ jwassal għall-applikazzjonijiet tal-liċenzi ta' l-importazzjoni spekulattivi; billi, biex ikun żgurat li l-miżuri ppjanati jaħdmu sew, l-ikbar parti ta' l-ammonti disponibbli għandhom jingħataw lill-importaturi "tradizzjonali" ta' baqar u ta' eriegħ ta' razez speċifiċi tal-muntanja; billi f'ċerti każijiet żbalji amministrattivi magħmula mill-organizzazzjoni nazzjonali kompetenti jistgħu jkunu ta' theddida għall-aċċess mill-importaturi għal din il-parti tal-kwota; billi jrid ikun hemm provvedimenti biex titranġa kull ħsara kkawżata; Billi, sabiex ikun evitat li r-relazzjonijiet tan-negozju f'dan il-grupp ta' prodotti jiġu infurzati f'forma eċċessivament riġida, għandha tkun magħmula disponibbli biċċa oħra lil kummerċjanti li jistgħu juru li huma impenjati f'negozju ġenwin ta' ċertu livell ma’ pajjiżi terzi; billi, in konnessjoni ma dan u biex tiġi żgurata tmexxija effiċjenti, jeħtieġ li l-kummerċjant konċernat ikun importa mill-inqas 15-il ras fit-12-il xahar ta' qabel is-sena ta' importazzjoni in kwistjoni; billi, bħala prinċipju, merħla ta' 15-il annimal tikkostitwixxi tagħbija normali u l-esperjenza uriet li l-bejgħ u x-xiri ta' merħla waħda hi ħtieġa minima sabiex operazzjoni tiġi kunsidrata bħala ġenwina u vijabbli; Billi, biex tiġi verifikata konformità ma’ dawn il-kriterji, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi fl-Istat Membru fejn l-importatur jkun reġistrat għal raġunijiet ta' VAT; Billi, sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni, il-kummerċjanti li m'humiex aktar involuti fin-negozju ta' ċanga u vitella fl-1 ta' Lulju tas-sena ta' importazzjoni in kwistjoni għandhom ikunu mċaħħda mill-aċċess għall-kwota; Billi għandhom isiru provvedimenti sabiex is-sistema titħaddem permezz tal-liċenzi ta' l-importazzjoni; billi għal dak il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jiġu sottomessi applikazzjonijiet u għall-informazzjoni li għandha tidher fl-applikazzjonijiet u l-liċenzi, jekk hemm bżonn permezz ta' deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 tas-16 ta'Novembru 1988 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għat-tħaddin tas-sistema tal-liċenzj ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċertifikati ta' ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/98 [5], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1445/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 dwar regoli ta' l-applikazzjoni għal liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/80 [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 759/98 [7]; billi, barra minn hekk, iridu jsiru provvedimenti biex il-liċenzi jinħarġu wara perjodu ta' konsiderazzjoni u soġġetti fejn meħtieġ għal perċentwali ta' riduzzjoni uniformi; Billi, sabiex id-destinazzjoni tkun verifikata, jridu jsiru provvedimenti sabiex annimali importati jkunu identifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 tal-21 ta' April 1997 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali bovini u rigward it-tikkettjar taċ-ċanga u prodotti taċ-ċanga [8]; Billi l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali tal-Komunità [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 [10], jaħseb għal sorveljanza mid-dwana ta' oġġetti mħollija għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'rata mnaqqsa minħabba l-użu aħħari tagħhom; billi l-annimali impurtati għandhom ikunu sorveljati biex jiġi żgurat li ma jinqatlux waqt ċertu perjodu; billi, biex jiġi żgurat li l-qatla ma ssirx, ikun jenħtieġ li tingħata garanzija biex tkopri d-differenza bejn id-dazji taħt it-Tariffa Doganali Komuni (TDK) u d-dazji mnaqqsa meta l-annimali msemmija ddaħħlu għal ċirkolazzjoni ħielsa; Billi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1012/98 ta' l-14 ta' Mejju 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għat-tmexxija ta' kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' barrin, baqar u eriegħ minbarra dawk maħsuba għall-qatla, ta' ċerti razez ta' l-Alpi u tal-muntanji [11], jippreskrivi li, biex jikkonforma maċ-ċaħda tal-qtil ta' annimali impurtati f'ċertu perjodu, għandha tingħata garanzija ekwivalenti għall-ammont speċifikat tad-dazji tad-dwana tat-TDK; Billi dan l-ammont ma jkoprix id-dejn kollu tad-dwana fil-każ tan-nuqqas ta' konformità ma’ l-obbligi marbuta ma’ din il-kwota; billi l-ammont tal-garanzija jrid għalhekk jittranġa biex jirrifletti d-differenza bejn id-dazji tat-TDK u d-dazji mnaqqsa; Billi f'ċerti każijiet żbalji amministrattivi magħmula mill-organizzazzjoni nazzjonali kompetenti jheddu li jnaqqsu l-aċċess mill-importaturi tradizzjonali għal dik il-parti tal-kwota koperta mir-Regolament fuq imsemmi; billi jrid għalhekk ikun hemm provedimenti biex jirranġaw xi ħsara kkawżata; Billi l-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Laħam taċ-Canga u l-Vitella, ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Il-kwota tat-tariffa li ġejja hi hawnhekk miftuħa fuq bażi multiannwali għall-perjodi mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara (minn hawn ’il quddiem imsejjħa "is-sena ta' l-importazzjoni"), għall-annimali li joriġinaw minn pajjiżi terzi msemmija fl-Anness I. Numru tas-serje | Kodiċi NM | Deskrizzjoni | Volum tal-kwota (ras) | Dazju tad-dwana | 09.4563 | ex01029005ex01029029ex01029049ex01029059ex01029069 | Baqar u eriegħ minbarra dawk għall-qatla tar-razez tal-muntanji li ġejjin: griżi, kannella, sofor u kollha kuluri tar-razez Simmental u tar-razza Pinzgau | 7000 | 6 % ad valorem | 2. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 jitqiesu li mhumiex maħsuba mhux għall-qatla meta ma jinqatlux fi żmien erba’ xhur mid-data ta' meta tkun aċċettata d-dikjarazzjoni tal-ħelsien għal ċirkolazzjoni ħielsa. Madankollu tista’ tingħata deroga f'każijiet pruvati ta' forza maġġuri. Artikolu 2 1. Il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) tinqasam f'żewġ partijiet ta' 80 %, jiġifieri 5600 ras, u 20 %, jiġifieri 1400 ras, rispettivament. (a) L-ewwel parti, ekwivalenti għal 80 %, tkun allokata fost l-importaturi fil-Komunità li jistgħi jġibu provi li impurtaw annimali taħt il-kwota għan-Numru tas-serje 09.4563 matul is-36 xahar qabel is-sena ta' l-importazzjoni msemmija. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala referenza tal-kwantità d-drittijiet ta' l-importazzjoni għas-sena ta' importazzjoni li ma ġewx allokati minħabba żball amministrattiv magħmul mill-organizzazzjoni nazzjonali kompetenti. (b) It-tieni parti, ekwivalenti għal 20 %, tiġi allokata fost dawk l-importaturi li jistgħu jġibu provi li impurtaw minn pajjiżi terzi matul it-12-il xahar qabel is-sena ta' importazzjoni msemmija għall-inqas 15-il annimal bovin li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102. L-importaturi jrid ikollhom isimhom imdaħħal f'reġistru nazzjonali tal-VAT. 2. L-ewwel parti tal-kwota tiġi allokata fost l-importaturi skond l-applikazzjonijiet tagħhom għal drittijiet ta' importazzjoni bi proporzjon ma’ l-importazzjonijiet tagħhom ta' annimali kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) matul il-perjodu msemmi f'dak is-subparagrafu. 3. It-tieni parti tal-kwota tiġi allokata fost l-importaturi kif imsemmija fil-paragrafu 1(b) skond l-applikazzjonijiet tagħhom għal drittijiet ta' importazzjoni bi proporzjon mal-kwantitajiet li applikaw għalihom. L-applikazzjonijiet għad-dritt ta' importazzjoni jridu jkunu marbuta ma: - għall-inqas 15-il ras, u - mhux aktar minn 50 ras. Applikazzjonijiet għal liċenzi li jirrigwardaw iżjed minn 50 ras jiġu awtomatikament ridotti għal dak in-numru. 4. Il-prova ta' l-importazzjoni tingħata esklussivament permezz ta' dokument ta' rilaxx tad-dwana għal ċirkolazzjoni ħielsa li jkun debitament ittimbrat mill-awtoritajiet tad-dwana. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw kopji tad-dokumenti fuq imsemmija, debitament iċċertifikati mill-awtorità tal-ħruġ, jekk l-applikanti jippruvaw għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità kompetenti li ma jistgħux jakkwistaw id-dokument oriġinali. Artikolu 3 1. L-importaturi li fl-1 ta' Lulju tas-sena ta' l-importazzjoni in kwistjoni waqqfu l-attivitajiet tagħhom fis-settur taċ-ċanga u l-vitella ma jistgħux jikkwalifikaw għal allokazzjoni skond l-Artikolu 2(1)(a). 2. Kumpannija ffurmata bl-għaqda ta' kumpanniji li kull waħda għandha drittijiet skond l-Artikolu 2(2) għandha tgawdi l-istess drittijiet tal-kumpanniji li minnhom kienet ġiet iffurmata. Artikolu 4 1. Applikazzjoni għal drittijiet ta' importazzjoni tista’ tiġi sottomessa biss fl-Istat Membru li fih l-applikant imniżżel fir-reġistru nazzjonali tal-VAT. 2. Applikant jista’ jissottometti applikazzjoni waħda biss u dik l-applikazzjoni trid tkun marbuta ma' parti waħda biss tal-kwota. F'każ li applikant jissottometti iżjed minn applikazzjoni waħda, l-applikazzjonijiet kollha magħmula minn dik il-persuna jitqiesu bħala invalidi. 3. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(1)(a), l-importaturi jridu jippreżentaw l-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta' importazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti flimkien mal-prova msemmija fl-Artikolu 2(4) sa mhux aktar tard mill-10 ta' Lulju ta' kull sena ta' importazzjoni. Wara li d-dokumenti preżentati jkunu vverifikati, l-Istati Membri jridu jgħaddu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-seba’ jum tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, il-lista ta' l-importaturi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' aċċettazzjoni, u li turi b'mod partikolari l-ismijiet u l-indirizzi tagħhom u n-numru ta' annimali eliġibbli impurtati fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 2(2). 4. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(1)(b), applikazzjonijiet għal drittijiet ta' importazzjoni għandhom jiġu sottomessi mill-importaturi sa mhux aktar tard mill-10 ta' Lulju ta' kull sena ta' importazzjoni, flimkien mal-prova msemmija fl-Artikolu 2(4). Wara li d-dokumenti preżentati jkunu vverifikati, l-Istati Membri jridu jgħaddu lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mis-seba’ jum tax-xogħol wara li jintemm il-perjodu għas-sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet, il-lista ta' l-applikanti u l-kwantitajiet mitluba. 5. In-notifikazzjonijiet kollha, inklużi n-notifikazzjonijiet ta' applikazzjonijiet "nil", iridu jsiru bit-telex jew bil-fax, imħejjija fuq bażi tal-kampjuni fl-Annessi III u IV fil-każijiet fejn fil-fatt l-applikazzjonijiet ġew sottomessi. Artikolu 5 1. Il-Kummissjoni tiddeċiedi safejn jistgħu jibqgħu jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet. 2. Fil-każ ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(4), jekk l-ammonti li dwarhom isiru l-applikazzjonijiet ikunu iżjed mill-ammonti disponibbli, il-Kummissjoni tnaqqas l-ammonti li għalihom ikunu saru l-applikazzjonijiet b'perċentwali fissa. Jekk it-tnaqqis imsemmi fis-subparagrafu ta' qabel jwassal għal ammont ta' inqas minn 15-il ras għal kull applikazzjoni, l-allokazzjoni trid issir billi jittellgħu bix-xorti, bi gruppi ta' 15-il ras, mill-Istati Membri konċernati. Jekk l-ammont li jifdal ikun inqas minn 15-il ras, dak l-ammont jifforma grupp wieħed. Artikolu 6 1. Importazzjonijiet ta' l-ammonti allokati jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni tal-liċenza ta' l-importazzjoni. 2. Applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu jiġu sottomessi biss lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-applikant ikollu ismu mniżżel fir-reġistru nazzjonali tal-VAT. 3. Meta ssir in-notifika ta' l-allokazzjoni mill-Kummissjoni, il-liċenzi ta' l-importazzjoni jinħarġu ma’ l-ewwel opportunità fuq talba u f'isem l-importaturi li jkunu akkwistaw id-drittijiet ta' l-importazzjoni. 4. Il-liċenzi ta' l-importazzjoni jkunu validi għal 90 jum mid-data tal-ħruġ tagħhom. Iżda, jiskadu mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju mid-data tal-ħruġ tagħhom. 5. Liċenzi maħruġa jkunu validi fil-Komunità kollha. 6. Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, għandhom jgħoddu r-Regolamenti (KEE) Nru 3719/88 u (KE) Nru 1445/95. Iżda, l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KEE) Nru 3719/88 ma japplikax. Artikolu 7 1. Spezzjonijiet biex jiżguraw li l-annimali impurtati ma jiġux maqtula fl-erba’ xhur wara l-ħelsien tagħhom għal ċirkolazzjoni ħielsa għandhom isiru skond l-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. 2. L-annimali kollha impurtati taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu identifikati skond ir-Regolament (KE) Nru 820/97. 3. Dik l-identifikazzjoni trid turi d-data li fiha l-annimal tħalla jiċċirkola b'mod ħieles u l-identità ta' l-importatur. 4. Biex tkun żgurata konformità ma’ l-obbligu biex ma jinqatlux l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 u biex ikun żgurat il-ġbir tad-dazji mhux imħallsa f'każ fejn dak l-obbligu ma ġiex osservat, garanzija għandha tiġi depożitata ma’ l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti. L-ammont ta' dik il-garanzija jkun id-differenza bejn id-dazji tad-dwana stipulati fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Artikolu 1(1) li jgħoddu fil-jum meta l-annimali jitħallew jiċċirkolaw b'mod ħieles. Dawk il-garanziji jinħelsu immedjatament meta tingħata prova lill-awtoritajiet tad-dwana konċernati li l-annimali: (a) ma nqatlux fi żmien erba’ xhur mid-data meta tħallew jiċċirkolaw b'mod ħieles; u (b) nqatlu f'dak iż-żmien għal raġunijiet ta' forza maġġuri jew minħabba raġunijiet ta' saħħa jew għax mietu kawża ta' marda jew inċident. Artikolu 8 L-applikazzjonijiet għal-liċenzi u l-liċenzi għandu jkollhom in-notamenti li ġejjin: (a) fil-kaxxa 8, l-isem ta' wieħed jew aktar mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I; il-liċenzi jkun fihom l-obbligu ta' importazzjoni minn wieħed jew aktar mill-pajjiżi indikati; (b) fil-kaxxa 16, il-kodiċijiet NM imsemmija fl-Anness II; (ċ) fil-kaxxa 20, waħda minn dawn li ġejjin: - Razas alpinas y de montaña [Reglamento (CE) no 1143/98], año de importación … - Alpine racer og bjergracer (forordning (EF) nr. 1143/98), importår … - Höhenrassen (Verordnung (EG) Nr. 1143/98), Einfuhrjahr: … - Αλπικές και ορεσίβιες φυλές [κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1143/98], έτος εισαγωγής … - Alpine and mountain breeds (Regulation (EC) No 1143/98), Year of import … - Races alpines et de montagne [règlement (CE) no 1143/98], année d'importation: … - Razze alpine e di montagna [regolamento (CE) n. 1143/98], anno d'importazione … - Bergrassen (Verordening (EG) nr. 1143/98), jaar van invoer: … - Raças alpinas e de montanha [Regulamento (CE) n.o 1143/98], ano de importação … - Alppi- ja vuoristorotuja [Asetus (EY) N:o 1143/98], tuontivuosi … - Alp- och bergraser (förordning (EG) nr 1143/98), importår … Artikolu 9 L-annimali impurtati jikkwalifikaw għad-dazji msemmija fl-Artikolu 1 fuq preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta' ċaqliq EUR.1 maħruġ mill-pajjiż ta' l-esportazzjoni skond il-Protokol 4 anness mal-Ftehim Ewropew u l-Protokol 3 anness mal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles jew dikjarazzjoni mill-esportatur skond il-Protokolli imsemmija. Artikolu 10 Ir-Regolament (KE) Nru 1012/98 huwa emendat kif ġej: 1. Is-subparagrafu li ġej hu miżjud mal-punt (a) ta' l-Artikolu 2(1): "Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala referenza tal-kwantitajiet drittijiet ta' importazzjoni għas-sena ta' importazzjoni ta' qabel li ma ġewx allokati minħabba żball amministrattiv magħmul minn organizzazzjoni nazzjonali kompetenti." 2. L-Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: "2. Biex tkun żgurata konformità ma’ l-obbligu li ma jinqatlux l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 u biex ikun żgurat il-ġbir tad-dazji mhux imħallsa f'każ fejn dak l-obbligu ma jiġix osservat, għandha tiġi depożitata garanzija ma' l-awtoritajiet tad-dwana kompetenti. L-ammont ta' dik il-garanzija għandu jkun id-differenza bejn id-dazji tad-dwana msemmija fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Artikolu 1(1) li jgħoddu fil-jum meta l-annimali jitħallew jiċċirkolaw b'mod ħieles." Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jiba jseħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Lulju 1998. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' Ġunju 1998. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 328, tat-30.12.1995, p. 31. [2] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 1. [3] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p. 1. [4] ĠU L 331, tat-2.12.1988, p. 1. [5] ĠU L 149, ta' l-20.5.1998, p. 11. [6] ĠU L 143, tas-27.6.1995, p. 35. [7] ĠU L 105, ta' l-4.4.1998, p. 7. [8] ĠU L 117, tas-7.5.1997, p. 1. [9] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [10] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1. [11] ĠU L 145, tal-15.5.1998, p. 13. -------------------------------------------------- L-ANNESS I Lista ta' pajjiżi terzi - L-Ungerija - il-Polonja - ir-Repubblika Ċeka - Is-lovakkja - ir-Rumanija - il-Bulgarija - il-Lituwanja - il-Latvja - l-Estonja -------------------------------------------------- L-ANNESS II Kodiċijiet TARIC Kodiċijiet NM | Kodiċijiet TARIC | ex01029005 | 01029005*20*40 | ex01029029 | 01029029*20*40 | ex01029049 | 01029049*20*40 | ex01029059 | 01029059*11*19*31*39 | ex01029069 | 01029069*10*30 | -------------------------------------------------- L-ANNESS III +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS IV +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------