2014R0948 — MT — 27.02.2015 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 948/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ il-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 265, 5.9.2014, p.18) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1337/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 |
L 360 |
15 |
17.12.2014 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/303 tal-25 ta' Frar 2015 |
L 55 |
4 |
26.2.2015 |
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 948/2014
tal-4 ta' Settembru 2014
li jiftaħ il-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 ( 1 ), u b'mod partikulari l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(c), (f), (l), (m) u (n), u l-Artikolu 223(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli ( 2 ) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 ( 3 ), u partikolarment l-Artikolu 62(2)(b) tiegħu,
Billi:|
(1) |
L-Artikolu 17(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula l-għotja ta' għajnuna għall-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat. |
|
(2) |
Fis-7 ta' Awwissu 2014, il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja, inklużi prodotti tal-ħalib. Żviluppi fil-prezzijiet u l-ħażniet ta' trab tal-ħalib xkumat jindikaw sitwazzjoni partikolarment diffiċli tas-suq li tista' tiġi eliminata jew imnaqqsa permezz tal-ħżin. Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, huwa f'loku li tingħata għajnuna għall-ħżin privat għat-trab tal-ħalib xkumat u li jiġi ffissat l-ammont tal-għajnuna bil-quddiem. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 ( 4 ) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' għajnuna għall-ħżin privat. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna ffissata bil-quddiem skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati stipulati fil-Kapitolu III ta' dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 u biex ikun żgurat it-tqegħid ta' lottijiet omoġenji u maniġġabbli fil-ħżin, huwa f'loku li jiġu speċifikati r-rekwiżiti għal “lott tal-ħżin”. |
|
(6) |
Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, u peress li l-informazzjoni meħtieġa dwar id-dettalji tal-ħżin hija diġà inkluża fl-applikazzjoni għall-għajnuna, huwa f'loku li jkun hemm eżenzjoni mir-rekwiżit li l-istess informazzjoni tiġi nnotifikata wara li l-kuntratt ikun konkluż, kif stipulat fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u effiċjenza loġistika, l-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw mir-rekwiżit li kull unità maħżuna tkun immarkata bin-numru tal-kuntratt meta n-numru tal-kuntratti jkun iddaħħal fir-reġistru tal-ħażniet. |
|
(8) |
Għal raġunijiet ta' effiċjenza u simplifikazzjoni amministrattivi, u b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari tal-ħżin tat-trab tal-ħalib xkumat, il-kontrolli stipulati fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandhom jitwettqu tal-anqas fir-rigward ta' nofs il-kuntratti. Konsegwentament, għandha tkun stipulata deroga minn dak l-Artikolu. |
|
(9) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 l-għajnuna għall-ħżin privat iffissata bil-quddiem għandha tkun ibbażata fuq l-ispejjeż tal-ħażna u/jew elementi oħra rilevanti tas-suq. Huwa f'loku li tiġi ffissata għajnuna għall-ispejjeż tad-dħul u l-ħruġ tal-prodotti inkwistjoni u għall-ispejjeż ta' kuljum għall-ħżin u l-finanzjament. |
|
(10) |
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 u sabiex tkun tista' ssegwi mill-qrib l-użu tal-miżura huwa f'loku li tiġi speċifikata skadenza għat-tressiq tan-notifiki stipulati fl-Artikolu 35(1)(a) ta' dak ir-Regolament. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex tikkontribwixxi fl-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet, il-miżura temporanja stipulata f'dan ir-Regolament għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament jistipula l-għajnuna għall-ħżin privat tat-trab tal-ħalib xkumat kif imsemmi fl-Artikolu 17(g) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013.
2. Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-unità tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 16(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 hija l-“lott tal-ħżin” li tikkorrispondi għall-kwantità tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, li jiżnu tal-anqas tunnellata (1) u huma ta' kompożizzjoni u kwalità omoġenja, prodotti f'fabbrika waħda, maħżuna f'maħżen wieħed f'jum wieħed.
Artikolu 3
1. Ma għandux japplika l-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008.
2. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 22(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 li jimmarkaw in-numru tal-kuntratt sakemm l-amministratur tal-maħżen jieħu ħsieb idaħħal in-numru tal-kuntratt fir-reġistru msemmi fil-punt V tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 36(6) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, fit-tmiem tal-perjodu tal-ħżin kuntrattwali, l-awtorità responsabbli għall-kontroll għandha, fir-rigward ta' mill-inqas nofs l-għadd ta' kuntratti, tivverifika permezz ta' kampjuni, il-piż u l-identifikazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat maħżun.
Artikolu 4
1. L-għajnuna għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun:
— EUR 8,86 għal kull tunnellata ta' ħażna għall-ispejjeż fissi tal-ħżin,
— EUR 0,16 għal kull tunnellata għal kull ġurnata ta' ħżin kuntrattwali.
2. Il-ħżin kuntrattwali għandu jispiċċa fil-jum ta' qabel il-ġurnata li jitneħħa mill-ħżin.
3. L-għajnuna tista' tingħata biss meta l-perjodu kuntrattwali tal-ħżin ikun bejn 90 u 210 jum.
Artikolu 5
L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata jistgħu jitressqu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-aħħar data għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għandha tkun ►M2 it-30 ta' Settembru 2015 ◄ .
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dan li ġej:
(a) sa kull nhar ta' Tlieta għall-ġimgħa preċedenti, il-kwantitajiet li għalihom ġew konklużi l-kuntratti kif ukoll il-kwantitajiet ta' prodotti li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti, kif meħtieġ skont l-Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008;
(b) mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar għax-xahar preċedenti, l-informazzjoni dwar l-istokkijiet meħtieġa skont l-Artikolu 35(1)(b) tar-Regolament Nru 826/2008.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
( 2 ) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12–19
( 3 ) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549
( 4 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).