31989D0548



Official Journal L 295 , 13/10/1989 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0112
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 15 P. 0112


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' Ġunju 1989

dwar il-konklużjoni ta' Protokoll Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li ikkonċerna l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda li jaffettwaw esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti

(89/548/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera [1], iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972, ma jipprovdix għall-projbizzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi li jaffettwaw esportazzjonijiet u miżuri li għandhom effett ekwivalenti;

Billi huwa fl-interess tal-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jippromwovu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' materji primi u merkanzija billi jneħħu xi restrizzjonijiet u miżuri bħal dawn u billi jipprevjenu l-ħolqien ta' restrizzjonijiet jew miżuri ġodda li jaffettwaw il-kummerċ tagħhom bejn xulxin;

Billi huwa meħtieġ kemm li jsiru arranġamenti għal tneħħija f'fażijiet ta' restrizzjonijiet korrenti li jaffettwaw ċerti prodotti jew miżuri billi jkollhom effett ekwivalenti u kif ukoll li jiġi provvdut għal miżuri ta' salvagward fil-każ jew ta' esportazzjoni mill-ġdid lejn pajjiżi terzi kontra liema l-Parti fil-Kuntratt li qed jesporta jżomm restrizzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti jew fil-każ ta' nuqqas serju ta' prodott partikolari;

Billi taħt l-Artikolu 32(1) tal-Ftehim, il-Partijiet fil-Kuntratt jistgħu, fl-interess ta' l-ekonomiji tagħhom, jiżviluppaw ir-relazzjonijiet stabbiliti mill-Ftehim billi jestenduh għal oqsma mhux koperti minnu;

Billi l-Kummissjoni żammet negozjati mal-Konfederazzjoni Żvizzera, li rriżultaw fi Protokoll,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Supplimentari tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jikkonċerna l-eliminazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi eżistenti u l-prevenzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda li jaffettwaw esportazzjonijiet jew miżuri li għandhom effett ekwivalenti huwa hawnhekk approvat f' isem il-Komunita.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat n-notifika pprovduta fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Supplimentari.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmulha fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1989.

F'isem il-Kunsill

Il-President

C. Aranzadi

[1] ĠU L 300, tal-31.12.1972, p. 189.

--------------------------------------------------