23.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/2439

tad-19 ta' Diċembru 2017

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/4/2017)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUTM RCA, inklużi d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra ta' Kmandanti sussegwenti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2)

Fis-26 ta' Ġunju 2017, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/1177 (2) biex ħatar lill-Brigadier Ġeneral Fernando GARCÍA BLÁZQUEZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA.

(3)

Fl-20 ta' Novembru 2017, il-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea rrakkomanda li tiġi approvata n-nomina tal-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO biex biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral Fernando GARCÍA BLÁZQUEZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM RCA mill-11 ta' Jannar 2018.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Brigadier Ġeneral Hermínio TEODORO MAIO huwa b'dan maħtur bħala l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) mill-11 ta' Jannar 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1177 tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/2/2017) (ĠU L 170, 1.7.2017, p. 96).