Brussell, 7.3.2019

COM(2019) 125 final

2019/0070(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

L-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili 1 (“Mekkaniżmu tal-Unjoni”) kif ukoll dispożizzjonijiet relatati, jirreferi għall-pakkett finanzjarju disponibbli bħala appoġġ għall-protezzjoni ċivili fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali (2014-2020). Minħabba li l-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali qed jasal fi tmiemu, jeħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu emendati biex ikun żgurat finanzjament kontinwu għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-emenda huwa strettament limitat għad-dispożizzjonijiet baġitarji tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE u m’għandux ibiddel is-sustanza. L-emenda proposta hija konformi mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 tat-2 ta’ Mejju 2018 2 . L-ammont indikat f’din il-proposta jirrifletti wkoll il-livell ta’ ambizzjoni stabbilit mill-Kummissjoni fir-reviżjoni proposta minnha tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU) 3 .

Din il-proposta tipprevedi data tad-dħul fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija adattata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, f’konformità mal-intenzjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE u mill-Euratom.

•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti ta’ politika fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tipprovdi r-riżorsi baġitarji neċessarji biex ikun appoġġjat Mekkaniżmu tal-Unjoni msaħħaħ. Dan tal-aħħar jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ ħidma lejn “Ewropa li Tipproteġi” stabbilit mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 4 . 

Skont il-proposta l-ġdida, il-finanzjament relatat mal-protezzjoni ċivili ġie inkorporat f’intestatura waħda (Intestatura 5 “Sigurtà u Difiża”), flimkien ma’ programmi oħra relatati mal-protezzjoni. Din l-intestatura se tinkludi d-dimensjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, tal-protezzjoni ċivili.

•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-emenda proposta se tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex jitrawmu sinerġiji u biex jissaħħu relazzjonijiet eżistenti bejn il-Mekkaniżmu tal-Unjoni u politiki oħra tal-UE.

Din l-emenda se tiżgura li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni jgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE f’termini ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru (mill-prevenzjoni ta’ diżastri, sat-tħejjija u r-reazzjoni għal diżastri u l-irkurpu minnhom).

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 196 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Il-Kummissjoni għandha kompetenza ta’ appoġġ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. L-Istati Membri xorta waħda jerfgħu r-responsabbiltà primarja f’dak li jirrigwarda l-prevenzjoni ta’ diżastri u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom. Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni ġie stabbilit minħabba li l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi waħdu jistgħu jkunu insuffiċjenti fil-każ ta’ diżastri kbar. Il-provvista ta’ assistenza reċiproka rapida u kkoordinata tajjeb fost l-Istati Membri tinsab fil-qalba ta’ dan il-Mekkaniżmu.

Din l-emenda għandha l-għan li tallinja d-dispożizzjonijiet baġitarji tal-programm mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Minħabba n-natura teknika/finanzjarja ta’ din l-emenda, ma hemm l-ebda implikazzjoni għal jew tibdil fil-prinċipju tas-sussidjarjetà.

•Proporzjonalità

Din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati. Ġiet imressqa biex ikun żgurat li l-objettivi ddikjarati jkunu jistgħu jinkisbu.

Iċ-ċifri proposti f’din l-emenda jikkorrispondu għaċ-ċifri mħabbra mill-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Dawn huma konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

•Għażla tal-istrument

Din il-proposta għandha l-għan li temenda Deċiżjoni eżistenti. L-istrument l-aktar rilevanti u sempliċi għal dan huwa Proposta għal Deċiżjoni.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, IL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Din il-proposta hija ta’ natura teknika billi tfittex li tallinja d-dispożizzjonijiet baġitarji tad-Deċiżjoni mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 adottata fit-2 ta’ Mejju 2018. Is-sustanza tagħha hija bbażata fuq ir-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU). Għalhekk, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

Madankollu, il-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar ġew applikati kemm għall-proposta tal-Kummissjoni oriġinali li tiddeskrivi l-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 kumplessiv, kif ukoll għar-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU).

•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità ta’ leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

•Ġbir u użu tal-kompetenzi

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

•Valutazzjoni tal-impatt

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

•Drittijiet fundamentali

Mhux Applikabbli (ara hawn fuq)

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

F’konformità mal-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, EUR 1 400 000 000 5 (fi prezzijiet attwali) ġew allokati għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għal dak il-perjodu. L-allokazzjoni baġitarja proposta tirrifletti l-livell ta’ ambizzjoni stabbilit mir-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU). Il-baġit addizzjonali se jippermetti t-twettiq tal-azzjonijiet li ġejjin:

·ir-rinfurzar tal-kapaċità kollettiva tal-Istati Membri u tal-UE biex jirreaġixxu għad-diżastri permezz tal-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni (rescEU);

·kofinanzjament ogħla (jew ġdid) tal-UE għall-adattament, it-tiswija, it-trasport u/jew l-operat ta’ kapaċitajiet li huma allokati għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili;

·aktar enfasi fuq il-prevenzjoni u t-tisħiħ tal-koerenza ma’ politiki oħra ewlenin tal-UE;

·it-twaqqif ta’ netwerk ta’ għarfien dwar il-protezzjoni ċivili; kif ukoll

·it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-viċinat.

Id-dikjarazzjoni leġiżlattiva u finanzjarja li takkompanja din il-proposta tipprovdi aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

5.    ELEMENTI OĦRA

•Pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rappurtar

L-Artikolu 34(2) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili japplika. Dan jiddikjara li “azzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja għandhom ikunu monitorjati b’mod regolari sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni tagħhom”. Dan jinkludi wkoll aktar rekwiżiti ġenerali għall-Kummissjoni biex tippreżenta rapport kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-“progress lejn il-miri tal-kapaċità u n-nuqqasijiet li jkun għad fadal” rigward ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili, filwaqt illi jitqies l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet rescEU. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni billi kull ħames snin tippreżenta komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività, il-kosteffiċjenza u l-implimentazzjoni kontinwa tad-Deċiżjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-indikaturi previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

•Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-Direttivi)

Mhux Applikabbli

•Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta temenda biss id-dispożizzjonijiet baġitarji tad-Deċiżjoni Nru 1313/2012/UE.

Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jeħtieġ li jiġi aġġornat u sostitwit miċ-ċifri l-ġodda previsti fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Barra minn hekk, minħabba li l-Mekkaniżmu tal-Unjoni/rescEU se jitpoġġa taħt intestatura waħda (Intestatura 5: “Sigurtà u Difiża”), għall-kuntrarju tal-qasma attwali bejn l-intestaturi 3 u 4, it-test għandu jiġi emendat kif xieraq.

Din il-proposta tipprevedi wkoll it-tħassir tal-Anness I, li attwalment jistabbilixxi l-perċentwali relattivi li kull pilastru tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni (prevenzjoni, tħejjija u reazzjoni) għandu jirċievi f’termini ta’ finanzjament mill-pakkett finanzjarju globali. Minħabba t-tibdil ippreżentat fir-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU), il-perċentwali deskritti fl-Anness I ma jidhrux li jiżguraw flessibbiltà suffiċjenti sabiex l-UE tkun tista’ tikseb l-objettivi li tkun stabbilixxiet. F’każ ta’ emerġenza, il-perċentwali fl-Anness I iwasslu għal piż amministrattiv żejjed u jistgħu jillimitaw il-flessibbiltà meħtieġa għall-adattament għall-ħtiġijiet ta’ diżastri fi kwalunkwe sena partikolari. Il-ħtieġa ta’ investiment fil-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ġestjoni u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastru u t-tħejjija u r-reazzjoni għal dan ir-riskju hija, fi kwalunkwe każ, inkorporata fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

Bħala riżultat tat-tħassir tal-Anness I, il-paragrafi 4, 5 u 6 tal-Artikolu 19 għandhom jitħassru wkoll billi dawn jirreferu direttament għall-perċentwali msemmija fl-Anness I.

Bħala riżultat, il-proposta temenda wkoll l-Artikolu 30 dwar l-eżerċizzju tad-delega tas-setgħat mogħtija lill-Kummissjoni. Filwaqt li s-sustanza tal-Artikolu tibqa’ ma tinbidilx, jitneħħew il-kontroreferenzi għall-Artikolu 19. L-Artikolu 30 ma tħassarx sabiex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jiġu adottati atti delegati, kif previst fir-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU) 6 .

2019/0070 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 196 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 7 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 8 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Kummissjoni adottat proposta 9 għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fit-23 ta’ Novembru 2017 10 .

(2)Il-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, tfittex li ttejjeb il-kapaċità kollettiva biex tħejji u tirreaġixxi għal diżastri, billi ssaħħaħ il-possibbiltajiet offruti mir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili. Dan jinvolvi l-istabbiliment ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili għall-użu f’operazzjonijiet tal-Unjoni (“rescEU”) u t-tisħiħ tal-miżuri applikabbli fil-qasam tal-prevenzjoni.

(3)It-tisħiħ tal-finanzjament tal-Unjoni huwa neċessarju biex tkun tista’ tkompli tiġi żviluppata r-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u biex jiġu koperti spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn għotjiet ta’ adattament u l-operat ta’ kapaċitajiet allokati għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili.

(4)Approprjazzjonijiet finanzjarji adegwati huma meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti, imħaddma u operati kapaċitajiet rescEU.

(5)Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni li jikkostitwixxi l-ammont primarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa tal-programm sal-aħħar tal-perjodu baġitarju 2014-2020.

(6)Il-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE jeħtieġ li jiġi aġġornat u sostitwit miċ-ċifri l-ġodda previsti fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 11 .

(7)Skont il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili huma inklużi taħt Intestatura 5 ġdida “Sigurtà u Difiża”.

(8)L-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE mhuwiex flessibbli biżżejjed biex jippermetti lill-Unjoni taġġusta l-investimenti fil-prevenzjoni, it-tħejjija u r-reazzjoni kif suppost. Il-livelli ta’ investiment li għandhom jiġu allokati għall-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ diżastru jeħtieġ li jiġu ddeterminati bil-quddiem. Dan jipprevjeni lill-Unjoni milli tkun tista’ tirreaġixxi għan-natura mhux prevedibbli tal-ġestjoni ta’ diżastru.

(9)Dispożizzjoni finanzjarja ġdida għandha tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE li jirreferu għall-pakkett finanzjarju tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, b’mod konformi mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali (2014-2020). Sabiex il-pakkett finanzjarju tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jiġi allinjat maċ-ċifri proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, l-Artikolu 1(1)(a) għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

(10)Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE hija emendata kif ġej:

(1)L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-perjodu 2021 sa 2027 għandu jkun ta’ EUR 1 400 000 000 fi prezzijiet attwali”.

(b) il-paragrafi 4, 5 u 6 jitħassru.

(2)L-Artikolu 20a 12 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-Paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Il-benefiċjarji ta’ finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. Kwalunkwe assistenza jew finanzjament ipprovduti skont din id-Deċiżjoni għandhom jagħtu wkoll viżibbiltà xierqa lill-Unjoni, inkluża prominenza lill-emblema tal-Unjoni għal dawk il-kapaċitajiet imsemmija fl-Artikolu 11, 12 u l-Artikolu 21(2)(c).

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ din id-Deċiżjoni, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal din id-Deċiżjoni għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(1).

Strateġija ta’ komunikazzjoni għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni sabiex ir-riżultati tanġibbli tal-azzjonijiet meħuda skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jkunu viżibbli għaċ-ċittadini.

3. Il-Kummissjoni se tagħti medalji sabiex tirrikonoxxi u tonora impenji fit-tul u kontribuzzjonijiet straordinarji lill-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni.”

(3)L-Artikolu 30 13 huwa emendat kif ġej:

(a)Il-Paragrafu 2 jitħassar;

(b)il-Paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa msemmija f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ”.

(c)Il-Paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 21(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta tkun ingħatatilhom notifika dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill”.

(4)L-Anness I jitħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikolu 1(1)(a) ta’ din id-Deċiżjoni għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri waħidhom.

1.4.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.Durata u impatt finanzjarju

1.6.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż ta’ kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Din il-proposta tipprovdi r-riżorsi baġitarji neċessarji biex jiġu appoġġjati azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni ċivili, b’mod partikolari permezz ta’ Mekkaniżmu tal-Unjoni msaħħaħ. Dan tal-aħħar jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali ta’ “Ewropa li Tipproteġi” kif imsemmi fil-Komunikazzzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” 14 .

Skont il-proposta l-ġdida tal-qafas finanzjarju pluriennali, il-finanzjament relatat mal-protezzjoni ċivili ġie inkorporat f’intestatura waħda. Intestatura 5 “Sigurtà u Difiża”. Ir-raggruppament speċifiku huwa “Rispons għall-Kriżijiet”, Titolu 14, Kapitolu 02. Dan ir-raggruppament se jinkludi d-dimensjonijiet, kemm interni kif ukoll esterni, tal-protezzjoni ċivili.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda: 

◻ azzjoni ġdida 

◻ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 15  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

◻ fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra jew azzjoni ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva: 

1.4.1.Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) f’terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din id-Deċiżjoni temenda l-pakkett finanzjarju ta’ azzjoni eżistenti biex tkun permessa l-kontinwazzjoni ta’ din l-azzjoni fil-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss. L-objettiv globali tal-leġiżazzjoni eżistenti huwa li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri u li tiffaċilita l-koordinazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni ċivili waqt il-prevenzjoni ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u t-tħejjija u r-reazzjoni għalihom.

L-assistenza finanzjarja rigward il-prevenzjoni u t-tħejjija skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tintefaq b’mod konformi ma’ programm ta’ ħidma annwali adottat mill-Kumitat għall-Protezzjoni Ċivili. Dan il-kumitat jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-kriterji għall-infiq tal-fondi allokati.

Din l-inizjattiva tirreferi għall-pakkett finanzjarju disponibbli għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Bħala tali, se tiġi implimentata kull sena mill-2021.

Deċiżjoni finanzjarja separata dwar reazzjoni għal diżastri hija adottata wkoll. Minħabba n-natura mhux prevedibbli tad-diżastri, ma hemm l-ebda skeda ta’ żmien speċifika għall-implimentazzjoni. L-aspetti kollha tad-Deċiżjoni se jiġu implimentati malajr u/jew kull meta tinħoloq il-ħtieġa.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplementarjetajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni, li huwa addizzjonali għall-valur li altimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell tal-UE (ex ante):

Emerġenzi u esperjenzi riċenti enfasizzaw l-eżistenza ta’ ċerti nuqqasijiet fil-protezzjoni ċivili madwar l-Ewropa kollha. Dawn in-nuqqasijiet qed isiru dejjem aktar evidenti bħala riżultat tat-tibdil fil-klima u ż-żieda fil-frekwenza u l-intensità ta’ diżastri. Dan kien partikolarment evidenti matul l-istaġun tan-nirien fil-foresti tal-2017. Ir-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU) 16  kienet għalhekk meqjusa neċessarja sabiex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni.

L-allokazzjoni baġitarja proposta tirrifletti l-livell ta’ ambizzjoni stabbilit mill-proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi emendat il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Il-baġit addizzjonali se jippermetti t-twettiq tal-azzjonijiet li ġejjin:

·ir-rinfurzar tal-kapaċità kollettiva tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jirreaġixxu għad-diżastri, permezz tal-ħolqien ta’ riżerva ddedikata ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni (rescEU);

·kofinanzjament ogħla (jew ġdid) tal-UE għall-adattament, it-tiswija, it-trasport u/jew l-operat ta’ kapaċitajiet li huma allokati għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili;

·aktar enfasi fuq il-prevenzjoni u t-tisħiħ tal-koerenza ma’ politiki oħra ewlenin tal-UE,

·it-twaqqif ta’ netwerk ta’ għarfien dwar il-protezzjoni ċivili, kif ukoll;

·it-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi tal-viċinat.

Valur miżjud tal-UE iġġenerat mistenni (ex post)

Il-finanzjament previst f’din il-proposta għandu jirriżulta fi:

1)    inqas distakk bejn il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet milquta minn diżastri u l-assistenza disponibbli bis-saħħa tal-inklużjoni (probabbli) ta’ aktar kapaċitajiet fir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili u riżerva ta’ kapaċitajiet fil-livell tal-UE;

2)    ekonomiji ta’ skala li jirriżultaw minn riżerva “minima” ta’ kapaċitajiet fil-livell tal-UE, aktar milli investiment f’livelli ta’ tħejjija estremi fl-Istati Membri kollha;

3)    aktar koerenza u rabtiet aktar b’saħħithom bejn oqsma ta’ politika differenti, filwaqt li jsir l-aħjar użu minn strumenti eżistenti tal-UE;

4)    aktar effiċjenza, b’mod partikolari rigward il-ħeffa tal-appoġġ tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni b’reazzjoni għal diżastri, anke minħabba s-simplifikazzjoni ta’ proċeduri amministrattivi.

1.4.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni wera riżultati ta’ inkoraġġiment f’termini ta’ prestazzjoni f’kull wieħed mit-tliet pilastri (prevenzjoni/tħejjija/reazzjoni) sa issa. Dan jitqies b’mod ġenerali bħala pożittiv mill-Istati Parteċipanti u mill-partijiet ikkonċernati ewlenin. Din kienet il-konklużjoni globali mill-evalwazzjoni interim tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni (2014-2016), li twettqet minn konsulent estern u ġiet ippubblikata f’Awwissu 2017.

Tagħlima oħra miksuba mill-evalwazzjoni interim, kif ukoll mir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 17 , kienet il-ħtieġa li jittejjeb il-qafas ta’ monitoraġġ tar-riżultati tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni. Dan jinkludi miżurabbiltà aħjar fil-forma ta’ indikaturi kwantitattivi u linji bażi possibbli sabiex maż-żmien issir aktar enfasi fuq l-impatt. Il-Kummissjoni introduċiet indikaturi tal-prestazzjoni miżurabbli għall-azzjonijiet kollha. Dan huwa l-ewwel pass fi proċess fuq terminu twil għall-iżgurar li l-assistenza finanzjarja skont il-Mekkaniżmu tiġi inkwadrata minn approċċ aktar iffokat fuq ir-riżultati.

Sors rilevanti ieħor li fuqu l-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha li ttejjeb il-funzjonament attwali tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni huwa l-ħarsa ġenerali tal-UE lejn ir-riskji 18 . Valutazzjonijiet tar-riskju naturali ppreżentati mill-Istati Membri ntużaw biex titwettaq din il-ħarsa ġenerali abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti.

Il-Kummissjoni tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba:

·f’emerġenzi mmaniġġjati mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni mill-ħolqien tiegħu fl-2001;

·bħala riżultat tal-proġetti ffinanzjati fi ħdan il-qafas tas-sejħiet imnedija mill-2013 dwar it-tħejjija u l-prevenzjoni; kif ukoll

·bħala riżultat tal-proġett pilota ffinanzjat fi ħdan il-qafas tas-sejħa mnedija fl-2008 sabiex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra n-nirien fil-foresti.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Konsistenza ma’:

–Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja;

–Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà;

–Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea;

–Ir-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà;

–Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

–Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)

–Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369 tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni

–Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

1.5.Durata u impatt finanzjarju 

X durata limitata

–X    fis-seħħ mill-01/01/2021 sal-31/12/2027

–X    Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2020 sal-2032 għal approprjazzjonijiet ta’ pagament.

◻ durata illimitata

–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn YYYY sa YYYY,

–segwita mill-operat tal-iskala sħiħa.

1.6.Metodu/i ta’ ġestjoni ppjanat(i) 19  

X Ġestjoni Diretta mill-Kummissjoni

–X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–◻    mill-aġenziji eżekuttivi

◻ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni baġitarja jiġu fdati lil:

–◻ pajjiżi terzi jew il-korpi maħtura minnhom;

–X organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

–◻il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

–◻ korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

–◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

–◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku, sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

–◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE u li huma identifikati fl-att bażiku rilevanti.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli dwar il-ġestjoni u r-rappurtar 

L-azzjonijiet u l-miżuri li jirċievu assistenza finanzjarja skont dawn id-Deċiżjonijiet għandhom jiġu mmonitorjati b’mod regolari.

Il-Kummissjoni hija mitluba li tevalwa l-Mekkaniżmu tal-Unjoni skont l-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-metodu/i ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Assistenza finanzjarja rigward il-prevenzjoni u t-tħejjija skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni tintefaq b’mod konformi ma’ programm ta’ ħidma annwali adottat mill-Kumitat għall-Protezzjoni Ċivili. Il-Kummissjoni tinforma lill-Kumitat b’mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma. Tiġi adottata wkoll deċiżjoni finanzjarja separata dwar ir-reazzjoni.

Abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni fil-passat, il-Kummissjoni ma tipprevedix tibdil sostantiv għall-miżuri ta’ ġestjoni attwalment fis-seħħ.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Is-sistema ta’ kontroll intern eżistenti tal-Kummissjoni Ewropea tapplika biex tiżgura li l-fondi disponibbli skont il-Mekkaniżmu tal-Unjoni jintużaw kif suppost u huma konformi mal-leġiżlazzjoni xierqa.

Is-sistema attwali tiġi stabbilita kif ġej:

1. It-tim ta’ kontroll intern fi ħdan is-servizz ewlieni (Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej/DĠ ECHO) jiffoka fuq il-konformità ma’ proċeduri amministrattivi u leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-protezzjoni ċivili. Il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni jintuża għal dan l-għan.

2. Awditu regolari ta’ għotjiet u kuntratti minn awdituri esterni, li jingħataw skont il-baġit tal-protezzjoni ċivili, huwa inkorporat b’mod sħiħ fil-pjan tal-awditu annwali tad-DĠ ECHO.

3. Evalwazzjoni ta’ attivitajiet globali minn evalwaturi esterni.

Azzjonijiet imwettqa jistgħu jiġu awditjati mill-uffiċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi OLAF u l-Qorti tal-Awdituri.

Dwar is-sorveljanza u l-monitoraġġ, se tiġi applikata l-esperjenza estensiva miksuba bl-implimentazzjoni tal-istrument tal-għajnuna umanitarja, bit-tibdil neċessarju, għall-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni suġġett għal ġestjoni indiretta.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż ta’ kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq) 

L-ispiża stmata tal-istrateġija ta’ kontroll tad-DĠ ECHO tirrappreżenta 1.1 % ta’ ġestjoni indiretta tal-baġit tal-2017 u 0.6 % ta’ ġestjoni diretta tal-baġit tal-2017. L-elementi prinċipali ta’ dan l-indikatur huma:

–it-total tal-ispejjeż tal-persunal tal-esperti tad-DĠ ECHO f’dan il-qasam, flimkien ma’ dawk tal-unitajiet finanzjarji u operazzjonali mmultiplikat bit-tul ta’ ħin stmat (50 %) iddedikat għall-attivitajiet ta’ assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll u monitoraġġ;

–ir-riżorsi totali fis-settur tal-awditjar estern tad-DĠ ECHO ddedikati għall-awditi u l-verifiki.

Meta titqies l-ispiża baxxa ħafna ta’ tali kontrolli flimkien mal-benefiċċji kwantifikabbli (il-korrezzjonijiet u l-irkupri) u mhux kwantifikabbli (l-effett ta’ deterrent u l-effett ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-kontrolli) marbuta magħhom, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-benefiċċji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli li jirriżultaw mill-kontrolli jaqbżu l-ispiża limitata tagħhom.

Fir-rigward tal-entitajiet fdati biex jimplimentaw il-finanzjament tal-UE skont il-metodu ta’ ġestjoni indiretta, il-Kummissjoni tikkontribwixxi sa 7 % tal-ispejjeż eliġibbli diretti tagħhom biex tiżgura s-sorveljanza u l-ġestjoni tal-finanzjament tal-UE.

Dan huwa kkonfermat mir-rata ta’ żbalji residwi pluriennali ta’ 1,08 % irrappurtata mill-Kummissjoni fl-2017 għad-dipartiment tal-għajnuna umanitarja u l-protezzjoni ċivili tagħha.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet 

L-istrateġija kontra l-frodi tad-DĠ ECHO, f’konformità mal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni, tintuża sabiex tiżgura li:

–il-kontrolli relatati kontra l-frodi interni tad-DĠ ECHO huma allinjati b’mod sħiħ mal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni;AFS;

–l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi tad-DĠ ECHO ikun immirat sabiex jidentifika ż-żoni f’riskju ta’ frodi u reazzjonijiet adegwati.

Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu li data rilevanti tiġi rkuprata bil-ħsieb li din id-data tintuża għall-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi (eż. biex jiġi skopert il-finanzjament doppju).

Fejn meħtieġ, se jitwaqqfu gruppi ta’ netwerking u għodod adegwati tal-IT iddedikati għall-analiżi ta’ każijiet tal-frodi relatati mas-settur.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ġdida/ġodda tan-nefqa proposti 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru u Intestatura

Diff./mhux diff 20 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 21

mill-pajjiżi kandidati 22

minn pajjiżi terzi 23

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(e)] tar-Regolament Finanzjarju

5

14 02 01 – Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni ċivili: Prevenzjoni u Tħejjija

Diff

IVA

IVA

IVA

LE

5

14 02 02 – Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-protezzjoni ċivili Reazzjoni

Diff

IVA

IVA

IVA

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 24  

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

Security & Defence

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

14 02 01 Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili Prevenzjoni u Tħejjija

Impenji

1

165.464

169.794

173.189

176.653

180.186

183.790

187.368

1 236.446

Pagamenti

2

50.000

92.272

138.419

164.867

169.103

172.994

176.793

271.998

1 236.446

14 02 02 Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili Reazzjoni

Impenji

3

22.000

22.440

22.889

23.347

23.814

24.290

24.776

163.554

Pagamenti

4

8.965

17.000

19.455

19.845

21.432

21.861

22.298

32.698

163.554

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

187.464

192.234

196.078

200.000

204.000

208.080

212.144

1 400.000

Pagamenti

=2+4

58.965

109.272

157.874

184.712

190.535

194.855

199.091

304.696

1 400.000





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

21.448

21.665

21.882

22.099

22.099

22.099

22.099

153.391

Nefqa amministrattiva oħra

1.098

1.107

1.115

1.124

1.124

1.124

1.124

7.817

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

22.546

22.772

22.997

23.223

23.223

23.223

23.223

161.208

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

210.010

215.006

219.075

223.223

227.223

231.303

235.367

1 561.208

Pagamenti

81.511

132.044

180.871

207.935

213.758

218.078

222.314

304.696

1 561.208

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

–X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

21.448

21.665

21.882

22.099

22.099

22.099

22.099

153.391

Nefqa amministrattiva oħra

1.098

1.107

1.115

1.124

1.124

1.124

1.124

7.817

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

22.546

22.772

22.997

23.223

23.223

23.223

23.223

161.208

’Il Barra mill-INTESTATURA 7 25
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

22.546

22.772

22.997

23.223

23.223

23.223

23.223

161.208

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew ridistribwiti fid-DĠ, flimkien ma’, jekk dan ikun neċessarju, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

–X    (Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tingħata f’unitajiet ekwivalenti għal full-time (FTEs)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Il-pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Il-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

102

103

104

105

105

105

105

Delegazzjonijiet

Riċerka

• Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta’ Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  26

Intestatura 7

Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

91

92

93

94

94

94

94

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm  27

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

193

195

197

199

199

199

199

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie stazzjonat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tat-tmexxija skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Din it-tabella turi ċifri indikattivi tal-ħtiġijiet totali tal-persunal għall-perjodu globali 2021-2027. Iċ-ċifra tal-linja bażi li fuqha l-persunal addizzjonali ġie mitlub hija 189 FTEs (jiġifieri persunal li se jaħdem fil-protezzjoni ċivili mill-31 ta’ Diċembru 2020). Din iċ-ċifra diġà tinkludi l-persunal mitlub fl-2017 biex tiġi appoġġjata l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (il-proposta rescEU).

In-numru totali ta’ persunal addizzjonali mitlub għall-2021-27 huwa ta’ 10 FTEs. Din it-talba hija ġġustifikata mill-fatt li l-kompromess milħuq dwar ir-reviżjoni tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili se jwassal għal sistema li tkun ħafna aktar kumplessa biex tiġi stabbilita u ġestita mill-proposta mressqa mill-Kummissjoni f’Novembru 2017. Dan huwa minħabba l-kumplessitajiet amministrattivi dejjem jiżdiedu li l-Kunsill qabel li jintroduċi, b’mod partikolari l-iżvilupp konġunt tal-assi kofinanzjati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, issa se jkun meħtieġ li l-elementi li l-Kummissjoni ppreżentat oriġinarjament bħala parti mill-proposta leġiżlattiva jiġu ddeterminati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, bħall-kapaċitajiet li r-riżerva rescEU se tinkludi (eż. tifi tan-nar mill-ajru, tim mediku ta’ emerġenza), flimkien ma’ kif din se tiġi ġestita b’mod operazzjonali (bħad-definizzjoni tal-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-użu tagħhom).

B’mod ġenerali, sabiex jiġu koperti dawn il-kompiti, se jiġu mfittxija profili legali, inklużi esperti dwar l-akkwist, kif ukoll profili interistituzzjonali. It-talba għal persunal addizzjonali titwettaq kontinwament fuq il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, sabiex dan il-proċess interattiv ikun jista’ jiġi rripetut għal diversi kapaċitajiet ġodda, filwaqt li jinżamm ukoll persunal li jiġġestixxi kapaċitajiet eżistenti.

Bl-istess mod, persunal addizzjonali l-ewwel se jkun meħtieġ sabiex jħejji l-atti ta’ implimentazzjoni u jsegwi l-proċess leġiżlattiv biex jiddefinixxi t-tip ta’ kapaċitajiet li se tinkludi rescEU (eż. kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar mill-ajru, timijiet mediċi ta’ emerġenza, kapaċitajiet biex jiġu ffaċċjati riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari), u mbagħad li jfassal l-kundizzjonijiet tal-użu.

Hemm ftehim politiku ġenerali li l-ewwel att ta’ implimentazzjoni biex jiġu ddefiniti kapaċitajiet rescEU se jkun iffokat fuq kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar mill-ajru. Ladarba jkunu fis-seħħ il-kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar mill-ajru, tibda l-fażi tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ tifi tan-nar rescEU. Kif ġie nnotat hawn fuq, dan x’aktarx ikun proċess kumpless, minħabba li diversi Stati Membri jistgħu jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ kapaċità waħda permezz ta’ ftehim ta’ akkwist konġunt, għall-kuntrarju tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni biex jiġi ssimplifikat il-kofinanzjament u biex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li takkwista jew tikri l-assi waħedha. It-tħejjija u l-ġestjoni tal-ftehimiet ta’ akkwist konġunt se joħolqu kumplessitajiet addizzjonali li ma kinux previsti qabel.

Dan il-proċess (id-definizzjoni ta’ kapaċitajiet u l-kundizzjonijiet tal-użu, l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet, l-użu ta’ kapaċitajiet, eċċ.) se jkollu jiġi rripetut b’tipi oħra ta’ kapaċitajiet, bħal kapaċitajiet mediċi ta’ emerġenza jew kapaċitajiet biex jiġu ffaċċjati riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari. Dan huwa minħabba l-fatt li l-kompromess milħuq jiftaħ il-bieb biex jinkludi firxa ħafna aktar wiesgħa ta’ kapaċitajiet bħala parti mir-riżerva rescEU, għall-kuntrarju tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, fejn ġew elenkati erba’ kapaċitajiet biss. Bħala tali, se jkun meħtieġ persunal addizzjonali fuq il-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex ikun jista’ jirreaġixxi għal dawn il-ħtiġijiet emerġenti, filwaqt li jkompli jiġġestixxi l-kapaċitajiet rescEU stabbiliti. Bħala tali, se jkunu meħtieġa profili b’għarfien espert rilevanti f’oqsma ewlenin tal-protezzjoni ċivili sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ tip ieħor ta’ kapaċitajiet.

Persunal estern

Se jiġi mfittex ukoll persunal estern biex ikopri r-rwoli msemmija hawn fuq.

Barra minn hekk, persunal estern jista’ jipprovdi wkoll għarfien espert dwar ċerti kwistjonijiet tekniċi relatati mal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet.

3.2.3.Il-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

–◻    ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

–X    tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi

Kontribuzzjonijiet finanzjarji minn partijiet terzi 28 ma jistgħux jiġu kkalkolati f’dan l-istadju minħabba li l-ammonti għadhom ma ġewx deċiżi.

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

–X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

–◻    Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

–◻    fuq ir-riżorsi proprji

–◻    fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa ◻    

Miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/l-inizjattiva 29

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ….

(1)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(2)    COM(2018)321 final.
(3)    COM(2017)772 final.
(4)    It-titolu tal-Komunikazzjoni huwa “Baġit modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi”.
(5)    COM(2018)321 final, p. 29.
(6)    COM(2017)772 final.
(7)    ĠU C , , p. .
(8)    ĠU C , , p. .
(9)    Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili fit-23 ta’ Novembru 2017 (COM(2017)772 final).
(10)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(11)    COM(2018)321 final.
(12)    Sal-ħin tal-adozzjoni probabbli ta’ din il-proposta, jenħtieġ li r-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU), fejn żdied artikolu ġdid dwar il-viżibbiltà (Artikolu 20a), tkun diġà fis-seħħ (id-dħul fis-seħħ previst huwa l-21 ta’ Marzu 2019). Minħabba l-ħtieġa li jiġi ssimplifikat il-lingwaġġ dwar il-komunikazzjoni korporattiva għall-proposti l-ġodda kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali skont il-linji gwida SG (ARES (2018)4555072), l-Artikolu 20a huwa emendat biex jikkonforma mar-regoli interni dwar il-kwistjoni.
(13)    Sal-ħin tal-adozzjoni probabbli ta’ din il-proposta, jenħtieġ li r-reviżjoni proposta tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tat-23 ta’ Novembru 2017 (il-proposta rescEU) tkun diġà fis-seħħ (id-dħul fis-seħħ previst huwa l-21 ta’ Marzu 2019). L-emenda ppreżentata f’dan id-dokument imbagħad tirreferi għall-Artikolu 30 kif jinsab fid-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE riveduta.
(14)    COM(2018)98 final.
(15)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(16)    COM(2017)772 final.
(17)    Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili: il-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet għal diżastri li seħħew barra mit-territorju tal-UE kienet effettiva f’termini ġenerali”, Rapport Speċjali Nru 33, 2016.
(18)    Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, “Ħarsa ġenerali lejn ir-Riskji ta’ Diżastri Naturali u Kkawżati mill-Bniedem li l-Unjoni Ewropea tista’ tiffaċċja”, SWD(2017) 176 final, 23.5.2017.
(19)    Is-sit BudgWeb fih dettalji dwar metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(20)    Diff. = approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(21)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. Il-pajjiżi tal-EFTA li huma parti miż-ŻEE jistgħu jissieħbu fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala “Stati Parteċipanti” kif previst fl-Artikolu 28(1)a tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(22)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. Dawn il-pajjiżi jistgħu jissieħbu fil-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili bħala “Stati Parteċipanti” kif previst fl-Artikolu 28(1)b tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.
(23)    Għall-fini ta’ din it-tabella, ir-referenza għal pajjiżi terzi għandha tinftiehem bħala “pajjiżi Ewropej oħra” li għadhom mhumiex parti mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iżda li jistgħu jissieħbu fil-futur kif previst fl-Artikolu 28(1)a tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. L-ebda kontribuzzjoni ma hija mistennija minn pajjiżi terzi oħra għajr dik speċifikata hawn fuq.
(24)    “It-totali jista’ jkun li ma jaqblux bl-eżatt minħabba l-arrotondament.”
(25)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(26)    AC = Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenzija; JPD = Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(27)    Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu l-linji “BA”).
(28)    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi jirreferu għall-kontribuzzjonijiet tal-“Istati Parteċipanti” għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, kif speċifikat fit-Tabella 3.1 (hawn fuq) u f’konformità mal-ispjegazzjonijiet ipprovduti fin-noti f’qiegħ il-paġna 21, 22 u 23.
(29)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.