2006R1412 — MT — 01.01.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1412/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Libanu (ĠU L 267, 27.9.2006, p.2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 690/2007 tad-19 ta’ Ġunju 2007 |
L 159 |
39 |
20.6.2007 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1412/2006
tal-25 ta’ Settembru 2006
dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-Libanu
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/625/PESK dwar projbizzjoni fuq il-bejgħ jew il-proviżjoni ta' armi u materjal relatat u dwar il-proviżjoni ta' servizzi relatati għal entitajiet jew individwi fil-Libanu skond ir-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:|
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2006/625/PESK timplimenta l-miżuri restrittivi imposti mir-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u tipprovdi, inter alia, għal projbizzjoni fuq il-proviżjoni ta' assistenza teknika u ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari u għall-proviżjoni, il-manifattura, il-manutenzjoni ta' l-użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip lill-entitajiet jew l-individwi fil-Libanu. |
|
(2) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fl-ambitu ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, b'mod speċjali bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ leġislazzjoni Komunitarja sabiex jiġu implementati sa fejn hija konċernata l-Komunità. |
|
(3) |
Fuq bażi ta' każ b'każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu permessi jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-proviżjoni ta' assistenza fejn tali proviżjoni ġiet awtorizzata mill-Gvern tal-Libanu jew mill-Forza Interim tan-NU fil-Libanu (UNIFIL), u wara li tingħata konsiderazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 1559(2004) u 1680(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u kwalunkwe fatt jew ċirkostanza rilevanti. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-awtoritajiet kompetenti jiġu permessi jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-proviżjoni ta' assistenza lill-forzi armati li huma parti mill-UNIFIL u lill-forzi armati tar-Repubblika Lebaniża. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness għal dan ir-Regolament. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pieni previsti għandhom ikunu proporzjonati, effettivi u dissważivi. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jiġi żgurat li l-miżuri provduti fih huma effettivi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:
1) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, testjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista' jieħu forom bħal istruzzjoni, konsulenza, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien tax-xogħol jew kapaċitajiet jew servizzi ta' konsultazzjoni; assistenza teknika għandha tinkludi forom verbali ta' assistenza;
2) “territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.
Artikolu 2
Għandu jiġi pprojbit:
(a) li tiġi pprovduta assistenza teknika relatata ma' attivitajiet militari u mal-proviżjoni, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta' armi u materjal relatat tat-tipi kollha, inklużi armi u munizzjon, vetturi militari u tagħmir, tagħmir paramilitari, u spare parts għal dawk li ssemmew qabel, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libanu;
(b) li jiġu provduti finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' attivitajiet militari inkluż b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta' kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, proviżjoni, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi jew materjal relatat, jew għal kwalunkwe proviżjoni ta' assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libanu;
(ċ) li jkun hemm parteċipazzjoni, konsapevoli u intenzjonata, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom huwa l-evażjoni tal-projbizzjonijiet msemmija fil-punti (a) jew (b).
Artikolu 3
1. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif elenkati fil-Anness jistgħu jawtorizzaw, wara notifika bil-miktub lill-Gvern tal-Libanu u l-UNIFIL, u taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu bħala xierqa:
(a) il-proviżjoni ta' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fil-Libanu li m'humiex il-forzi armati tar-Repubblika Lebaniża jew l-UNIFIL, ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma' armi jew materjal relatat li huma qegħdin fi jew għall-użu fil-Libanu, sakemm:
(i) is-servizzi m'għandhomx jiġu pprovduti, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe milizzja li għad-diżarm tagħhom il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU sejjaħ ir-Riżoluzzjonijiet 1559(2004) jew 1680(2006) tiegħu,
(ii) l-awtorizzazzjonijiet huma mogħtija fuq bażi ta' każ b'każ, u
(iii) il-Gvern tal-Libanu jew l-UNIFIL awtorizzaw f'kull każ il-proviżjoni lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat tas-servizzi kkonċernati. Jekk il-gvern tal-Libanu jew l-UNIFIL jawtorizzaw proviżjoni jew trasferiment speċifiċi għal persuna, entità jew korp ta' armi speċifiċi jew materjal relatat, dik l-awtorizzazzjoni tista' tiġi meqjusa bħala li tawtorizza l-proviżjoni lil dik il-persuna, l-entità jew il-korp ta' assistenza teknika relatata mal-proviżjoni, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-merkanzija kkonċernata;
(b) il-proviżjoni lill-forzi armati tar-Repubblika Lebaniża ta' assistenza teknika relatata ma' attivitajiet militari u armi jew materjal relatat, u tal-finanzjament u l-assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari, sakemm il-Gvern tal-Libanu ma jqajjimx oġġezzjoni fi żmien 14-il ġurnata wara l-irċevuta tan-notifika.
2. B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif elenkati fl-Anness jistgħu jawtorizzaw, taħt tali kondizzjonijiet li huma jqisu bħala xierqa:
(a) il-proviżjoni ta' assistenza teknika relatata ma' attivitajiet militari u ma' armi jew materjal relatat, sakemm:
(i) il-merkanzija li għalija tirrelata l-assistenza qed tintuża jew ser tintuża mill-UNIFIL fit-twettiq tal-missjoni tagħha, u
(ii) is-servizzi huma provduti lill-forzi armati li huma jew ser ikunu parti mill-UNIFIL;
(b) il-proviżjoni ta' finanzjament u assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari u ma' armi jew materjal relatat, sakemm:
(i) il-finanzjament jew l-assistenza finanzjarja hija provduta lill-UNIFIL, lill-forzi armati ta' Stat li jipprovdi truppi lill-UNIFIL, jew lil awtorità pubblika inkarigata mill-akkwist għall-forzi armati ta' tali Stat, u
(ii) l-armi jew il-materjal relatat huma akkwistati għall-fini ta' użu mill-UNIFIL jew mill-forzi armati ta' l-Istat ikkonċernat assenjat lill-UNIFIL.
3. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jagħtu biss l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 qabel l-attività li għaliha ġew mitluba.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin immedjatament dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni pertinenti oħra li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom f’konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar problemi ta' vjolazzjoni u nfurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 5
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
Artikolu 6
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad- dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li ssirilhom.
Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-ispazju ta’ l-ajru tagħha;
(b) abbord kull inġenju ta’ l-ajru jew kull bastiment fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru;
(ċ) għal kull min jinsab ġewwa jew barra t-territorju tal-Komunità u huwa ċittadin ta' xi Stat Membru;
(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, jew entità jew organu li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;
(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe kummerċ imwettaq, kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Komunità.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3
BELĠJU
Dwar l-iffriżar tal-fondi, finanzjament u assistenza finanzjarja:
Service Public Fédéral des Finances
Administration de la Trésorerie
30 Avenue des Arts
B-1040 Bruxelles
Fax: (32-2) 233 74 65
E-mail: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be
Federale Overheidsdienst Financiën
Administratie van de Thesaurie
Kunstlaan 30
B-1040 Brussel
Fax: (32-2) 233 74 65
E-mail: Quesfinvragen.tf@minfin.fed.be
Dwar merkanzija, assistenza teknika u servizzi oħra:
L-Awtorità Federali responsabbli għal bejgħ, xiri u assistenza teknika mill-forzi ta' difiża u servizzi tas-sigurtà Belġjani, u għal servizzi finanzjarji u tekniċi fir-rigward tal-produzzjoni jew il-kunsinna ta' armi u tagħmir militari jew paramilitari:
Service Public Fédéral Économie, P.M.E., Classes Moyennes & Énergie
Direction générale du Potentiel économique
Service Licences
Rue de Louvain 44
1er étage
B-1000 Bruxelles
Tél.: (32-2) 548.62.11
Fax: (32-2) 548.65.70
Federale Overheidsdienst Economie, K.M.O., Middenstand & Energie
Algemene Directie van het Economisch Potentieel
Dienst vergunningen
Leuvenseweg 44
1ste verdieping
B-1000 Brussel
Tel.: (32-2) 548.62.11
Fax: (32-2) 548.65.70
Awtoritajiet Reġjonali responsabbli għal liċenzi oħra ta' esportazzjoni, importazzjoni u transitu għal armi, tagħmir militari u paramilitari:
Brussels Hoofdstedelijk Gewest/Région de Bruxelles — Capitale:
Directie Externe Betrekkingen/Direction des Relations extérieures
City Center
Kruidtuinlaan/Boulevard du Jardin Botanique 20
1035 Brussel/Bruxelles
Téléphone: (32-2) 800.37.59 (Cédric Bellemans)
Fax: (32-2) 800.38.20
Mail: cbellemans@mrbc.irisnet.be
Région wallonne:
Direction Générale Economie et Emploi
Dir Gestion des Licences,
chaussée de Louvain 14,
5000 Namur
Tél.: 081/649751
Fax: 081/649760
Mail: m.moreels@mrw.wallonie.be
Vlaams Gewest:
Administratie Buitenlands Beleid
Cel Wapenexport
Boudewijnlaan 30
B-1000 Brussel
Tel.:(32-2)553 59 28
Fax: (32-2)553 60 37
Mail: wapenexport@vlaanderen.be
IL-BULGARIJA
Fir-rigward ta’ finanzjamenti u għajnuna finanzjarja marbuta ma’ attivitajiet militari:
Министерство на финансите
Ул. „Славянска“, 4
1040 София
Тел. (+359-2) 98 59 28 01
Ministère des finances
4, rue Slavyanska
1040 Sofia
Tél. (+359) 298 59 28 01
Fir-rigward ta’ għajnuna teknika marbuta ma’ attivitajiet militari:
Министерство на икономиката и енергетиката
Ул. „Славянска“, 8
1052 София
Тел. (+359-2) 940 77 71 (7681)
Факс (+359-2) 988 07 27
Ministère de l’économie et de l’énergie
8, rue Slavyanska
1052 Sofia
Tél. (+359) 29 40 77 71/76 81
Fax (+359) 29 88 07 27
Fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu:
Българска народна банка
Пл. „Александър Батенберг“, 1
Тел. (+359-2) 91 45 25 00
Факс (+359-2) 91 45 25 35
Banque nationale de Bulgarie
1, place Alexander Battenberg
1000 Sofia
Tél. (+359) 291 45 25 00
Fax (+359) 291 45 25 35
REPUBBLIKA ĊEKA
Ministerstvo průmyslu a obchodu
Licenční správa
Na Františku 32
110 15 Praha 1
Tel.: +420 22490 7641
Fax: +420 22422 1811
Ministerstvo financí
Finanční analytický útvar
P.O. BOX 675
Jindřišská 14
111 21 Praha 1
Tel.: +420 25704 4501
Fax: +420 25704 4502
DANIMARKA
Justitsministeriet
Slotsholmsgade 10
DK-1216 København K
Tel: (45) 33 92 33 40
Fax: (45) 33 93 35 10
Udenrigsministeriet
Asiatisk Plads 2
DK-1448 København K
Tel: (45) 33 92 00 00
Fax: (45) 32 54 05 33
ĠERMANJA
Dwar finanzjament u assistenza finanzjarja:
Deutsche Bundesbank
Servicezentrum Finanzsanktionen
Postfach
D-80281 München
Tel: (49-89) 2889 3800
Fax: (49-69) 70 90 97 38 00
Rigward assistenza teknika:
Bundesamt für Wirtschafts- und Ausfuhrkontrolle (BAFA)
Frankfurter Strasse 29-35
D-65760 Eschborn
Tel: (49) 61 96 908-0
Fax: (49) 61 96 908-800
ESTONJA
Dwar proviżjoni u bejgħ ta' armi u materjal relatat u proviżjoni ta' assistenza teknika:
Strateegilise kauba komisjon (Strategic Goods Commission)
Islandi väljak 1
15049 Tallinn
Tel.: +372 6317200
Fax: +372 6377288
Email: stratkom@mfa.ee
Dwar finanzjament u assistenza finanzjarja:
Finantsinspektsioon
Sakala 4
15030 Tallinn
Tel.: +372 6680500
Fax: +372 6680501
GREĊJA
A. Iffriżar ta' Assi
Ministry of Economy and Finance
General Directory of Economic Policy
Nru. 5 Nikis Str., 101 80
Athens, Greece
Tel: + 30 210 3332786
Fax: + 30 210 3332810
A. Δέσμευση κεφαλαίων
Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών
Γενική Δ/νσηΟικονομικής Πολιτικής
Δ/νση: Νίκης 5, ΑΘΗΝΑ 101 80
Τηλ.: + 30 210 3332786
Φαξ: + 30 210 3332810
B. Restrizzjonijiet Importazzjoni — Esportazzjoni
Ministry of Economy and Finance
General Directorate for Policy Planning and Management
Address Kornaroy Str.,
GR-105 63 Athens
Tel: + 30 210 3286401-3
Fax: + 30 210 3286404
Β. Περιορισμοί εισαγωγών — εξαγωγών
Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών
Γενική Δ/νσηΣχεδιασμού και Διαχείρισης Πολιτικής
Δ/νση: Κορνάρου 1, Τ.Κ. 105 63
Αθήνα — Ελλάς
Τηλ.: + 30 210 3286401-3
Φαξ: + 30 210 3286404
SPANJA
Ministerio de Industria Comercio y Turismo
Secretaría General de Comercio Exterior
Paseo de la Castellana, 162
E -28046 Madrid
Tel.: (34) 913 49 38 60
Fax: (34) 914 57 28 63
Ministerio de Economía y Hacienda
Dirección General del Tesoro y Política Financiera
Subdirección General de Inspección y Control
De Movimientos de Capitales
Paseo del Prado, 6
E -28014 Madrid
Tel.: (34) 91 209 95 11
Fax: (34) 91 209 96 56
FRANZA
Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie
Direction générale des douanes et des droits indirects
Cellule embargo — Bureau E2
Tél.: (33) 1 44 74 48 93
Télécopie: (33) 1 44 74 48 97
Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie
Direction du Trésor et de la politique économique
Service des affaires multilatérales et de développement
Sous-direction Multicom
139, rue du Bercy
75572 Paris Cedex 12
Tél.: (33) 1 44 87 72 85
Télécopie: (33) 1 53 18 96 55
Ministère des Affaires étrangères
Direction de la coopération européenne
Sous-direction des relations extérieures de la Communauté
Tél.: (33) 1 43 17 44 52
Télécopie: (33) 1 43 17 56 95
Direction générale des affaires politiques et de sécurité
Service de la Politique Étrangère et de Sécurité Commune
Tél.: (33) 1 43 17 45 16
Télécopie: (33) 1 43 17 45 84
IRLANDA
Central Bank of Ireland
Financial Markets Department
PO Box 559
Dame Street
Dublin 2
Tel: (353-1) 671 66 66
Fax.: (353-1) 671 65 61
Dipartiment ta' l-Affarijiet Barranin
Bilateral Economic Relations Division
80 St. Stephen's Green
Dublin 2
Tel: (353) 1 408 21 53
Fax.: (353) 1 408 20 03
Department of Enterprise, Trade and Employment
Export Licensing Unit
Block C
Earlsfort Centre
Lower Hatch St.
Dublin 2
Tel: (353) 1 631 25 34
Fax: (353) 1 631 25 62
ITALJA
Ministero degli Affari Esteri
Piazzale della Farnesina, 1
I-00194 Roma
D.G.M.M. — Ufficio II
Tel: (39) 06 3691 2296
Fax: (39) 06 3691 3567
U.A.M.A.
Tel: (39) 06 3691 3605
Fax: (39) 06 3691 8815
ĊIPRU
Υπουργείο Εξωτερικών
Λεωφ. Προεδρικού Μεγάρου
1447 Λευκωσία
Τηλ: +357-22-300600
Φαξ: +357-22-661881
Ministry of Foreign Affairs
Presidential Palace Avenue
1447 Nicosia
Tel.: +357-22-300600
Fax: +357-22-661881
LATVJA
Latvijas Republikas Ārlietu ministrija
Brīvības iela 36
Rīga LV1395
Tel.: Nr. (371) 7016201
Fax: Nr. (371) 7828121
Noziedzīgi iegūto līdzekļu legalizācijas novēršanas dienests
Kalpaka bulvārī 6,
Rīgā, LV 1081
Tel.: +7044 431
Fax: +7044 549
LITWANJA
Saugumo politikos departamentas
Uþsienio reikalø ministerija
J. Tumo-Vaiþganto 2
LT-01511 Vilnius
Tel. +370 5 236 25 16
Fax. +370 5 231 30 90
LUSSEMBURGU
Ministère des Affaires Étrangères
Direction des relations économiques internationales
6, rue de l'Ancien Athenée
L-1144 Lussemburgu
Tel: (352) 478 23 46
Fax: (352) 22 20 48
Ministère des Finances
3, rue de la Congrégation
L-1352 Lussemburgu
Tel: (352) 478-2712
Fax: (352) 47 52 41
UNGERIJA
Article 3
Ministry of Economic Affairs and Transport — Hungarian Trade
Licencing Office
Margit krt.85.
H-1024 Budapest
l-Ungerija
Postbox: 1537 Pf.: 345
Tel: +36-1-336-7300
Gazdasági és Közlekedési Minisztérium — Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal
Margit krt.85.
H-1024 Budapest
Magyarország
Postafiók: 1537 Pf.:345
Tel: +36-1-336-7300
Article 4
Ministry of Foreign Affairs
Bem rakpart 47.
H-1027 Budapest
Hungary
Tel: +36-1-458-1142
Tal-Fax: +36-1-458-1091
Külügyminisztérium
Bem rakpart 47.
Budapest 1027
Magyarország
Tel: +36-1-458-1142
Fax: +36-1-458-1091
MALTA
Bord ta' Sorveljanza dwar is-Sanzjonijiet
Direttorat ta' l-Affarijiet Multilaterali
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin
Palazzo Parisio
Triq il-Merkanti
Valletta CMR 02
Tel.: +356 21 24 28 53
Fax: +356 21 25 15 20
OLANDA
Belastingdienst/Douane Noord
Centrale Dienst In- en Uitvoer
Engelse Kamp 2
Postbus 30003
9700 RD Groningen
Tel.: 050-523 2600
Fax: 050-523 2183
Ministerie van Financiën
Directie Financiële Markten/Afdeling Integriteit
Postbus 20201
NL-2500 EE Den Haag
Tel: (31-70) 342 8997
Fax: (31-70) 342 7984
AWSTRIJA
Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit
Abteilung C/2/2
Stubenring 1
A-1010 Wien
Tel: (43-1) 711 00
Fax: (43-1) 711 00-8386
Österreichische Nationalbank
Otto Wagner Platz 3,
A-1090 Wien
Tel: (01-4042043 1) 404 20-0
Fax: (43 1) 404 20-73 99
Bundesministerium für Inneres
Bundeskriminalamt
Josef Holaubek Platz 1
A-1090 Wien
Tel.: (43 1) 313 45-0
Fax: (43 1) 313 45-85290
POLONJA
Ministry of Economy
Department of Export Control
Plac Trzech Krzyży 3/5
PL-00-507 Warszawa
Tel: (+48 22) 693 51 71
Fax: (+48 22) 693 40 33
PORTUGALL
Ministério dos Negócios Estrangeiros
Direcção-Geral dos Assuntos Multilaterais
Largo Rilvas
P-1350-179 Lisboa
Tel: (351) 21 394 67 02
Fax: (351) 21 394 60 73
Ministério das Finanças
Direcção-Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais
Avenida Infante D. Henrique, n.o 1, C 2. °
P -1100 Lisboa
Tel: (351) 21 882 32 40/47
Fax: (351) 21 882 32 49
IR-RUMANIJA
Ministerul Afacerilor Externe
Agenția Națională de control al exporturilor
Str. Polonă, nr. 8, sector 1, București
Tel.: (40) 21 311 20 83;
Fax: (40) 21 311 12 65
Website: www.ancex.ro
Ministerul Internelor și Reformei Administrative
Direcția Generală de informații și protecție internă
Str. Beldiman, nr. 2-4, sector 5, București
Tel.: (40) 21 314 70 39;
Fax: (40) 21 311 13 53
Website: www.dgipi.ro
Ministerul Economiei și Finanțelor
Direcția Generală probleme speciale și situații de urgență
Calea Victoriei, nr. 152, sector 1, București
Tel.: (40) 21 202 51 66;
Fax: (40) 21 202 51 75
Website: www.minind.ro
Ministerul Apărării
Str. Izvor, nr. 3-5, Sector 5, București
Tel.: (40) 21 319 56 98;
Fax: (40) 21 319 56 98
Website: www.mapn.ro
Ministerul Finanțelor Publice
Agenția Națională de Administrație Fiscală
Autoritatea Națională a Vămilor
Str. Matei Millo, nr. 13, sector 1, București
Tel.: (40) 21 315 58 58;
Fax: (40) 21 313 82 51
Website: www.customs.ro
SLOVENJA
Bank of Slovenia
Slovenska 35
1505 Ljubljana
Tel.: +386 (1) 471 90 00
Fax: +386 (1) 251 55 16
http://www.bsi.si
Ministry of Foreign Affairs of the Republic of Slovenia
Prešernova 25
1000 Ljubljana
Tel.: +386 (1) 478 20 00
Fax: +386 (1) 478 23 47
http://www.gov.si/mzz
Ministry of Defence of the Republic of Slovenia
Vojkova 55
1000 Ljubljana
Tel.: +386 (1) 471 22 11
Fax: +386 (1) 471 29 78
http://www.mors.si
Commission for issuing of preliminary opinions in the procedure of authorizing trade in military weapons and equipment
Logistics Directorate
Ministry of Defence of the Republic of Slovenia
Vojkova 55
1000 Ljubljana
Tel.: +386 (1) 471 25 46
Fax: +386 (1) 471 24 23
Customs Administration of the Republic of Slovenia
Smartinska 55
1523 Ljubljana
Tel.: +386 (1) 478 38 00
Fax: +386 (1) 478 39 00
http://www.gov.si/curs
SLOVAKKJA
Ministerstvo hospodárstva SR
Mierová 19
827 15 Bratislava 212
Tel: 00421 2 48541111
Fax: 00421 2 4333782
Ministerstvo financií SR
Štefanovičova 5
P. O. BOX 82
817 82 Bratislava
Tel: 00421 2 5958 1111
Fax: 00421 2 5249 3048
FINLANDJA
Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet
PL/PB 176
FI-00161 Helsinki/Helsingfors
Tel: (358-9) 16005
Fax: (358-9) 16 05 57 07
Puolustusministeriö/Försvarsministeriet
Eteläinen Makasiinikatu 8
FI-00131 Helsinki/Helsingfors
PL/PB 31
Tel: (358-9) 16 08 81 28
Fax: (358-9) 16 08 81 11
SVEZJA
Inspektionen för strategiska produkter
Box 70252
SE-107 22 Stockholm
Tfn: (46-8) 406 31 00
Fax: (46-8) 20 31 00
RENJU UNIT
Export Licensing Unit
Export Control Organisation
Department of Trade and Industry
4 Abbey Orchard Street
London SW1P 2HT
United Kingdom
Tel: (44) 20 7215 0594
Fax: (44) 20 7215 0593
HM Treasury
Financial Systems and International Standards
1, Horse Guards Road
London SW1A 2HQ
United Kingdom
Tel: (44-207) 270 5977
Fax: (44-207) 270-5430
Bank of England
Financial Sanctions Unit
Threadneedle Street
London EC2R 8AH
United Kingdom
Tel: (44-207) 601 4607
Fax: (44 207) 601 4309
Għall-Ġibiltà:
Ernest Montado
Chief Secretary
Government Secretariat
No 6 Convent Place
Gibraltar
Tel.: (350) 75707
Fax: (350) 5875700
KOMMUNITÀ EWROPEA
Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Directorate-General for External Relations
Directorate A. Crisis Platform and Policy Coordination in CFSP
Unit A.2. Crisis management and Conflict Prevention
CHAR 12/45
B-1049 Brussels
Tel.: (32-2) 299 1176/295 5585
Fax: (32-2) 299 0873
( 1 ) ĠU L 253, 16.9.2006, p. 36.