|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3137 |
16.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3137
tat-13 ta’ Diċembru 2024
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/EK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni l-informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jkunu jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li huwa inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. |
|
(5) |
Fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tal-Iraq, tal-Kirgistan, tal-Pakistan tas-Suriname u tat-Tanzanija. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Armenja, fil-Kongo (Brazzaville), fl-Eġittu, fil-Kenja, fil-Libja, fil-Mali, fin-Nepal, u fi Sierra Leone. |
|
(6) |
L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u għall-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet ta’ Operaturi ta’ Pajjiżi Terzi (“TCO”, Third Country Operator), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4). |
|
(7) |
L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”, Safety Assessment of Foreign Aircraft), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, partikolarment permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha. |
|
(9) |
Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti. |
Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni
|
(10) |
Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri. |
|
(11) |
L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards tas-sikurezza rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja
|
(12) |
F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6). |
|
(13) |
Matul l-ewwel kwart tal-2024, l-ICAO wettqet żjara ta’ Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”, Universal Safety Oversight Audit Programme) fil-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”, Civil Aviation Committee), fejn identifikat nuqqas serju fis-sikurezza fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru. L-awditu żvela li l-proċess ta’ ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru Armeni kien ibbażat fuq rekwiżiti antikwati u ma kellux approċċ strutturat u sistematiku għall-ħruġ ta’ Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru (“AOC”, Air Operator Certificates). |
|
(14) |
Barra minn hekk, l-awditu żvela sfidi notevoli fl-abbiltà tal-Armenja li tiżgura sorveljanza effettiva tas-sikurezza tal-avjazzjoni, bi tnaqqis notevoli fil-punteġġ tal-Implimentazzjoni Effettiva tagħha u dgħufijiet kritiċi f’oqsma bħas-Soluzzjoni ta’ Kwistjonijiet ta’ Sikurezza u bħall-Obbligi ta’ Sorveljanza. |
|
(15) |
Fir-rigward tan-nuqqasijiet serji tas-sikurezza fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru, f’April 2024 tnediet inizjattiva ta’ appoġġ dedikat bl-għan li din is-sitwazzjoni tissolva malajr. Sa Awwissu 2024 is-sitwazzjoni kienet ġiet solvuta, għalkemm huma meħtieġa sforzi addizzjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet oħra ta’ sorveljanza tas-sikurezza identifikati matul l-awditu tal-USOAP, li għalih ġie żviluppat pjan ta’ azzjoni korrettiva mis-CAC. |
|
(16) |
Fit-13 ta’ Novembru 2024, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika li involviet lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-Istati Membri, u lis-CAC. Matul il-laqgħa, ġew eżaminati l-iżviluppi riċenti u l-progress li sar fit-tisħiħ tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tas-CAC, inklużi l-aġġornamenti dwar it-titjib regolatorju u operazzjonali. |
|
(17) |
Jista’ jiġi nnotat li l-Armenja, b’reazzjoni għall-osservazzjonijiet miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni li saret fl-2020, għamlet progress fl-aġġornament tar-regolamenti dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni u l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tagħha. Dan il-progress jinkludi l-kiri u t-taħriġ tal-persunal, ir-reviżjoni tar-regolamenti u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni assoċjati, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza, u t-teħid ta’ miżuri ta’ infurzar, bħall-meta l-inġenji tal-ajru mhux sikuri jinġiegħlu jibqgħu l-art u t-tisħiħ tal-konformità tat-trasportaturi tal-ajru. |
|
(18) |
Minkejja dawn l-isforzi, il-laqgħa teknika tat-13 ta’ Novembru 2024 ikkonkludiet li għad ma hemmx biżżejjed evidenza biex tiġġustifika t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet operattivi fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja imposti mir-Regolament (UE) 2020/736. Huma meħtieġa valutazzjonijiet ulterjuri tal-evidenza li tappoġġa l-miżuri ppromulgati mis-CAC biex jiġu ddeterminati l-passi xierqa li jmiss li għandhom jittieħdu, inkluż l-eventwalità ta’ żjara ta’ valutazzjoni ġdida tal-Unjoni fuq il-post fl-Armenja fl-2025. |
|
(19) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq
|
(21) |
F’Diċembru 2015 u f’Novembru 2023, it-trasportaturi tal-ajru Iraqi Airways u Fly Baghdad ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2691 (8), rispettivament. |
|
(22) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2024, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni ġenerali tas-sikurezza fl-Iraq, inklużi l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”, Iraq Civil Aviation Authority), saret laqgħa teknika li involviet lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, lill-Istati Membri u lill-ICAA. Matul il-laqgħa, l-ICAA ppreżentat aġġornamenti dwar l-isforzi tagħha biex issaħħaħ il-qafas leġiżlattiv u regolatorju tagħha, kif ukoll il-prestazzjoni tas-sorveljanza tagħha. |
|
(23) |
Matul il-laqgħa, l-ICAA nnotat li f’Lulju 2024 kienet qabbdet tim ta’ konsulenza biex jappoġġa l-iżvilupp regolatorju tagħha u jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tagħha. Ġie rrappurtat progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet minn proġetti ta’ assistenza teknika mwettqa mill-Aġenzija fl-2017 u fl-2023, b’mod partikolari fl-allinjament tal-operazzjonijiet ta’ titjir u l-proċeduri ta’ liċenzjar tal-persunal mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 u Nru 1178/2011 (9). |
|
(24) |
L-ICAA infurmat lill-Kummissjoni dwar l-emendi li saru fil-Liġi tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq, li bħalissa tinsab fl-istadji finali tal-approvazzjoni. B’żieda ma’ dan, l-ICAA għamlet progress fl-indirizzar tan-nuqqasijiet fir-riżorsi billi rreklutat erba’ spetturi tal-operazzjonijiet tat-titjir u spettur tas-sikurezza tal-kabina wieħed, bi sforzi għaddejjin biex jiġu impjegati żewġ spetturi addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà. Barra minn hekk, hija bdiet l-iżvilupp tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza tal-Iraq (“SSP”, Iraqi State Safety Program) u qed taġġorna l-proċeduri tat-tfassil tar-regoli u t-taħriġ tal-ispetturi f’oqsma bħall-oġġetti perikolużi u l-ġestjoni tar-riskju ta’ għeja. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ dawn l-aġġornamenti għadha mhix kompluta. |
|
(25) |
Filwaqt li tirrikonoxxi dawn l-isforzi, l-ICAA għadha qed taffaċċja sfidi, inkluż nuqqas kritiku ta’ persunal kwalifikat għall-ispezzjoni tal-ħelikopters u tal-ajrunavigabbiltà. Biex tindirizza dan, l-ICAA bdiet programm ta’ taħriġ ta’ 5 snin għal 14-il kadett inġinier ajrunawtiku li għadhom kemm ġew irreklutati, bl-għan li tikkwalifikahom bħala spetturi tal-ajrunavigabbiltà u tnaqqas id-dipendenza fuq l-esperti internazzjonali. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni talbet lill-ICAA biex tikkonferma data għaż-żjara posposta ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, li oriġinarjament kienet ippjanata għall-ewwel kwart tal-2024 iżda li ġiet skedata mill-ġdid fuq talba tal-ICAA sar-raba’ kwart tal-2024. Bi tweġiba, l-ICAA pproponiet aktar skedar mill-ġdid taż-żjara għat-tieni jew it-tielet kwart tal-2025, bi preferenza għal Settembru 2025, skont il-progress miksub sa dak iż-żmien. |
|
(27) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Iraq. |
|
(28) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(29) |
Jenħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni kif meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Kirgistan
|
(30) |
F’Ottubru 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 (10). |
|
(31) |
Fis-16 ta’ Lulju 2024, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, il-Kummissjoni kellha laqgħa teknika ma’ rappreżentanti mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istat taħt il-patroċinju tal-Kabinett tal-Ministri tar-Repubblika tal-Kirgistan (“SCAA”, State Civil Aviation Agency). |
|
(32) |
Matul dik il-laqgħa, l-SCAA pprovdiet aġġornament dwar l-isforzi tagħha biex tindirizza n-nuqqasijiet dwar is-sikurezza li kienu wasslu għall-inklużjoni tal-operaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif ukoll miżuri oħra meħuda biex tittejjeb l-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-SCAA. |
|
(33) |
F’dik l-okkażjoni l-Kummissjoni ppreżentat lill-SCAA r-riżultati tal-valutazzjoni mwettqa abbażi tal-informazzjoni u tal-informazzjoni pprovduta mill-SCAA fil-bidu tal-2024. Il-valutazzjoni kopriet oqsma bħall-programmi ta’ taħriġ, il-proċessi ta’ sorveljanza, is-sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi, il-proċeduri ta’ liċenzjar, u l-effettività operazzjonali ġenerali. |
|
(34) |
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni żvelat diversi nuqqasijiet fil-programmi ta’ taħriġ tal-SCAA għall-persunal tagħha. Il-programm ta’ taħriġ għall-ispetturi, filwaqt li kien fih l-elementi meħtieġa relatati mad-dmirijiet tagħhom, ma kellux dettalji ċari dwar l-implimentazzjoni u l-iskedar, b’mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tal-korsijiet ta’ taħriġ meħtieġa fuq il-post tax-xogħol għal parteċipanti ġodda. |
|
(35) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-għadd ta’ spetturi deher li ma kienx biżżejjed biex jiżgura sorveljanza effettiva tas-settur tal-avjazzjoni tal-Kirgistan. In-nuqqas ta’ persunal ta’ appoġġ amministrattiv jimponi pressjoni addizzjonali fuq l-ispetturi li jridu jwettqu kompiti amministrattivi addizzjonali, u b’hekk jillimitaw l-abbiltà tagħhom li jiffokaw fuq iċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza. F’termini ta’ finanzjament u riżorsi, l-SCAA għamlet referenza għaż-żidiet ippjanati fis-salarji u fir-riżorsi iżda ma pprovdietx dettalji speċifiċi dwar id-dispożizzjonijiet baġitarji. |
|
(36) |
Il-valutazzjoni enfasizzat ukoll in-nuqqasijiet fis-sistema ta’ rapportar tal-okkorrenzi tal-SCAA, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ bażi tad-data komprensiva dwar l-inċidenti u l-aċċidenti. Barra minn hekk, instab li ma kinitx ċara u mhux effettiva, mingħajr approċċ sistematiku għall-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-inċidenti u l-aċċidenti. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni identifikat diversi lakuni fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-SCAA. Is-sorveljanza ta’ diversi trasportaturi tal-ajru u organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni jew ma kinitx kompluta jew lanqas biss kienet twettqet. Id-dokumenti ta’ sorveljanza pprovduti kienu vagi u ma kellhomx id-dettall proċedurali meħtieġ għal evalwazzjoni effettiva. Barra minn hekk, ma ġiet stabbilita l-ebda sistema ta’ konformità jew unità tal-awditjar intern, minkejja dikjarazzjonijiet ta’ tħejjijiet għaċ-ċertifikazzjoni ISO 9001. Dan qajjem aktar tħassib dwar l-abbiltà tal-SCAA li tiżgura aderenza konsistenti mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali. |
|
(38) |
Fl-24 ta’ Ottubru 2024, fuq talba tal-SCAA, saret it-tieni laqgħa fi Brussell li matulha l-SCAA għarfet l-isfidi li qed tiffaċċja. Bi tweġiba għal dawn l-isfidi, l-SCAA ppreżentat pjan strateġiku ta’ trasformazzjoni bl-għan li l-istandards tal-avjazzjoni tal-Kirgistan jiġu allinjati mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Taħt it-tmexxija attwali tagħha, l-SCAA tat bidu għal bosta titjib organizzattiv, bħar-ristrutturar tal-qafas intern tagħha, l-introduzzjoni ta’ mudell finanzjarju ġdid, u t-tlestija ta’ analiżi tal-lakuni allinjata mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Dawn l-isforzi jirriflettu l-impenn tal-SCAA li tindirizza n-nuqqasijiet fis-sorveljanza tas-sikurezza u ssaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni. |
|
(39) |
Filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza ta’ progress sostnut u li jista’ jitkejjel fit-titjib tal-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza murija mill-SCAA, il-Kummissjoni tenfasizza l-ħtieġa li l-SCAA tkompli tipprovdi evidenza ċara tat-titjib sostanzjali qabel ma tikkunsidra żjara futura ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Kirgistan. Fl-2025, il-Kummissjoni, permezz tal-Aġenzija, se timplimenta proġett iddedikat ta’ assistenza teknika biex tappoġġa dawn l-isforzi. Din l-inizjattiva se tiffoka fuq l-evalwazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-SCAA, l-għoti ta’ taħriġ immirat, u t-tisħiħ tal-proċeduri ta’ sorveljanza interna, bl-għan aħħari li tinkiseb konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u li tiffaċilita t-tneħħija tal-Kirgistan mil-Lista tal-UE tas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(40) |
Madankollu, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata biex jiġi kkonfermat li l-SCAA solviet b’mod effettiv in-nuqqasijiet kollha dwar is-sikurezza li wasslu għall-projbizzjoni fuq l-operat imposta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006. |
|
(41) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan. |
|
(42) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan
|
(43) |
F’Marzu 2007, Pakistan International Airlines (“PIA”) ġiet inkluża fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 (11) u sussegwentement tneħħiet minn dak l-Anness f’Novembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 (12). |
|
(44) |
Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’Mejju 2024, xi esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri kellhom laqgħa teknika fit-18 u d-19 ta’ Settembru 2024. Matul l-ewwel jum, il-pjan ta’ azzjoni korrettiva ppreżentat mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“il-PCAA”, Pakistan Civil Aviation Authority), u sussegwentement rieżaminat mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija, ġie vvalutat. Il-PCAA pprovdiet kjarifika, u dokumentazzjoni li jissostanzjaw kif mitlub. Fit-tieni jum, twettqu serje ta’ kontrolli fuq il-post fl-oqsma tal-Operazzjonijiet tat-Titjir, tal-Liċenzjar tal-Persunal, tal-Ajrunavigabbiltà, tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Kwalità (“QMS”, Quality Management System) u tas-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”, Safety Management System). Dawk il-kontrolli kienu kontrolli remoti mhux ippjanati, bl-objettiv li tinkiseb aktar informazzjoni dwar l-abbiltà tal-awtorità li twettaq sorveljanza effettiva, wara ż-żjara tal-Unjoni f’Novembru 2023. |
|
(45) |
Fl-2020, l-awtorizzazzjonijiet ta’ TCO ta’ PIA u Vision Air ġew sospiżi mill-Aġenzija. Is-sospensjoni se ddum sakemm l-Aġenzija jkollha evidenza verifikabbli li l-PCAA tista’ twettaq sorveljanza effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tagħha, li n-nuqqasijiet fis-sorveljanza jkunu ġew ikkoreġuti, u li t-trasportaturi tal-ajru jkunu indirizzaw kif xieraq is-sejbiet kollha. L-informazzjoni miksuba b’dan il-mod tkun ta’ assistenza għall-Aġenzija fil-konsiderazzjoni tad-deċiżjoni dwar it-tneħħija tas-sospensjonijiet ta’ PIA u Vision Air, kif ukoll l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ TCO lil Airblue Limited. |
|
(46) |
Il-laqgħa teknika kkonkludiet li l-elementi kollha tal-pjan ta’ azzjoni korrettiva ġew indirizzati u li ma ġie osservat l-ebda nuqqas serju. Għad hemm xogħol xi jsir, iżda l-passi kollha li ttieħdu jidhru sodi u koerenti. |
|
(47) |
Il-konklużjonijiet tal-laqgħa teknika sabu li l-PCAA tinsab fil-proċess li taqleb minn approċċ reattiv għal approċċ proattiv ta’ sorveljanza tas-sikurezza. F’dak ir-rigward, il-PCAA solviet in-nuqqas ta’ persunal ta’ spezzjoni fil-qasam tal-Istandards tat-Titjir, li kienet kwistjoni kritika fiż-żmien taż-żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni. Sabiex jiġi evitat li sitwazzjoni simili tirrepeti ruħha, ittieħdu għadd ta’ azzjonijiet li jinkludu r-razzjonalizzazzjoni aħjar tal-attivitajiet, il-profili tal-impjiegi xierqa għall-kompiti, l-użu ta’ għodod għall-kalkolu tar-riżorsi fir-rigward tal-ħtiġijiet li qed jevolvu, l-iżgurar ta’ baġit suffiċjenti għar-reklutaġġ u t-taħriġ, politika għaż-żamma tal-persunal u miżuri biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess bejn l-ispetturi u l-organizzazzjonijiet taħt is-sorveljanza tagħhom. |
|
(48) |
Il-konklużjonijiet tal-laqgħa teknika rrikonoxxew li l-PCAA għamlet progress konsiderevoli biex tindirizza l-aktar nuqqasijiet serji dwar is-sikurezza. Għad hemm lok għal titjib f’aspetti bħall-identifikazzjoni tas-sejbiet, il-kategorizzazzjoni u l-ġestjoni korretti tagħhom. Huwa mistenni wkoll titjib fl-ispezzjonijiet fir-rampa, peress li t-taħriġ tal-ispetturi tar-rampa twettaq biss reċentement. F’dak li għandu x’jaqsam mat-taħriġ tal-ispetturi, it-tim attwali ta’ spetturi fl-Istandards tat-Titjir huwa mħarreġ bis-sħiħ, iżda xorta jeħtieġ l-esperjenza. Huwa rikjest li jkun hemm segwitu ta’ dawk l-elementi kollha fuq terminu medju u twil. Il-PCAA qablet li tinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar f’dan ir-rigward. |
|
(49) |
L-aħħar spezzjonijiet tal-AOC ta’ Airblue Limited u PIA ġew rieżaminati. Ma ġew identifikati l-ebda difetti kbar. |
|
(50) |
Huwa meħtieġ titjib fil-qasam tal-QMS. Filwaqt li l-kontroll tad-dokumentazzjoni għadu subottimali, ġie nnutat progress importanti. Dan jinkludi l-iżgurar tal-konsistenza tas-sejbiet u l-ġestjoni tagħhom b’mod ugwali fl-oqsma kollha, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ software uniku għall-ġestjoni tas-sejbiet fl-oqsma kollha. |
|
(51) |
L-iżvilupp ta’ SSP jinsab fl-istadji bikrin. Il-PCAA hija impenjata li timplimentah malajr kemm jista’ jkun, b’mod partikolari r-rappurtar tal-okkorrenzi u l-klassifikazzjoni tar-riskji. |
|
(52) |
B’mod ġenerali, ma nstabu l-ebda kwistjonijiet sinifikanti ta’ sikurezza. Wara l-laqgħa teknika jista’ jiġi konkluż li l-PCAA għamlet progress sostanzjali, kif muri mill-informazzjoni miġbura matul dik il-laqgħa teknika. |
|
(53) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan. |
|
(54) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(55) |
Jenħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni kif meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mis-Suriname
|
(56) |
F’Lulju 2010, wara l-elenkar inizjali f’Ġunju 2006 u t-tneħħija sussegwenti f’Novembru 2007, Blue Wing Airlines reġgħet ġiet elenkata fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 (13) minħabba evidenza vverifikata ta’ nuqqasijiet serji li jinvolvu t-trasportatur tal-ajru, kif identifikati minn nuqqasijiet irrappurtati fl-ispezzjonijiet fir-rampa mwettqa mill-Istati Membri, kif ukoll żewġ aċċidenti fatali. |
|
(57) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni u l-Aġenzija organizzaw laqgħa teknika remota mal-Awtorità tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Suriname (“CASAS”, Civil Aviation Safety Authority of Suriname). Din il-laqgħa saret abbażi ta’ għadd ta’ skambji mal-CASAS, kif ukoll ma’ Blue Wing Airlines, fil-perjodu minn Novembru 2018 sa Mejju 2022, għall-fini tat-tnedija mill-ġdid ta’ konsultazzjonijiet formali mal-CASAS meta jitqies iż-żmien li għadda mill-kuntatt inizjali f’Mejju 2019. F’dan ir-rigward, fil-11 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni talbet sett komprensiv ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni mill-CASAS bl-għan li tivvaluta l-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-CASAS għat-tmien kumpaniji tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname, li waħda minnhom, Surinam Airways, ilha li kisbet awtorizzazzjoni ta’ TCO minn Lulju 2016. |
|
(58) |
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-CASAS urew nuqqasijiet serji fis-sikurezza, evidenzjati mill-istatus mhux komplut tal-programmi bażiċi ta’ sorveljanza, dubji dwar it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-ispezzjoni, sejbiet serji ripetittivi, u ġestjoni ħażina tas-sejbiet. |
|
(59) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2024, saret laqgħa teknika bejn l-esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija, mill-Istati Membri, u mill-CASAS. F’dik l-okkażjoni, in-nuqqasijiet identifikati matul il-valutazzjoni tal-informazzjoni u tad-dokumentazzjoni riċevuti ġew ikkonfermati, kemm f’termini ta’ natura kif ukoll ta’ numri. |
|
(60) |
Jiġifieri, għad hemm tħassib dwar l-abbiltà tas-CASAS li tiżgura sorveljanza effettiva tat-trasportaturi tal-ajru taħt is-sorveljanza tagħha. Dan jintwera mis-sitwazzjoni tad-Direttorati tal-Operazzjonijiet tat-Titjir u tal-Liċenzji tal-Persunal, li jidhru li għandhom nuqqas kbir ta’ persunal, u mill-programmi ta’ sorveljanza li ma jitwettqux kif ippjanat. It-taħriġ u l-kwalifiki tal-ispetturi huma wkoll ta’ tħassib. L-approvazzjoni u l-estensjoni tal-AOCs huma aspetti inkwetanti, peress li ħafna mill-proċeduri meħtieġa ma jeżistux, u dawk ippreżentati huma bażiċi ħafna u mhumiex adattati għall-iskop tagħhom. Dan jindika li l-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-CASAS jitwettqu l-aktar fuq bażi ad hoc. Ġiet innutata wkoll ir-rikorrenza tal-istess sejbiet serji fir-rapporti tal-awditjar fi snin differenti. Barra minn hekk, instab li l-biċċa l-kbira tal-proċeduri tal-awtorità mhumiex konformi mal-aħħar aġġornamenti tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(61) |
Meta jitqies in-nuqqas apparenti ta’ progress tal-CASAS f’termini tal-iżgurar ta’ livell xieraq tal-kapaċità ta’ sorveljanza tas-sikurezza, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li biħsiebha torganizza żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni fis-Suriname fl-ewwel kwart tal-2025. |
|
(62) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname. |
|
(63) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Suriname mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(64) |
Jenħtieġ li tittieħed azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni kif meħtieġ, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jekk kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza li jirriżultaw min-nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mit-Tanzanija
|
(65) |
Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(66) |
Air Tanzania Company Limited (“Air Tanzania”) applikat għal awtorizzazzjoni ta’ TCO fit-23 ta’ Awwissu 2023. L-Aġenzija vvalutat l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ TCO ta’ Air Tanzania f’konformità mar-rekwiżiti kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 452/2014. |
|
(67) |
L-Aġenzija, fit-twettiq tal-valutazzjoni tagħha, qajmet tħassib dwar in-nuqqas ta’ abbiltà ta’ Air Tanzania li twieġeb għan-nuqqasijiet identifikati dwar is-sikurezza. B’mod partikolari, hija sabet li Air Tanzania naqset milli żżomm kontroll fuq il-programm ta’ taħriġ fit-titjir tagħha, b’mod partikolari rigward l-iżgurar li fit-taħriġ rikorrenti tal-ekwipaġġ tat-titjira jiġu inklużi t-tipi kollha ta’ emerġenzi u proċeduri anormali, bħal ħsarat fil-magna, fil-qafas tal-inġenju tal-ajru jew fis-sistema, nirien, u xenarji kritiċi oħra. Fid-dawl tal-għadd konsiderevoli ta’ nuqqasijiet serji identifikati matul il-valutazzjoni tagħha, l-Aġenzija ddeterminat li din is-sitwazzjoni tindika dgħufija sistemika fit-trasportatur tal-ajru li tikkomprometti s-sikurezza u toħloq periklu serju għall-operazzjonijiet tat-titjir. Barra minn hekk, dak wassal biex Air Tanzania tonqos milli turi konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. |
|
(68) |
L-inabbiltà ta’ Air Tanzania li tindirizza dawn in-nuqqasijiet dwar is-sikurezza kompliet tintwera mis-sottomissjoni ta’ pjan ta’ azzjoni korrettiva inaċċettabbli biex jiġu solvuti l-kwistjonijiet identifikati. B’riżultat ta’ dan, Air Tanzania naqset milli turi konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza applikabbli. L-Aġenzija kkonkludiet li peress li t-trasportatur tal-ajru ma ssodisfax ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 452/2014, valutazzjoni ulterjuri ma twassalx għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni lil Air Tanzania. Għaldaqstant, fit-12 ta’ April 2024, l-Aġenzija ċaħdet l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ TCO ta’ Air Tanzania għar-raġuni li ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza. |
|
(69) |
Fit-2 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni, fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 2111/2005 u tar-Regolament (UE) 2023/660, talbet sett komprensiv ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni mingħand l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tanzanija (“TCAA”, Tanzania Civil Aviation Authority). Dik it-talba saret biex tiġi vvalutata l-kapaċità tas-sorveljanza tas-sikurezza tat-TCAA fuq l-operaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija. |
|
(70) |
L-informazzjoni mitluba tkopri l-aspetti ewlenin tal-istruttura organizzattiva tat-TCAA, il-kwalifiki tal-persunal, il-programmi ta’ taħriġ, u l-proċessi ta’ sorveljanza, inkluż il-ġestjoni tan-nuqqasijiet dwar is-sikurezza, l-azzjonijiet korrettivi, u s-sistemi ta’ rapportar tal-okkorrenzi. Barra minn hekk, it-talba tfittex dettalji dwar l-aċċidenti u l-inċidenti, il-proċessi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ liċenzjar għad-detenturi tal-AOC u għall-bdoti, kif ukoll dwar is-sorveljanza tal-ajrunavigabbiltà kontinwa u tal-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru. |
|
(71) |
Fis-7 ta’ Ġunju 2024, it-TCAA pprovdiet l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni mitluba u dawn żvelaw nuqqasijiet sinifikanti fl-allokazzjoni tal-persunal u fl-effettività tas-sorveljanza, b’mod partikolari nuqqas ta’ ċarezza dwar kif l-ispetturi jitqassmu fost il-funzjonijiet ewlenin, li qajmu tħassib dwar l-adegwatezza tar-riżorsi biex jissorveljaw b’mod effettiv l-ajrunavigabbiltà, l-operazzjonijiet tat-titjir, u l-liċenzjar tal-persunal. |
|
(72) |
Barra minn hekk, instab li l-proċessi ta’ taħriġ u ta’ kwalifika għall-ispetturi kienu insuffiċjenti, nieqsa minn linji gwida ċari għal taħriġ speċjalizzat, evalwazzjonijiet strutturati tal-prestazzjoni, u taħriġ rikorrenti. Dawn in-nuqqasijiet jistgħu jikkompromettu l-abbiltà tal-persunal tat-TCAA li jwettaq sorveljanza effettiva tas-sikurezza. Barra minn hekk, il-proċeduri ta’ sorveljanza tat-TCAA jew ma kinux kompleti jew kienu kompletament assenti f’xi oqsma kritiċi, bħall-manwali ta’ sorveljanza għal dominju ewlieni bħal-Liċenzjar tal-Persunal. |
|
(73) |
Ir-rekords tal-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni u sorveljanza tat-TCAA żvelaw diversi nuqqasijiet, inklużi l-użu inkonsistenti ta’ formoli għal approvazzjonijiet speċjali, sorveljanza insuffiċjenti tal-ajrunavigabbiltà kontinwa tat-trasportaturi tal-ajru, segwitu inadegwat għas-sejbiet tas-sikurezza, azzjonijiet korrettivi mhux solvuti matul perjodi estiżi, u kwistjonijiet rikorrenti ta’ sikurezza li naqsu milli jindirizzaw il-kawżi ewlenin. |
|
(74) |
Fl-10 ta’ Ottubru 2024, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, u r-rappreżentanti tat-TCAA kellhom laqgħa teknika. F’dik l-okkażjoni, it-TCAA ddeskriviet ir-rwol tagħha bħala r-regolatur tas-settur tal-avjazzjoni ċivili tat-Tanzanija, li jopera skont l-Att dwar l-Avjazzjoni Ċivili tat-Tanzanija u l-Annessi tal-ICAO, bl-objettiv iddikjarat li tiġi żgurata s-sikurezza f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, għad hemm sfidi sinifikanti fl-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn ir-regolamenti, li jipprevjenu l-allinjament sħiħ mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(75) |
Barra minn hekk, it-TCAA ppreżentat l-inizjattivi kontinwi tagħha biex issaħħaħ is-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tagħha. Dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza bbażati fuq il-prestazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ Sistema komprensiva ta’ Taħriġ tal-Ispetturi, u r-reviżjoni tar-regolamenti tal-avjazzjoni ċivili biex jiġu allinjati mal-istandards tal-ICAO li qed jevolvu. Dawn l-isforzi huma appoġġati minn pjanijiet għall-bini tal-kapaċità fis-settur tal-avjazzjoni u l-involviment akbar mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti regolatorji. Filwaqt li dawn il-miżuri ġew rikonoxxuti, in-nuqqasijiet persistenti bħal lakuni fit-taħriġ tal-ispetturi, sejbiet tal-awditjar mhux solvuti, u dokumentazzjoni proċedurali inadegwata jenfasizzaw il-ħtieġa għal aktar azzjonijiet biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza. |
|
(76) |
Permezz tal-ittra datata t-18 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni infurmat lil Air Tanzania kif ukoll lit-TCAA li l-każ ta’ Air Tanzania kien tqiegħed fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li saret bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru 2024, u li kemm Air Tanzania kif ukoll it-TCAA se jingħataw l-opportunità li jinstemgħu quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(77) |
Air Tanzania, kif ukoll it-TCAA nstemgħu mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fl-20 ta’ Novembru 2024. Matul is-seduta ta’ smigħ, Air Tanzania ppreżentat fid-dettall l-isforzi biex jiġu indirizzati s-sejbiet li jirriżultaw mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni ta’ TCO, inklużi l-analiżi tal-lakuni fl-SMS, ir-reviżjonijiet għall-Manwal tal-Ġestjoni tas-Sikurezza, flimkien ma’ aġġornamenti għall-manwali operazzjonali u l-Lista tat-Tagħmir Minimu. Il-linja tal-ajru żviluppat ukoll pjan ta’ taħriġ rikorrenti ta’ 36 xahar li jindirizza t-Taħriġ għall-Prevenzjoni ta’ Instabbiltà u għall-Irkuprar tal-Pożizzjonament tal-Inġenju tal-Ajru, l-operazzjonijiet tax-xitwa, u l-immaniġġar ta’ oġġetti perikolużi. Barra minn hekk, introduċiet proċeduri għat-traċċar u l-kontrolli tal-kwalifiki tar-rotta u tal-ajrudrom għal komponenti ta’ xogħol iebes u bi żmien limitat biex jittejbu l-prattiki operazzjonali u tal-ajrunavigabbiltà. |
|
(78) |
Il-membri tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE esprimew tħassib dwar l-approċċ ta’ Air Tanzania għall-ġestjoni ġenerali tas-sejbiet, u b’mod partikolari l-analiżijiet tal-kawżi ewlenin tagħha. Ġie osservat li ħafna mill-kawżi ewlenin ippreżentati mit-trasportatur tal-ajru sempliċiment tennew is-sejbiet, mingħajr ma wettqu analiżi komprensiva biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet sistemiċi jew proċedurali sottostanti. Eżempju ta’ dan kienet l-identifikazzjoni ta’ Air Tanzania tas-16-il sejba tal-Livell 2 bħala l-kawża ewlenija għas-sejba tal-Livell 1 relatata man-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-Anness 1 (Parti-TCO) tar-Regolament (UE) Nru 452/2014. Din uriet b’mod ċar in-nuqqas ta’ Air Tanzania li tindirizza r-raġunijiet fundamentali wara l-inabbiltà tat-trasportatur tal-ajru li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti. Dan in-nuqqas ta’ eżami aktar fil-fond idgħajjef l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi proposti, peress li dawn jindirizzaw is-sintomi aktar milli jsolvu d-dgħufijiet sistemiċi sottostanti. |
|
(79) |
L-informazzjoni pprovduta minn Air Tanzania ma kinitx biżżejjed fin-natura tagħha biex tindirizza bis-sħiħ in-nuqqasijiet dwar is-sikurezza li minnhom ġiet konkluża d-deċiżjoni tal-Aġenzija li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ TCO. Il-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”, Corrective Action Plan) ipprovdut minn Air Tanzania, b’mod partikolari l-analiżi tal-kawżi ewlenin assoċjati, ma wrewx l-abbiltà tat-trasportatur tal-ajru li jimplimenta l-miżuri xierqa biex jiżgura l-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(80) |
Matul is-seduta ta’ smigħ, it-TCAA ppreżentat il-qafas regolatorju tagħha u enfasizzat l-impenn tagħha li tiżgura s-sorveljanza tas-sikurezza f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. It-TCAA rrapportat l-azzjonijiet immedjati tagħha wara r-rifjut tal-awtorizzazzjoni ta’ TCO ta’ Air Tanzania mill-Aġenzija, inkluż l-awditu speċjali li identifika l-oqsma kritiċi għat-titjib, bħall-SMS ineffettiva, in-nuqqas ta’ persunal, u l-ineffiċjenzi organizzattivi. |
|
(81) |
Barra minn hekk, it-TCAA infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li, b’rispons għas-sejbiet maħruġa mill-Aġenzija, ġie stabbilit tim iddedikat ta’ spetturi biex jevalwa u jivverifika l-CAP rivedut żviluppat minn Air Tanzania. Skont it-TCAA, dawn l-isforzi solvew 11 mid-19-il sejba, filwaqt li s-sejbiet li fadal jinsabu f’diversi stadji ta’ implimentazzjoni. L-azzjonijiet speċifiċi deskritti mit-TCAA matul is-seduta ta’ smigħ, bħall-approvazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ riveduti, l-emendi għall-manwali operazzjonali, u l-verifika ta’ aġġornamenti kritiċi bħat-taħriġ ta’ aġġornament għall-kmandanti, ir-rekords ta’ attività reċenti tal-ekwipaġġ, u l-konformità mad-direttivi dwar l-ajrunavigabbiltà, ma kienu sostanzjati minn ebda evidenza. Barra minn hekk, matul is-seduta deher li t-TCAA lanqas ma aderixxiet bis-sħiħ mal-prinċipji tal-analiżi tal-kawżi ewlenin, filwaqt li xeħtet dubju fuq l-adegwatezza u l-effettività tal-valutazzjoni tagħha tal-CAP ipprovdut minn Air Tanzania. |
|
(82) |
Għalhekk, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ġie vvalutat li jenħtieġ li l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni tiġi emendata biex tinkludi t-trasportatur tal-ajru Air Tanzania fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(83) |
Fid-dawl tan-nuqqasijiet evidenti identifikati mill-iskambji mat-TCAA, il-Kummissjoni se twettaq żjara ta’ valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fit-Tanzanija, bl-assistenza tal-Aġenzija u bl-appoġġ tal-Istati Membri. |
|
(84) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tanzanija mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti billi jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(85) |
Jekk ikun hemm informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza li tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni ulterjuri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(86) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(87) |
Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kull deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tapplika minnufih wara l-adozzjoni tagħha. |
|
(88) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(2) |
l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni,
F’isem il-President,
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2111/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/474/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2023, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/660/oj).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/452/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/965/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2322/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2691 tat-29 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L, 2023/2691, 30.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2691/oj).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/1178/oj).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 filwaqt li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1543/oj).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/235/oj).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1400/oj).
(13) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru [trasportaturi bl-ajru] li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 9).
ANNESS I
“Anness A
LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”, Air Operator Certificate) jew tal-Liċenzja Operattiva |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
|
AIR TANZANIA |
TCAA/AOC/001 |
ATC |
It-Tanzanija |
|
AIR ZIMBABWE (PVT) |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
|
AVIOR AIRLINES |
ROI-RNR-011 |
ROI |
Il-Venezwela |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
|
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
L-Iran |
|
FLY BAGHDAD |
007 |
FBA |
L-Iraq |
|
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Afganistan |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
L-Afganistan |
|
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
L-Afganistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż |
|
|
L-Angola |
|
AEROJET |
AO-008/11-07/17 TEJ |
TEJ |
L-Angola |
|
GUICANGO |
AO-009/11-06/17 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
AIR JET |
AO-006/11-08/18 MBC |
MBC |
L-Angola |
|
BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT |
AO-015/15-06/17YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
HELIANG |
AO 007/11-08/18 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
SJL |
AO-014/13-08/18YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
|
SONAIR |
AO-002/11-08/17 SOR |
SOR |
L-Angola |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Armenja |
|
AIR DILIJANS |
AM AOC 065 |
NGT |
L-Armenja |
|
ARMENIAN AIRLINES |
AM AOC 076 |
AAG |
L-Armenja |
|
ARMENIA AIRWAYS |
AM AOC 063 |
AMW |
L-Armenja |
|
ARMENIAN HELICOPTERS |
AM AOC 067 |
KAV |
L-Armenja |
|
FLY ARNA |
AM AOC 075 |
ACY |
L-Armenja |
|
FLYONE ARMENIA |
AM AOC 074 |
FIE |
L-Armenja |
|
NOVAIR |
AM AOC 071 |
NAI |
L-Armenja |
|
SHIRAK AVIA |
AM AOC 072 |
SHS |
L-Armenja |
|
SKYBALL |
AM AOC 073 |
Mhux applikabbli |
L-Armenja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
CG-CTA 006 |
TWC |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
CG-CTA 002 |
EKA |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
TRANS AIR CONGO |
CG-CTA 001 |
STG |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO |
CG-CTA 004 |
Mhux magħruf |
Il-Kongo (Brazzaville) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AB BUSINESS |
AAC/DG/OPS-09/14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR FAST CONGO |
AAC/DG/OPS-09/03 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KASAI |
AAC/DG/OPS-09/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
AIR KATANGA |
AAC/DG/OPS-09/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
AAC/DG/OPS-09/04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
AAC/DG/OPS-09/02 |
APB |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
CONGO AIRWAYS |
AAC/DG/OPS-09/01 |
COG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
GOMA EXPRESS |
AAC/DG/OPS-09/13 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
KIN AVIA |
AAC/DG/OPS-09/10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
MALU AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/05 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SERVE AIR CARGO |
AAC/DG/OPS-09/07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
SWALA AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
TRACEP CONGO AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Djibouti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Eritrea |
|
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
|
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kirgistan |
|
AERO NOMAD AIRLINES |
57 |
ANK |
Il-Kirgistan |
|
AEROSTAN |
08 |
BSC |
Il-Kirgistan |
|
AIR COMPANY AIR KG |
50 |
KGC |
Il-Kirgistan |
|
AIRCOMPANY MOALEM AVIATION |
56 |
AMA |
Il-Kirgistan |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Il-Kirgistan |
|
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES |
58 |
KAS |
Il-Kirgistan |
|
FLYSKY AIRLINES |
53 |
FSQ |
Il-Kirgistan |
|
GLOBAL 8 AIRLINES |
59 |
Mhux magħruf |
Il-Kirgistan |
|
HELI SKY |
47 |
HAC |
Il-Kirgistan |
|
KAP.KG AIRCOMPANY |
52 |
KGS |
Il-Kirgistan |
|
MAC.KG AIRLINES |
61 |
MSK |
Il-Kirgistan |
|
SAPSAN AIRLINE |
54 |
KGB |
Il-Kirgistan |
|
SKY JET |
60 |
SJL |
Il-Kirgistan |
|
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Il-Kirgistan |
|
TRANS CARAVAN KG |
55 |
TCK |
Il-Kirgistan |
|
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Il-Kirgistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Libja |
|
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
|
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
|
AL MAHA AVIATION |
030/18 |
Mhux magħruf |
Il-Libja |
|
BERNIQ AIRWAYS |
032/21 |
BNL |
Il-Libja |
|
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
|
GLOBAL AIR TRANSPORT |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
|
HALA AIRLINES |
033/21 |
HTP |
Il-Libja |
|
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
|
LIBYAN WINGS AIRLINES |
029/15 |
LWA |
Il-Libja |
|
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
In-Nepal |
|
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
ALTITUDE AIR |
085/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
In-Nepal |
|
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SUMMIT AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
HELI EVEREST |
086/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
HIM |
In-Nepal |
|
KAILASH HELICOPTER SERVICES |
087/2018 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MAKALU AIR |
057 A/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MANANG AIR PVT |
082/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
PRABHU HELICOPTERS |
081/2013 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
In-Nepal |
|
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
In-Nepal |
|
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
In-Nepal |
|
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
|
YETI AIRLINES |
037/2004 |
NYT |
In-Nepal |
|
It-trasportaturi tal-ajru li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja |
|
|
Ir-Russja |
|
AURORA AIRLINES |
486 |
SHU |
Ir-Russja |
|
AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD |
458 |
TUP |
Ir-Russja |
|
IZHAVIA |
479 |
IZA |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA" |
464 |
SYL |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY "RUSJET" |
498 |
RSJ |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO" |
567 |
UVT |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES |
31 |
SBI |
Ir-Russja |
|
JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES |
466 |
AUL |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES |
480 |
IAE |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES" |
18 |
SVR |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY |
230 |
DRU |
Ir-Russja |
|
JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES |
452 |
TYA |
Ir-Russja |
|
JS AVIATION COMPANY "RUSLINE" |
225 |
RLU |
Ir-Russja |
|
JSC YAMAL AIRLINES |
142 |
LLM |
Ir-Russja |
|
LLC "NORD WIND" |
516 |
NWS |
Ir-Russja |
|
LLC “AIRCOMPANY IKAR” |
36 |
KAR |
Ir-Russja |
|
LTD. I FLY |
533 |
RSY |
Ir-Russja |
|
POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY |
562 |
PBD |
Ir-Russja |
|
PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES" |
1 |
AFL |
Ir-Russja |
|
ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY |
2 |
SDM |
Ir-Russja |
|
SKOL AIRLINE LLC |
228 |
CDV |
Ir-Russja |
|
UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY |
6 |
UTA |
Ir-Russja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
São Tomé u Príncipe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja |
|
|
Sierra Leone |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Is-Sudan |
|
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Is-Sudan |
|
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Is-Sudan |
|
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Is-Sudan |
|
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Is-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
GNF |
Is-Sudan |
|
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Is-Sudan |
|
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Is-Sudan |
|
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Is-Sudan |
|
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Is-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Is-Sudan |
|
SUN AIR |
51 |
SNR |
Is-Sudan |
|
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Is-Sudan |
(1) It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS II
“Anness B
LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Stat tar-reġistrazzjoni |
|
IRAN AIR |
IR.AOC.100 |
IRA |
L-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC |
L-Iran |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Il-Korea ta’ Fuq |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633. |
Il-Korea ta’ Fuq |
(1) It-trasportaturi tal-ajru elenkati f’dan l-Anness jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, dment li jitħarsu l-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3137/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)