|
23.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 398/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 9964 — Eurofiber Nederland/Vattenfall Wärme Berlin/Vattenfall Bitstream Infrastructure)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 398/12)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Eurofiber Nederland B.V. (“Eurofiber”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Antin Infrastructure Partners, |
|
— |
Vattenfall Wärme Berlin (“VWB”, il-Ġermanja), parti mill-grupp ta’ impriżi Vattenfall, |
|
— |
Vattenfall Bitstream Infrastructure GmbH (“VBIG”, il-Ġermanja), bħalissa parti minn VWB. |
Eurofiber u VWB jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ VBIG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’impriża maħluqa ġdida.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Eurofiber: tipprovdi infrastruttura diġitali bl-użu tan-netwerks tal-fibra ottika u taċ-ċentri tad-data tagħha stess; |
|
— |
VWB: tippossjedi u topera impjanti tat-tisħin, tat-tkessiħ u tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fir-reġjun ta’ Berlin; |
|
— |
VBIG: se tibni netwerk tal-fibra ottika fiż-żona ta’ Berlin biex tipprovdi aċċess għan-network lil fornituri ta’ servizzi bl-internet kif ukoll servizzi ta’ network u ta’ konnettività lill-klijenti kummerċjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9964 — Eurofiber Nederland/Vattenfall Wärme Berlin/Vattenfall Bitstream Infrastructure
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, faks jew bil-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizzi tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Feks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
DG Competition |
|
Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).