|
25.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 248/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10188 — Illumina/GRAIL)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 248/05)
1.
Fis-16 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(22) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Illumina, Inc. (“Illumina”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
GRAIL, Inc. (“GRAIL”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
Illumina takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GRAIL kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
Il-konċentrazzjoni kienet referuta lill-Kummissjoni mill-Autorité de la Concurrence Franċiża skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, il-Belġju, il-Greċja, l-Iżlanda, in-Netherlands u n-Norveġja ngħaqdu mar-riferiment.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Illumina: kumpanija globali tal-ġenomika, li prinċipalment tiżviluppa, timmanifattura u tikkummerċjalizza sistemi ta’ sekwenzar tal-ġenerazzjoni li jmiss (next generation sequencing, “NGS”) għall-analiżi ġenetika u ġenomika, |
|
— |
GRAIL: kumpanija tal-kura tas-saħħa, li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ teknoloġiji għat-testijiet tad-detezzjoni tal-kanċer ibbażati fuq NGS. GRAIL bdiet ukoll kummerċjalizzazzjoni inizjali u limitata tat-test Galleri tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuna interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10188 — Illumina/GRAIL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).