|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10061 — Coca Cola Hellenic Bottling Company/Heineken/Stockday)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 74/06)
1.
Fl-24 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Coca-Cola HBC Romania (“CCH Romania”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Coca-Cola Hellenic Bottling Company AG (l-Isvizzera), |
|
— |
Heineken Romania S.A. (“Heineken Romania”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Heineken N.V. (in-Netherlands), |
|
— |
Stockday S.R.L. (“Stockday”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Heineken Romania. |
CCH Romania u Heineken Romania jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Stockday. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CCH Romania: l-ibbottiljatur awtorizzat tal-Coca-Cola Company, attiva fl-ibbottiljar u d-distribuzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ xorb mhux alkoħoliku u spirti fir-Rumanija; |
|
— |
Heineken Romania: attiva fil-provvista ta’ firxa ta’ ditti lokali u internazzjonali ta’ birra u sidru tal-grupp Heineken fir-Rumanija; |
|
— |
Stockday: pjattaforma online minn negozju għal negozju li bħalissa tqassam il-prodotti tal-birra u tas-sidru Heineken Romania lill-ħwienet frammentati u lill-kanal Horeca fir-Rumanija u l-prodotti tas-CCH Romania fuq bażi bi prova fi tliet kontej Rumeni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10061 — Coca Cola Hellenic Bottling Company/Heineken/Stockday
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).