19.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 394/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10036 — Tata Consultancy Services Netherlands/Postbank Systems)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 394/03)

1.   

Fit-12 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Tata Consultancy Services Netherlands B.V. (“TCS”, in-Netherlands),

—

Postbank Systems AG (“PBS”, il-Ġermanja).

TCS, sussidjarja ta’ Tata Consultancy Services Limited (“TCS Limited”), takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet , il-kontroll esklużiv ta’ PBS, li bħalissa hija proprjetà kollha kemm hi ta’ Deutsche Bank AG. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri tal-ishma kollha ta’ PBS.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TCS: il-forniment ta’ servizzi tal-IT lil bażi b’saħħitha ta’ klijentela fis-suq Olandiż. Il-kumpanija prinċipali ta’ TCS, TCS Limited, tipprovdi servizzi tal-IT f’ħafna pajjiżi fiż-ŻEE ta’ spiss permezz tas-sussidjarji lokali tagħha. B’mod ġenerali, TCS Limited hija organizzazzjoni multinazzjonali ta’ servizzi tal-IT, ta’ konsulenza u ta’ soluzzjonijiet għan-negozju u li għandha l-kwartieri ġenerali f’Mumbai, l-Indja.

—

PBS: il-provvista ta’ servizzi tal-IT fil-Ġermanja lil Deutsche Bank AG u lil kumpaniji affiljati oħra tal-grupp Deutsche Bank attivi fis-settur bankarju.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10036 — Tata Consultancy Services Netherlands/Postbank Systems

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.