|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/104 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
(2011/562/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0218/2010) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0116/2011), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-Ombudsman Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2009; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima VIII — L-Ombudsman Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 — C7-0218/2010) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Ombudsman Ewropew għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b'mod partikulari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0116/2011), |
1.
Jinnota li fl-2009 l-Ombudsman Ewropew (l-Ombudsman) kellu disponibbli approprijazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal total ta’ 9 000 000 EUR (2008: EUR 9 000 000), b'rata ta’ utilizzazzjoni ta’ 91,98 %, taħt il-medja tal-istituzzjonijiet l-oħrajn (97,69 %);
2.
Jinnota l-fatt li matul it-tħejjija tar-rapport annwali għas-sena finanzjarja 2009, il-Qorti tal-Awdituri wettqet valutazzjoni fil-fond tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Qorti tal-Ġustizzja, fl-Ombudsman u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li inkludiet l-eżami ta’ kampjun addizzjonali ta’ transazzjonijiet li jinvolvu ħlasijiet relatati mar-riżorsi umani u ma’ nefqa amministrattiva oħra;
3.
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Ombudsman ma kienx adotta dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ ta’ staff temporanju, minkejja li l-Artikolu 12(5) tal-Kondizzjonijiet tal-Imjpieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea (6) jeżiġi li kull istituzzjoni suppost għamlet dan; jinnota wkoll bi tħassib li din l-ommissjoni tista' taffettwa l-maġġoranza tal-istaff tal-Ombudsman, billi 47 mit-63 impjieg permessi mill-baġit tal-2009 kienu impjiegi temporanji;
4.
Jilqa’ bi pjaċir il-fatt li l-Ombudsman ta struzzjonijiet lill-uffiċċju tiegħu sabiex jabbozzaw dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ reklutaġġ ta’ staff temporanju sabiex jiġu adottati skont l-osservazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u jistieden lill-Ombudsman sabiex jirrapporta dwar il-progress ta’ dan fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu;
5.
Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma rriżultat f'ebda osservazzjoni sinifikanti oħra fir-rigward tal-Ombudsman;
6.
Jinnota li fl-2009 l-Ombudsman kien ta għajnuna fi kważi 77 % tal-ilmenti kollha, u li kien ittratta 70 % tal-mistoqsijiet f'anqas minn sena, u jilqa’ l-fatt li t-tul medju ta’ kull talba kien tnaqqas għal 9 xhur (13-il xahar fl-2008);
7.
Jinnota li l-istruttura tal-uffiċċju tal-Ombudsman kienet inbidlet fl-1 ta’ Jannar 2010 u jistieden lill-Ombudsman sabiex jirrapporta dwar l-effett ta’ dawn il-bidliet fir-Rapport ta’ Attività Annwali;
8.
Jieħu nota tal-verifiki magħmula mis-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS), b'mod partikulari r-rapport annwali tiegħu, u tas-segwitu tal-verifiki tal-IAS għall-ġestjoni u kontroll għall-missjonijiet u oqsma li jirrigwardaw il-pagi, li kkonkluda li l-azzjonijiet kollha inklużi fil-verifiki kienu ġew implimentati; jinnota li l-verifika tat-talbiet għall-ipproċessar u l-pagament identifikat bosta kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati mill-amministrazzjoni, u jistieden lill-Ombudsman sabiex ikompli jagħti segwitu għal dawn;
9.
Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-indikaturi kruċjali ta’ rendiment fil-Pjan ta’ Ġestjoni Annwali, kif ukoll il-fatt li l-objettivi għall-2009 intlaħqu;
10.
Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Ombudsman li jippubblika d-dikjarazzjoni annwali tal-interessi tal-Ombudsman u l-fatt li d-dikjarazzjoni hija ppubblikata fuq il-websajt tal-Ombudsman;
11.
Ifaħħar lill-Ombudsman għall-kwalità tar-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu, u jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tas-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijiet preċedenti ta’ kwittanza tal-Parlament.
(2) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.
(4) ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.