<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-72/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0072</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:312">EU:C:2022:312</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20220428">28.4.2022</DATE> – Kawża C‑72/21</HT></P><P>PRODEX</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P>28 ta’ April 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi tariffarji</KEYWORD><KEYWORD>Subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT></KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Bibien u ċ-ċaċċiżi, x-xambrelli u s-sollijiet tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Pannelli MDF u l-gwarniċi</KEYWORD><KEYWORD>Regola ġenerali 2(a), l-ewwel parti, għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Oġġett mhux komplut jew mhux mitmum</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑72/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑2 ta’ Frar 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑4 ta’ Frar 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>PRODEX<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> SIA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valsts ieņēmumu dienests,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, N. Piçarra (Relatur) u M. Gavalec, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: T. Ćapeta,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>PRODEX<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> SIA, minn J. Kārkliņš, advokāts,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn K. Pommere u J. Davidoviča, kif ukoll minn E. Bārdiņš, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Salyková u E. Kalniņš, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tas-subintestatura tariffarja <FT TYPE="CN">441820</FT> u tal-intestaturi tariffarji 4411 u 4412 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>)., kif ukoll l-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni ta’ din in-nomenklatura, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑4 ta’ Ottubru 2013 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="290" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 290, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>PRODEX<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> SIA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Prodex<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u l-Valsts ieņēmumu dienests (l-amministrazzjoni fiskali, il-Latvja), (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>awtorità fiskali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanzija importata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM, bħala bibien u miċ-ċaċċiżi, xambrelli u sollijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is‑SA</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), ġiet stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata għad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija, konkluża fi Brussell fl‑14 ta’ Ġunju 1983, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (OMD) u approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal‑24 ta’ Ġunju 1986, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, permezz tad‑Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas‑7 ta’ April 1987 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288). In-noti ta’ spjegazzjoni tas-SA ġew elaborati fi ħdan l-OMD skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni dwar is-SA, kull parti kontraenti tintrabat li tapplika r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA kif ukoll in-noti kollha tat-taqsimiet tal-kapitoli u tas-subintestaturi u li ma jbiddlux il-portata tat-taqsimiet, tal-kapitoli jew tas-subintestaturi tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tas-SA tipprovdi, fl-ewwel parti tagħha, li kull riferiment għal oġġett f’intestatura partikolari jkopri dan l-oġġett anki jekk mhux komplut jew mhux mitmum, bil-kundizzjoni li jkollu, f’dan l-istat, il-karatteristiċi essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum, u, fit-tieni parti tiegħu, li tali riferiment ikopri wkoll l-oġġett komplut jew mitmum, jew li għandu jitqies bħala tali skont id-dispożizzjonijiet preċedenti, meta jiġi ppreżentat fl-istat żarmat jew mhux immuntat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-regola ġenerali 3 għall-interpretazzjoni tas-SA tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Meta permezz tal-applikazzjoni tar-Regola 2(b) jew kwalunkwe raġuni oħra, l-oġġetti jkunu klassifikati <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> taħt intestatura waħda jew iżjed, il-klassifikazzjoni għandha ssir kif ġej:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>taħlitiet, oġġetti komposti li jikkonsistu minn materjali differenti jew magħmulin minn komponenti differenti, u oġġetti mtellgħin għal bejgħ bl-imnut, li ma jkunux jistgħu jiġu kklassifikati b’referenza għal Regola 3(a), għandhom ikunu kklassifikati daqs li kieku kienu magħmulin mill-materjal jew mill-komponent li jagħtihom il-karattru essenzjali tagħhom, sakemm dan il-kriterju jkun applikabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>[Traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punti I, V VI tan-nota ta’ spjega tas-SA dwar ir-regola ġenerali 2(a) jindikaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>I)</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-Regola 2(a) twessa’ l-portata tal-intestaturi li jirreferu għal oġġett speċifiku, b’mod li tkopri mhux biss l-oġġett komplut iżda wkoll l-oġġett mhux komplut jew mhux mitmum, bil-kundizzjoni li għandu, f’dan l-istat, il-karatteristiċi essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ROMAN"><ITEM><NP><NO.P>V)</NO.P><TXT>It-tieni parti tar-Regola 2(a) tikklassifika, fl-istess pożizzjoni bħall-oġġett immuntat, l-oġġett komplut jew mitmum li jinsab fl-istat żarmat jew mhux immuntat. L-oġġetti li jinsabu f’dan l-istat huma hekk fuq kollox għal raġunijiet bħalma huma l-ħtiġijiet jew il-konvenjenza tal-ippakkjar, tat-tqandil jew tat-trasport.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>VI)</NO.P><TXT>Din ir-Regola ta’ klassifikazzjoni tapplika wkoll għall-oġġett mhux komplut jew mhux mitmum li jinsab fl-istat żarmat jew mhux immuntat mill-mument meta huwa kkunsidrat bħala komplut jew mitmum skont id-dispożizzjonijiet tal-ewwel parti tar-Regola.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>[Traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt X tan-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar ir-regola ġenerali 3(b) jistabbilixxi:</TXT><P>Għall-finijniet ta’ din ir-regola, l-oġġetti li jissodisfaw simultanjament is-segwenti kundizzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>ippreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’assortimenti kkundizzjonati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jikkonsistu f’mill-inqas żewġ oġġetti differenti li huma, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, klassifikabbli taħt intestaturi differenti; […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]”[Traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>It-tielet paragrafu tan-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 4412 tas-SA jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-prodotti ta’ din l-intestatura jibqgħu kklassifikati hawnhekk, kemm jekk kienu maħduma kif ukoll jekk le sabiex jinkisbu l-profili aċċettati għall-injam tan-Nru 44.09, mgħawweġ, immewġa, imtaqqba, maqtugħin jew miksuba f’forom oħra għajr kwadri jew rettangolari, u irrispettivament minn jekk humiex maħduma jew le, miksijin jew mgħottijin (pereżempju, drapp, materjal plastiku, żebgħa, karta jew metall) jew suġġetti għal kull xogħol ieħor, sakemm dawn ix-xogħlijiet ma jagħtuhomx in-natura essenzjali ta’ oġġetti ta’ intestaturi oħra.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [Traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In‑NM</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000 tal‑31 ta’ Jannar 2000(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 9, p. 357), in-NM, stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea, tirregola l-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija importata fl-Unjoni Ewropea. Hija tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi b’sitt numri tas-SA, iżda s-seba’ u t-tmien numru joħolqu subdiviżjonijiet li huma speċifiċi għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 2658/87, il-Kummissjoni għandha ta’ kull sena tadotta regolament li jirriproduċi l-verżjoni kompluta tan-NM, flimkien mar-rati awtonomi u konvenzjonali tad-dazju tat-tariffa doganali komuni u relatati, kif jirriżulta minn miżuri adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Kummissjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat mhux aktar tard mill‑31 ta’ Ottubru fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> u għandu japplika mill‑1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-verżjoni tan-NM applikabbli fil-kawża prinċipali hija dik li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1001/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-NM, li jinsabu fl-ewwel parti tat-Taqsima A tal-Anness I ta’ dan ir-regolament ta’ implimentazzjoni:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-[NM] għandha tkun irregolata mill-prinċipji li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-intestaturi tat-taqsimiet, tal-kapitoli u tas-subkapitoli huma maħsubin għall-ħeffa ta’ referenza biss; għal għanijiet legali, il-klassifikazzjoni għandha tkun deċiża skont it-termini tal-intestaturi u n-noti ta’ kwalunkwe taqsima jew kapitolu relattiv u, sakemm dawn l-intestaturi jew in-noti ma jkunux jeħtieġu mod ieħor, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>(a) Kwalunkwe referenza f’intestatura għal oġġett għandha titqies li tinkludi referenza għal dak l-oġġett mhux komplut jew mhux mitmum, sakemm, kif preżentat, l-oġġett mhux komplut jew mhux mitmum ikollu l-karattru essenzjali tal-oġġett komplut jew mitmum. […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>It-tieni parti tan-NM, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Skeda ta’ Dazji tad-Dwana<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tinkludi Taqsima IX, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Injam, faħam tal-injam u oġġetti tal-injam; sufra u oġġetti tas-sufra; manifatturi ta’ tiben, ta’ spartu jew ta’ materjali oħrajn tat-trizza; xogħol tal-qfief u xogħol tal-qasab<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li fiha jinsab il-Kapitolu 44, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Injam, faħam tal-injam u oġġetti tal-injam<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li n-nota 4 tiegħu tistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Prodotti tal-intestaturi 4410, 4411 jew 4412 jistgħu jinħadmu biex jiffurmaw is-suriet stipulati skont l-oġġetti tal-intestatura 4409, mgħawġin, immewġin, imtaqqbin, maqtugħin jew iffurmati f’suriet ħlief kwadri jew rettangulari jew imqegħdin għal xi operazzjoni oħra, sakemm din ma ttihomx il-karattru ta’ oġġetti ta’ intestaturi oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>It-tabella tad-dazji ta’ dan il-Kapitolu 44, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali, kien fiha l-intestaturi li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="4"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kodiċi NM</CELL><CELL COL="2">Deskrizzjoni</CELL><CELL COL="3">Rata konvenzjonali tad-dazju (%)</CELL><CELL COL="4">Unità Supplimentari</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><HT TYPE="BOLD">4411</HT></CELL><CELL COL="2">Bord tal-fibri ta’ injam jew materjali oħrajn għudin, magħqudin bir-rażi jew b’sustanzi organiċi oħrajn jew le:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">– Bord tal-fibri ta’ densità medja (MDF):</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">441113</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ ħxuna li taqbeż il-5 mm iżda ma taqbiżx id-9 mm:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44111310</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi</CELL><CELL COL="3">7</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44111390</FT></CELL><CELL COL="2">– – –oħrajn</CELL><CELL COL="3">7</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">441114</FT></CELL><CELL COL="2">– – Ta’ ħxuna li taqbeż id-9 mm:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44111410</FT></CELL><CELL COL="2">– – – Mhux maħdum jew bil-wiċċ miksi b’mezzi mekkaniċi</CELL><CELL COL="3">7</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44111490</FT></CELL><CELL COL="2">– – –oħrajn</CELL><CELL COL="3">7</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><HT TYPE="BOLD">4412</HT></CELL><CELL COL="2">Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44121000</FT></CELL><CELL COL="2">Tal-bambù</CELL><CELL COL="3">10</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><IE/></CELL><CELL COL="2">–Injam ieħor, Plajwud magħmul biss minn folji tal-injam (minbarra l-bambu’), b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">441299</FT></CELL><CELL COL="2">— oħrajn</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><?PAGE NO="6"?><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44129985</FT></CELL><CELL COL="2">– – – –oħrajn</CELL><CELL COL="3">10</CELL><CELL COL="4">m<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><HT TYPE="BOLD">4418</HT></CELL><CELL COL="2">Xogħol tal-injam għal bennejja, inklużi pannelli tal-injam ċellulari, pannelli mmuntati għall-paviment, shingles u shakes:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">441820</FT></CELL><CELL COL="2">– – Bibien u ċ-ċaċċiż u s-sollijiet tagħhom:</CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">[…]</CELL><CELL COL="2"><IE/></CELL><CELL COL="3"><IE/></CELL><CELL COL="4"><IE/></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><FT TYPE="CN">44182050</FT></CELL><CELL COL="2">– – koniferi</CELL><CELL COL="3">Bla ħlas</CELL><CELL COL="4">p/st*</CELL></ROW></CORPUS></TBL><P>*Bieb jew tieqa biċ-ċaċċiż, bil-gwarniċ [xambrella] jew bis-soll jew mingħajrhom jitqiesu bħala biċċa waħda.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont in-noti ta’ spjega tas-subintestaturi <FT TYPE="CN">44182010</FT> sa <FT TYPE="CN">44182080</FT> tan-NM:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Dawn is-subtitli jinkludu pannelli ta’ l-injam solidu maqtugħ f’partijiet ħoxnin sakemm dawn ikunu maħdumin aktar sa punt li jidentifikahom esklussivament għal użu bħala bibien (eż., permezz tal-qtiegħ ta’ partijiet għal mankijiet, lukketti jew ċappetti). Dawn is-subtitli ma jinkludux pannelli mhux maħdumin, ġieli magħrufin bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>pjanċi solidi fiċ-ċentru<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, anki jekk it-truf tagħhom huma maqtugħin irqiq (titlu 4412).<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑23 ta’ Settembru 2014, Prodex iddikjarat, għall-finijiet tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera tagħha, merkanzija ppreżentata bħala bibien interni tal-injam tal-coniferi biċ-ċaċċiżi, xambrelli u sollijiet tagħhom, taħt il-kodiċi NM <FT TYPE="CN">44182050</FT>, b’rata ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ 0 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas‑7 ta’ Settembru 2015, l-awtorità fiskali kkonstatat li l-merkanzija inkwistjoni, fil-mument tal-importazzjoni tagħha, ma kellhiex il-karatteristiċi ta’ unità sħiħa ta’ bejgħ bl-imnut, identifikabbli b’mod ċar bħala unità unika. Minn dan, din l-awtorità ddeduċiet li din il-merkanzija ma setgħetx tiġi kklassifikata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM u li, għaldaqstant, hija kellha tiġi kklassifikata separatament fis-subintestaturi <FT TYPE="CN">44111390</FT> u <FT TYPE="CN">44111490</FT> tan-NM bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[b]ord tal-fibri ta’ densità medja (MDF)<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, b’rata ta’ 7 % tad-dazji fuq l-importazzjoni, u fis-subintestatura <FT TYPE="CN">44129985</FT> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, b’rata ta’ dazji ta’ importazzjoni ta’ 10 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Prodex ippreżentat rikors għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem il-qorti amministrattiva. L-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja) ċaħdet ir-rikors ippreżentat fl-appell. Prodex għalhekk ippreżentat appell minn din id-deċiżjoni ta’ ċaħda, quddiem l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), jiġifieri l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sabiex tiddeċiedi l-kawża li, skont din il-qorti, tirrigwarda, essenzjalment, il-kwistjoni dwar jekk il-merkanzija importata inkwistjoni hijiex bibien jew pannelli tal-injam, hija tqis neċessarju, fl-ewwel lok, li tiġi ddeterminata l-portata tas-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM. Hija tirrileva f’dan ir-rigward li n-nota ta’ qiegħ il-paġna dwar din is-subintestatura ma tippreċiżax jekk ċaċċiż, xambrella jew soll ippreżentat mingħajr bieb jistax ukoll jiġi kklassifikat taħt din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tikkonstata li, skont Prodex, l-intestatura 4418 tan-NM tkopri mhux biss unità sħiħa li tinkludi bieb maċ-ċaċċiż tagħha, max-xambrella tagħha u mas-soll tagħha, iżda wkoll kull wieħed minn dawn l-oġġetti meħuda separatament, bħala oġġett lest, filwaqt li l-awtorità fiskali ssostni, billi tibbaża ruħha fuq rakkomandazzjoni tal-OMD, li l-merkanzija inkwistjoni, li hija ddeskriviet bħala gwarniċi u ċrieket, ma tistax tiġi kklassifikata fl-intestatura 4418, peress li ma ġietx ippreżentata taħt il-forma ta’ assortiment ta’ oġġetti mhux immuntati għall-bejgħ bl-imnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Din il-qorti tqis għalhekk li huwa neċessarju li jiġu ddeterminati l-karatteristiċi essenzjali, fis-sens tal-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, li għandu jkollhom l-merkanzija inkwistjoni sabiex jitqiesu bħala ċaċċiż, xambrella jew soll ta’ bieb u jistgħu jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM. Hija tirrileva, minn naħa, li għalkemm il-merkanzija importata minn Prodex tista’ tidher, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, bħala sempliċi gwarniċi u ċrieket, il-karatteristiċi ta’ din il-merkanzija madankollu għandhom it-tendenza li jagħmluhom utilizzabbli biss u esklużivament bħala elementi ta’ bieb u, min-naħa l-oħra, li l-awtorità fiskali, minkejja li rrifjutat li tikklassifika din il-merkanzija bħala komponenti ta’ bibien, qisithom bħala gwarniċi intiżi għall-manifattura ta’ bibien u mhux ma’ prodotti ġeneriċi nofshom lesti tal-injam. Hija tosserva, f’dan ir-rigward, li t-tipi ta’ bibien tal-injam li issa jintużaw ma jeħtiġux iktar xogħol speċifiku importanti daqs qabel, sabiex ir-rabta diretta tagħhom ma’ bieb finali tkun perċettibbli b’mod ċar fuq il-livell viżiv, u li jeżistu tekniċi sempliċi sabiex jiġu mmuntati l-komponenti differenti li ma jeħtiġux rabtiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li l-awtorità fiskali u l-qorti tal-ewwel istanza bbażaw ruħhom fuq it-tieni parti ta’ din ir-regola, dwar l-oġġetti żarmati jew mhux immuntati, filwaqt li Prodex issostni li hija l-ewwel parti tal-imsemmija regola, li tikkonċerna l-oġġetti mhux kompluti jew mhux mitmuma, li għandha tapplika għall-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tosserva li għalkemm l-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) hija interpretata fis-sens li l-livell ta’ finitura meħtieġ tal-merkanzija huwa tali li l-unika azzjoni li għad trid titwettaq, sabiex din il-merkanzija tiġi assimilata ma’ oġġett finali, hija l-assemblaġġ, bl-ebda mod ma huwa ċert li din id-dispożizzjoni hija applikabbli għall-merkanzija inkwistjoni. Madankollu, din il-qorti tenfasizza li tali interpretazzjoni ma tistax tiġi eskluża, fid-dawl tal-inċertezza dwar il-koerenza ta’ din ir-regola ġenerali man-noti tal-kapitoli u ċerti noti ta’ spjega dwar il-merkanzija inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1)</NO.P><TXT>In-[NM] għandha tiġi interpretata fis-sens li s-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-Nomenklatura Magħquda tista’ tinkludi ċaċċiżi tal-bibien, xambrelli tal-bibien u sollijiet bħala artikli separati?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ewwel sentenza tar-Regola 2(a) tar-Regoli Ġenerali għall-Interpretazzjoni tan-[NM] […], is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-Nomenklatura Magħquda tista’ tinkludi wkoll ċaċċiżi tal-bibien, xambrelli tal-bibien, borduri tal-bibien u sollijiet mhux lesti, sakemm dawn ikollhom il-karatteristiċi essenzjali ta’ ċaċċiżi tal-bibien, ta’ xambrelli tal-bibien u ta’ sollijiet kompluti u lesti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-pannelli u l-gwarniċi tal-injam inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-profil u l-finitura dekorattiva tagħhom oġġettivament jindikaw li dawn huma intiżi li jintużaw fil-manifattura ta’ bibien, ta’ ċaċċiżi tal-bibien, ta’ xambrelli tal-bibien u ta’ sollijiet, iżda li, qabel l-immuntar tal-bieb, għandhom jinqatgħu sabiex jiġu adattati għat-tul tiegħu u li fuqhom għandhom jiġu inklużi postijiet għall-qfieli u, jekk ikun il-każ, postijiet għaċ-ċappetti u għas-serraturi, għandhom jiġu kklassifikati fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> jew, skont il-karatteristiċi tal-pannelli jew tal-gwarniċi kkonċernati, fl-intestaturi 4411 u 4412 tan-Nomenklatura Magħquda?<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM, moqrija flimkien mal-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, għandhiex tiġi interpretata fis-sens li tkopri, bħala oġġetti distinti, merkanzija deskritta bħala li hija pannelli u gwarniċi tal-injam, li l-profil u l-finitura dekorattiva tagħha jindikaw oġġettivament li huma intiżi għall-manifattura ta’ ċaċċiżi, ta’ xambrelli u ta’ sollijiet ta’ bibien, mhux kompluti jew mhux lesti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, meta l-Qorti tal-Ġustizzja jkollha quddiemha rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar il-klassifikazzjoni tariffarja, ir-rwol tagħha huwa li tagħti kjarifika lill-qrati nazzjonali dwar il-kriterji li permezz tagħhom dawn ikunu jistgħu jikklassifikaw b’mod korrett il-prodotti inkwistjoni fin-NM iktar milli li tikklassifikahija stess din il-klassifikazzjoni. Fil-fatt, il-klassifikazzjoni, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tariffarja tagħha, tal-merkanzija inkwistjoni tirriżulta minn konstatazzjoni purament fattwali li ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħmel fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑27 ta’ Frar 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gardinia Home Decor</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:117">EU:C:2020:117</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, skont ir-regola ġenerali 1 għall-interpretazzjoni tan-NM, il-klassifikazzjoni tal-merkanzija għandha tiġi ddeterminata skont it-termini tal-intestaturi u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli ta’ din in-nomenklatura. Fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-kontrolli, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandu jinstab, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi u l-kwalitajiet oġġettivi tagħha, kif iddefiniti mill-formulazzjoni tal-intestatura tal-imsemmija nomenklatura u tan-noti tat-taqsimiet jew tal-kapitoli. L-użu intiż tal-prodott jista’ jikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn dan huwa inerenti għal dan il-prodott, u din in-natura inerenti għandha tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tal-imsemmi prodott (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑3 ta’ Ġunju 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Flavourstream</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑822/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:444">EU:C:2021:444</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑28 ta’ Ottubru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>KAHL u Roeper</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑197/20 u C‑216/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:892">EU:C:2021:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li, għalkemm in-noti ta’ spjega, minn naħa, tas-SA, u min-naħa l-oħra, tan-NM ma għandhomx saħħa vinkolanti, huma jikkostitwixxu strumenti importanti sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali<?PAGE NO="9"?> komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Ġunju 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lukoyl Neftohim Burgas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1757">EU:C:2014:1757</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kwistjoni dwar jekk l-oġġetti li jsir riferiment għalihom fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM jistgħux jiġu kklassifikati f’din is-subintestatura bħala oġġetti distinti, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel, li xejn fil-formulazzjoni ta’ din is-subintestatura ma jimponi li, għal dan il-għan, il-bibien u ċ-ċaċċiżi tagħhom, ix-xambrelli u s-sollijiet jiġu ppreżentati fil-forma ta’ assortimenti għall-bejgħ bl-imnut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>It-tieni, jista’ jiġi dedott min-nota ta’ qiegħ il-paġna dwar is-subintestatura <FT TYPE="CN">44182050</FT> tan-NM — li tippreċiża li bieb, kemm jekk ikun akkumpanjat jew le miċ-ċaċċiż tiegħu, xambrella tiegħu jew soll tiegħu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>għandu jiġi kkunsidrat bħala parti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> — li ċaċċiż, xambrella jew soll li ma jakkumpanjax bieb għandu wkoll jitqies li huwa parti distinta, li tista’ tiġi kklassifikata bħala tali f’din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tielet, il-punti 1 u 2 tal-Parti A tal-linji gwida tal-Kummissjoni għall-klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda tal-oġġetti ppreżentati għall-bejgħ bl-imnut f’assortimenti (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 105, p. 1</REF.DOC.OJ>) ifakkru li, skont ir-Regola Ġenerali 3(b) għall-interpretazzjoni tas-SA, moqrija fid-dawl tal-punt X tan-nota ta’ spjega ta’ din ir-regola, l-ewwel kundizzjoni sabiex merkanzija differenti titqies bħala ppreżentata f’assortimenti kkundizzjonati għall-bejgħ bl-imnut hija marbuta ma’ din il-merkanzija li taqa’ taħt intestaturi differenti jew taħt subintestaturi differenti tal-istess intestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, il-bibien u ċ-ċaċċiżi tagħhom, xambrelli u sollijiet jaqgħu kollha taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT>, b’tali mod li, kif tenfasizza l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, huma ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala merkanzija ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut f’assortimenti kkundizzjonati u għalhekk jistgħu jiġu kkunsidrati bħala merkanzija distinta, fir-rigward ta’ din is-subintestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li s-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri ċaċċiż, xambrella u soll ta’ bieb, bħala oġġetti kkunsidrati individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-kwistjoni dwar jekk oġġett mhux komplut jew mhux mitmum, fis-sens tal-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, li l-formulazzjoni tagħha tikkoinċidi ma’ dik tar-regola ġenerali 2(a), l-ewwel parti, għall-interpretazzjoni tas-SA, tistax taqa’ taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT>, għandu jitfakkar li, skont din ir-regola, kull riferiment għal oġġett f’intestatura tariffarja partikolari jkopri dan l-artikolu anki mhux komplut jew mhux mitmum, bil-kundizzjoni li jkollu, fl-istat oriġinali tiegħu, il-karatteristiċi essenzjali ta’ oġġett komplut jew mitmum. Kif jippreċiża l-punt I tan-nota ta’ spjega dwar ir-regola ġenerali 2(a) tas-SA, l-ewwel parti tal-imsemmija regola testendi għalhekk il-portata tal-intestaturi li jagħmlu riferiment għal oġġett partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li n-noti ta’ spjegazzjoni tan-NM dwar din is-subintestatura jippreċiżaw, bħala eżempju, li jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura l-pannelli tal-injam, sakemm ikunu għaddew minn xogħlijiet li jagħmluhom esklużivament utilizzabbli bħala bibien (pereżempju, qtiegħ ta’ partijiet għal mankijiet jew ċappetti), filwaqt li l-pannelli mhux maħduma msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>pjanċi solidi fiċ-ċentru<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 4412.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, in-Nota 4, dwar il-Kapitolu 44 tan-NM, moqrija flimkien mat-tielet paragrafu tan-nota ta’ spjega dwar l-intestatura 4412, tindika li jistgħu jiġu kklassifikati fl-intestatura 4412 tan-NM, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>[t]riplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, l-oġġetti li ġew suġġetti għal xogħol, sakemm din il-ħidma ma tagħtihomx in-natura essenzjali ta’ oġġetti ta’ intestaturi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, indipendentement minn eventwali xogħlijiet addizzjonali, bħal dawk imsemmija mill-qorti tar-rinviju fit-tielet domanda preliminari tagħha, il-merkanzija inkwistjoni, sabiex tkun tista’ tiġi kklassifikata fis-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM, bħala oġġetti inkompleti jew mhux lesti, iżda li għandhom, f’dan l-istat, il-karatteristiċi essenzjali tal-oġġetti li jaqgħu taħt din is-subintestatura, fis-sens tal-ewwel parti tar-Regola Ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, għandhom ikunu għaddew minn xogħlijiet li jagħmluhom esklużivament utilizzabbli bħala bibien, ċaċċiżi, xambrelli u sollijiet ta’ bibien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ xogħlijiet li jippermettu li jiġi kkunsidrat li din il-merkanzija hija intiża sabiex tintuża’ esklużivament bħala bibien u ċaċċiżi, xambrella u sollijiet l-imsemmija merkanzija ma tistax tiġi kklassifikata taħt is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> u, jekk ikun il-każ, għandha tiġi kklassifikata taħt l-intestaturi 4411 u 4412 tan-NM, bħala pannelli tal-fibri tal-injam jew triplaj, pannelli miksijin bil-fuljetta u injam laminat bħalhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li s-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-NM, moqrija flimkien mal-ewwel parti tar-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni tan-NM, għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri, bħala oġġetti distinti, merkanzija deskritta bħala pannelli u gwarniċi tal-injam, li l-profil u l-finitura dekorattiva tagħha jindikaw oġġettivament li huma intiżi għall-manifattura ta’ ċaċċiżi, ta’ xambrelli u ta’ sollijiet ta’ bibien, anki jekk inkompluti jew mhux lesti, bil-kundizzjoni li din il-merkanzija subiet xogħlijiet li jrenduha esklużivament utilizzabbli bħala tali u li tippreżenta b’hekk il-karatteristiċi sostanzjali ta’ oġġetti lesti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Is-subintestatura <FT TYPE="CN">441820</FT> tan-Nomenklatura Magħquda, moqrija flimkien mal-ewwel parti tar-regola ġenerali 2(a) għall-interpretazzjoni ta’ din in-nomenklatura, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat‑23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal‑4 ta’ Ottubru 2013 għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri, bħala oġġetti distinti, merkanzija deskritta bħala pannelli u gwarniċi tal-injam, li l-profil u l-finitura dekorattiva tagħha jindikaw oġġettivament li huma intiżi għall-manifattura ta’ ċaċċiżi, ta’ xambrelli u ta’ sollijiet ta’bibien, anki jekk inkompluti jew mhux lesti, bil-kundizzjoni li din il-merkanzija subiet xogħlijiet li jrenduha esklużivament utilizzabbli bħala tali u li tippreżenta b’hekk il-karatteristiċi sostanzjali ta’ oġġetti lesti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>