15.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 76/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2011

tat-2 ta’ Diċembru 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 iħassar id-Direttivi tal-Kummissjoni 80/766/KEE (3), 81/432/KEE (4) u 2002/72/KE (5) li huma inkorporati mal-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim.

(4)

Għal raġunijiet prattiċi, l-atti mniżżla taħt it-titolu “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI TAGĦHOM GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” fil-Kapitolu XII tal-Anness II se jiġu rinumerati.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif mistqarr fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim. Din id-deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-testi tal-punti 25 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/766/KEE), 28 (id-Direttiva tal-Kummissjoni 81/432/KEE) u 54zzb (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE) għandhom jitħassru.

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 36 (id-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE):

“—

32011 R 0010: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).”

3.

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 54zzzzzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 16/2011):

“55.

32011 R 0010: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).”

4.

Fl-intestatura “ATTI LI L-PARTIJIET KONTRAENTI TAGĦHOM GĦANDHOM JIEĦDU NOTA” il-punti 55 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 78/358/KEE) sa 67 (ir-Rakkomandazzjoni 2010/161/UE) se jiġu rinumerati l-punti 1 sa 13.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 341, 22.12.2011, p. 78.

(2)   ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 213, 16.8.1980, p. 42.

(4)   ĠU L 167, 24.6.1981, p. 6.

(5)   ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.