<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑113/10</NO.CASE><NO.CASE>C‑147/10</NO.CASE><NO.CASE>C‑234/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CC0113</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:701">EU:C:2011:701</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>27</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻI MAGĦQUDA C-113/10, C-147/10 U C-234/10</P><P>ZUCKERFABRIK JÜLICH <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P>Kawżi Magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10</P><P>Zuckerfabrik Jülich AGvsHauptzollamt AachenBritish Sugar plcvs</P><P>Rural Payments Agency</P><P>uTereosvs</P><P>Directeur général des douanes et droits indirects</P><P><HT TYPE="NORMAL">[Rinviji għal deċiżjoni preliminari minn, rispettivament, il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja), il-High Court of England and Wales (ir-Renju Unit) u t-Tribunal de grande instance de Nanterre (Franza)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Zokkor</KEYWORD><KEYWORD>L-iffissar ta’ imposti tal-produzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Il-kalkolu tat-telf medju kull tunnellata</KEYWORD><KEYWORD>L-inklużjoni ta’ ammont teoriku ta’ ħlasijiet lura għal kwantitajiet esportati mingħajr ħlas lura</KEYWORD><KEYWORD>Ir-rimbors ta’ ammonti imposti taħt regolamenti li jiġu ddikjarati invalidi</KEYWORD><KEYWORD>Ir-rata tal-kambju applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>L-għoti ta’ interessi</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rinviji għal deċiżjoni preliminari preżenti jikkonċernaw is-snin tas-suq taz-zokkor bejn l-2001 u l-2006, meta kien hemm produzzjoni żejda fuq il-konsum fl-Unjoni Ewropea (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>UE<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-prezzijiet kienu sostanzjalment iktar għoljin minn tas-suq dinji. Waħda mill-konsegwenzi ta’ dan kienet li ġew allokati kwoti lill-produtturi. Il-produzzjoni f’ċerti kwoti setgħet tkun esportata bil-ħlasijiet lura iffinanzjati mill-imposti tal-produzzjoni. Il-kalkolu tal-imposti kien jinvolvi l-multiplikazzjoni taż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>żieda esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> bit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> għal kull sena tas-suq. Dan it-telf medju wieħed kien jasal għalih billi jiġi diviż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> bit-tunnellaġġ totali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li għandhom jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sena tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni prinċipali f’dawn il-każijiet hija d-definizzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> f’dak il-kuntest. Inħolqot inċertezza mill-fatt li, għal ċerti kwantitajiet inklużi fil-prodotti pproċessati esportati, il-ħlasijiet lura fuq esportazzjonijiet li kienu jikkwalifikaw għalihom la kienu ntalbu u lanqas kienu tħallsu.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’regolamenti li jistabbilixxu l-imposti tal-produzzjoni għas-snin tas-suq bejn l-2003 u l-2006, il-Kummissjoni inkludiet dawn il-kwantitajiet fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> imma mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>fl-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li għandhom jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Mitluba biex tiddeċiedi dwar il-validità ta’ dak il-kalkolu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fl-2008, f’Zuckerfabrik Jülich <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Jülich I<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Sentenzi Magħquda tat-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-5/06+C-23/06+C-24/06+C-25/06+C-26/06+C-27/06+C-28/06+C-29/06+C-30/06+C-31/06+C-32/06+C-33/06+C-34/06+C-35/06+C-36/06" PAGE.ECR="I-3231" YEAR="2008">C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, Ġabra p. I-3231</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li l-kwantitajiet esportati kollha għandhom jitqiesu fiż-żewġ każijiet, indipendentement minn jekk ikunux saru ħlasijiet lura jew le, u li r-regolamenti inkwistjoni kienu invalidi għal dik ir-raġuni. Madankollu, din ma ddeċidietx jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> kellux jinkludi bl-istess mod il-ħlasijiet lura kollha disponibbli, indipendentement minn jekk dawn kinux tħallsu jew le, jew il-ħlasijiet lura attwalment imħallsa biss.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fl-2009, il-Kummissjoni adottat regolament ġdid li kkoreġa dawk li kienu ġew iddikjarati invalidi. Fil-kalkoli tagħha, hi inkludiet fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, il-ħlasijiet lura kollha disponibbli, indipendentement minn jekk dawn kinux tħallsu jew le. L-imposti kkalkolati mill-ġdid ftit li xejn ivarjaw minn kif kienu ffissati oriġinarjament imma huma ogħla minn kif kienu jkunu li kieku l-ħlasijiet lura attwalment imħallsa biss kienu inklużi fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Diversi produtturi kkontestaw kemm il-kalkolu kif ukoll il-bażi legali għall-adozzjoni tar-regolament il-ġdid, u tliet qrati nazzjonali talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni dwar il-validità tiegħu. Waħda minn dawn il-qrati qed titlob ukoll, fir-rigward ta’ ħlasijiet lura li huma magħrufa li huma dovuti, liema ċifri għandhom jintużaw biex ikunu applikati r-rati tal-kambju tal-flus u jekk jistax ikun mogħti interessi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sfond legali u proċedurali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej kienu rregolati fiż-żmien materjali bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-<DATE ISO="20000929">29 ta’ Settembru 2000</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200), li issa ġiet mibdula bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom, tas-<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="17" NO.OJ="163" DATE.PUB="2007">ĠU 2007 L 163, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>id-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) u r-Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000, tat-<DATE ISO="20000522">22 ta’ Mejju 2000</DATE>, li jimplimenta [d-Deċiżjoni Nru 2007/436/KE, Euratom tas-<DATE ISO="20070607">7 ta’ Ġunju 2007</DATE>] dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).</P></NOTE>, (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ir-regolament dwar ir-riżorsi proprji<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1)(a) tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji, dħul minn, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>kontribuzzjonijiet u dazji oħra pprovdut għalihom fl-ambitu tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq taz-zokkor<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kellu jikkostitwixxi riżorsi proprji mdaħħlin fil-baġit tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) jistipula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>L-Istati Membri għandhom iżommu 25 % tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) bħala spejjeż tal-ġbir […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 jistipula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Id-dħul li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2 għandu jintuża bla distinzjoni biex jiffinanzja n-nefqa mdaħħla fil-budget. […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) tal-istess deċiżjoni jistipula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ir-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2(1)(a) […] għandhom ikunu miġbura mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali mposti bil-liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva […]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tar-regolament dwar ir-riżorsi tagħhom, kull Stat Membru kellu jiftaħ kont f’isem il-Kummissjoni mat-Teżor tiegħu jew mal-korp li jkun ħatar, u jikkredita r-riżorsi tiegħu proprji għal dak il-kont.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-istess regolament jistipula li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Kwalunkwe dewmien fid-dħul fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) għandu jagħti lok għall-ħlas tal-interessi min-naħa tal-Istat Membru konċernat.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2028/2004, tas-<DATE ISO="20041116">16 ta’ Novembru 2004</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="162" NO.OJ="153M" DATE.PUB="20060607">ĠU L 153 M, 7.6.2006, p. 162</REF.DOC.OJ>). Il-verżjoni oriġinali tal-Artikolu 11 ma kellha ebda paragrafi numerati imma kienet tinkludi l-istess dispożizzjoni, segwita bid-dettalji tar-rati tal-interessi li kellhom ikunu applikati.</P></NOTE></TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolament bażiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Tad-<DATE ISO="20010619">19 ta’ Ġunju 2001</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17). Il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor tinkludi z-zokkor, l-isoglukożi u x-xiropp tal-insulina. Peress li għall-iskopijiet preżenti m’hemm l-ebda distinzjoni rilevanti li tista’ ssir bejn il-prodotti differenti, jien ser nevita kwalunkwe riferiment ieħor għal prodotti oħra ħlief iz-zokkor.</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ir-regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) li rregola l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor mis-snin tas-suq 2001/2002 sal-2005/2006. Dan kien tħassar b’effett mill-<DATE ISO="20060701">1 ta’ Lulju 2006</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-<DATE ISO="20060220">20 ta’ Frar 2006</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="058" DATE.PUB="2006">ĠU L 58, p. 1</REF.DOC.OJ>), li kien imħassar u mibdul bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="299" DATE.PUB="2007">ĠU L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-preambolu ta’ dan ir-regolament jiddikjara, <HT TYPE="ITALIC">inter alia:</HT></TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>(9)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet li qabel wasslu lill-Komunità biex tadotta sistema ta’ kwota fuq il-produzzjoni [...] jibqgħu validi. B’danakollu, dik is-sistema nbidlet sabiex [...] tipprovdi lill-Komunità bl-istrumenti neċessarji sabiex tassigura, b’mod ġust iżda effiċjenti, li l-fabbrikanti nfushom jlaħħqu bis-sħiħ ma’ l-ispejjeż biex jeħilsu minn ħażniet żejda tal-produzzjoni tal-Komunità fuq il-konsum […]</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>L-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor huma ibbażati, l-ewwel fuq il-prinċipju li l-produtturi għandhom iġorru r-responsabbiltà kollha finanzjarja għat-telf magħmul f’kull sena tas-suq mir-rimi ta’ dik il-parti mill-produzzjoni tal-Komunità li hija taħt il-kwota li hija żejda għall-konsum intern tal-Komunità [...]</TXT><P>[...]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>[...] Is-sistema tas-settur tal-finanzjament tagħha nfisha permezz tal-imposti ta’ taxxi tal-produzzjoni u għandu jinżamm ir-reġim tal-kwoti tal-produzzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Il-produtturi għandhom għalhekk ikomplu jassumu r-responsabbiltà finanzjarja billi jħallsu taxxa bażika tal-produzzjoni fuq il-produzzjoni kollha taz-zokkor A u B, [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fiż-żmien rilevanti kien hemm tliet klassijiet ta’ produzzjoni fis-settur taz-zokkor. Il-produzzjoni A u B kienet fil-limiti tal-kwoti li jikkorrispondu fil-prinċipju, rispettivament, għad-domanda fis-suq intern u għall-esportazzjoni ta’ ħażniet ta’ zokkor bi ħlas lura tal-esportazzjoni. Iz-zokkor Ċ kien prodott barra mil-limiti ta’ dawk il-kwoti u ma setax jitqiegħed liberament fis-suq fl-UE; dan kellu jiġi esportat mingħajr ħlas lura għad-detriment tal-industrija taz-zokkor.</P></NOTE>] li iżda hija llimitata għal 2 % tal-prezz tal-intervent taz-zokkor abjad, u taxxa B imposta fuq il-produzzjoni taz-zokkor B sal-limitu ta’ 37.5 % ta’ dak il-prezz. […] Il-limitazzjoni tat-taxxi bil-mod deskritt hawn fuq ifisser li f’ċerti snin tas-suq il-produzzjoni taz-zokkor ma tkunx tiffinanzja lilha nfisha bis-sħiħ. Taxxa addizzjonali għandha tkun imposta f’dawk il-każi [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Iktar ’l isfel jien ser nagħmel riferiment għall-imposta bażika fuq il-produzzjoni, l-imposta B u l-imposta addizzjonali, kollettivament, bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-imposti tal-produzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></NOTE>].</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>[...] Għandu jkun għalhekk iffissat koeffiċjenti għall-Komunità kollha bħala rappreżentant għal dik is-sena tas-suq bejn it-telf totali rreġistrat u l-qligħ totali ġġenerat mit-taxxi tal-produzzjoni kkonċernati. […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għalhekk dan ir-regolament ipprovda biex il-produtturi jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-UE biex tiddisponi mill-ħażna tal-produzzjoni permezz ta’ imposti tal-produzzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(3) ikkonċeda ħlasijiet lura fuq il-produzzjoni ta’ zokkor li joriġina, jew li jkun fiċ-ċirkolazzjoni libera, fl-Istati Membri, li jintuża għall-manifattura ta’ ċerti prodotti tal-industrija kimika. L-ammont tal-ħlas lura kellu jiġi ffissat billi jingħata qies tal-ispiża tal-provvista fis-suq dinji.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikoli 27 sa 29 jipprovdu għal ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, li jirriflettu d-differenza bejn il-prezz dinji u l-prezz tal-intervent. Għall-kuntrarju, l-Artikolu 33 jistabbilixxi taxxa fuq l-esportazzjoni meta l-prezz dinji taz-zokkor ikun ogħla mill-prezz tal-intervent. Fil-prattika, il-prezz dinji dejjem kien iktar baxx, biex b’hekk l-esportazzjonijiet kollha ta’ zokkor A u B kienu jikkwalifikaw għal ħlasijiet lura u l-ebda imposti fuq l-esportazzjoni ma ġew imposti.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni, l-Artikolu 15 jistipula<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Madankollu, il-kliem baqa’ essenzjalment l-istess mill-Artikolu 28 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81, tat-<DATE ISO="19810630">30 ta’ Ġunju 1981</DATE>, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="4" NO.OJ="177" DATE.PUB="1981">ĠU L 177, p. 4</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel it-tmiem ta’ kull sena tas-suq, is-segwenti għandu jkun irreġistrat:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tbassir tal-produzzjoni ta’ zokkor A u B […] konnessa mas-sena tas-suq ikkonċernata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tbassir tal-kwantitajiet taz-zokkor, tal-isoglukosi u tax-xiropp tal-insulina mwarrba għall-konsum fil-Komunità [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Għad definizzjoni ta’ tali kwantitajiet, ara l-punti 21 u 32 iktar ’il quddiem.</P></NOTE>] matul is-sena tas-suq li hemm referenza dwarha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-eċċess li jista’ jkun esportat bit-tnaqqis tal-kwantità li hemm referenza dwarha fil-(b) mill-kwantità li hemm referenza dwarha fl-(a);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-estimi tat-telf medju jew tad-dħul medju (ta’ flus) għal kull tunnellata metrika sabiex jiġu mwettqa l-obbligi ta’ l-esportazzjoni matul is-sena tas-suq kurrenti [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Għad-definizzjoni ta’ tali obbligazzjonijiet, ara l-punti 22 u 32 iktar ’il quddiem. L-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>obbligazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jirrifletti l-fatt li, skont l-Artikolu 22(1), il-liċenzji tal-esportazzjoni kienu suġġetti għad-depożitu ta’ garanzija biex tiġi ggarantita l-esportazzjoni matul ċertu perijodu.</P></NOTE>].</TXT><P>Din il-medja ta’ telf [telf medju] jew ta’ introjtu [dħul] għandha tkunu egwali għad-differenza bejn l-ammont totali tal-ħlas lura u l-ammont totali tad-dħul mit-taxxi [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Peress li qatt ma ntalab il-ħlas ta’ xi imposti fuq l-esportazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>id-differenza bejn l-ammont totali tal-ħlas lura u l-ammont totali tad-dħul mit-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kienet tammonta sempliċement għall-ammont totali ta’ ħlas lura.</P></NOTE>] fuq it-tunnellaġġ metriku totali tal-obbligi dwar l-esportazzjoni f’dak il-każ;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-estimi tat-telf jew tal-introjtu ġenerali [globali] miksuba bil-multiplikazzjoni tal-eċċess riferit fiċ-(ċ) bil-medja tat-telf jew ta’ l-introjtu riferit fid-(d).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qabel l-aħħar tas-sena tas-suq 2005/2006 […], is-segwenti għandu jkun irreġistrat kumulattivament għas-snin tas-suq 2001/2002 sal-2005/2006:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-eċċess esportabbli stabbilit fuq il-bażi tal-produzzjoni definittiva taz-zokkor tat-tip A u tat-tip B […] u l-kwantità definittiva ta’ zokkor […] mwarrba għall-konsum ġewwa l-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-medja tat-telf jew ta’ l-introjti kull tunnellata li jirriżulta mill-obbligazzjonijiet totali ta’ l-esportazzjoni kkonċernati, ikkalkulati permezz tal-metodu deskritt fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 (d) t’hawn fuq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>it-telf jew l-introjtu ġenerali miksuba bil-multiplikazzjoni ta’ l-eċċess riferit fl-(a) bil-medja tat-telf jew tal-introjtu riferit fil-(b);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>is-somma totali tad-dħul mit-taxxi fuq il-produzzjoni bażika u t-taxxi B imponuti.</TXT><?PAGE NO="5"?><P>L-estimi tat-telf jew tal-introjtu ġenerali li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1 (e) għandhom jiġu aġġustati fuq il-bażi tad-differenza bejn l-ammonti li hemm referenza dwarhom f’(ċ) u f’ (d).</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>[…] jekk il-figuri rreġistrati taħt il-paragrafu 1 u aġġustati taħt il-paragrafu 2 jirriżultaw f’telf ġenerali li jista’ jkun previst, it-telf għandu jiġu maqsum bil-produzzjoni taz-zokkor A u B, l-isoglukożju A u B u x-xiropp ta’ l-insulina A u B li għandhom konnessjoni mas-sena tas-suq kurrenti [...]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk it-taxxa massima permissibbli fuq il-produzzjoni bażika ma tkoprix għal kollox it-telf ġenerali riferit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-bilanċ mhux kopert għandu jkun maqsum bejn il-produzzjoni kkalkulata taz-zokkor tat-tip B, l-isoglukożi tat-tip B u l-insulina tat-tip B […] attribwiti għas-sena tas-suq involuta. L-ammont li jirriżulta għandu jkun impost fuq il-fabbrikanti bħala taxxa B fuq il-produzzjoni tagħhom taz-zokkor B [...]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-figuri rreġistrati taħt il-paragrafu 1 jissuġġerixxu li t-telf ġenerali li jista’ jkun previst għas-sena tas-suq kurrenti mhux probabbli li jkun kopert mid-dħul li mistenni jkun iġġenerat mit-taxxi minħabba l-limiti fuq it-taxxa bażika tal-produzzjoni u t-taxxa B ffissata fil-paragrafi 3 u 4, allura l-persentaġġ [perċentwal] massimu imsemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4 għandu jkun aġġustat sa fejn ikun neċessarju biex ikopri t-telf ġenerali, mingħajr ma jeċċedi s-37.5 %.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>It-telf kollu li jirriżulta mill-għoti ta’ ħlas lura tal-produzzjoni skond l-Artikolu 7(3) għandu jkun kkunsidrat meta jkun ikkalkulat it-telf ġenerali li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 1(e).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>It-taxxi li hemm referenza dwarhom f’dan l-Artikolu għandhom jinġabru mill-Istati Membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Regoli dettaljati biex ikun applikat dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati […], u għandhom ikopru partikolarment:</ALINEA><ALINEA><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ammonti tat-taxxi li jridu jinġabru,</P></ITEM><ITEM><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 jistipula li kellha tkun imponuta imposta addizzjonali jekk l-imposti previsti fl-Artikolu 15(3), (4) u (5) ma kinux ikopru għal kollox it-telf għas-sena kkonċernata. L-Artikolu 16(5) kien jipprovdi għal regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-imposta addizzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolament ta’ implementazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Abbażi, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> tal-Artikoli 15(8) u 16(5) tar-regolament bażiku, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Nru 314/2002<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2002, tal-<DATE ISO="20020220">20 ta’ Frar 2002</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ kwoti għas-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 35, p. 190), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2003, tas-<DATE ISO="20030627">27 ta’ Ġunju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 172). Dan kien abrogat u mibdul, b’effett mill-<DATE ISO="20060701">1 ta’ Lulju 2006</DATE>, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 952/2006, tad-<DATE ISO="20060629">29 ta’ Ġunju 2006</DATE>, li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="328" NO.OJ="330M" DATE.PUB="20081209">ĠU L 330 M, 9.12.2008, p. 328</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ir-regolament ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), li kien jipprovdi għall-(fost affarijiet oħra) iffissar tal-kwantitajiet ta’ zokkor imwarrba għall-konsum fil-Komunità skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1)(b) u (2)(a) tar-regolament bażiku u d-definizzjoni ta’ obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li għandhom ikunu mwettqa skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(4) tar-regolament ta’ implementazzjoni kif emendat, il-kwantitajiet imwarrba għall-konsum fil-Komunità kellhom ikunu kkalkolati bħala (i) il-kwantitajiet totali maħżuna fil-bidu tas-sena tas-suq, il-kwantitajiet prodotti taħt il-kwoti A u B, kwantitajiet importati fl-istat naturali u l-kwantitajiet inklużi fil-prodotti pproċessati importati, esklużi (ii) il-kwantitajiet totali esportati fl-istat naturali, il-kwantitajiet inklużi fi prodotti pproċessati esportati, il-kwantitajiet maħżuna fl-aħħar tas-sena tas-suq u l-kwantitajiet inklużi fil-prodotti pproċessati esportati, u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta’ ħlas lura fuq il-produzzjoni konformi mal-Artikolu 7(3) tar-regolament bażiku — b’dawn l-aħħar kwantitajiet ikunu, effettivament, dawk użati fl-industrija kimika.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(5) tar-regolament ta’ implementazzjoni jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>obbligi [obbligazzjonijiet] ta’ esportazzjoni li għandhom jitwettqu matul is-sena kurrenti tal-bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bħala, essenzjalment: iz-zokkor kollu li għandu jkun esportat fl-istat naturali bi ħlasijiet lura jew taxxi fuq l-esportazzjoni (a) ffissati minn offerti miftuħa fir-rigward ta’ dik is-sena tas-suq jew (b) fuq il-bażi tal-liċenzji ta’ esportazzjoni maħruġa matul dik is-sena tas-suq; (ċ) l-esportazzjonijiet ta’ zokkor fil-forma ta’ prodotti pproċessati kollha li huma prevedibbli ma’ ħlasijiet lura jew taxxi fuq l-esportazzjoni ffissati għal dak il-għan matul dik is-sena tas-suq; (d) kwantitajiet li għalihom ikunu maħruġa ċertifikati ta’ ħlas lura fuq il-produzzjoni konformi mal-Artikolu 7(3) tar-regolament bażiku matul is-sena tal-bejgħ; u (e) għajnuna fuq l-ikel.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-Artikoli 6 u 7 tar-regolament ta’ implementazzjoni pprovdew ukoll biex isiru ħlasijiet qabel tal-imposti tal-produzzjoni qabel l-aħħar tas-sena tas-suq, ikkalkolati abbażi ta’ stimi. Dan kien spjegat fil-premessa 7 tal-preambolu: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-imposti fuq il-produzzjoni maħsuba fl-Artikolu 15 tar-[regolament bażiku] ma jistgħux ikunu ffisati ħlief wara li tispiċċa s-sena tal-bejgħ minħabba l-fatt li proporzjoni kbir ta’ l-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni jittieħdu fit-tieni nofs tas-sena tal-bejgħ u li d-data li tistabbilixxi l-imposti fuq il-produzzjoni tkun disponibbli biss f’dak iż-żmien. Għaldaqstant, sabiex tiġi mplimentata malli jkun possibbli r-responsabbiltà tal-produtturi, ħlas qabel ta’ l-imposti kkalkulat fuq il-bażi ta’ stimi għandu jsir ħafna qabel l-aħħar tas-sena tal-bejgħ. [...] L-imposti ma għandhomx ikunu ffisati jew miġbura sakemm informazzjoni li hija preċiża kemm jista’ jkun, b’mod partikolari fuq il-konsum, tkun disponibbli.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-formola ta’ kalkolu fil-qosor</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Ir-rinviji preżenti għal deċiżjoni preliminari jikkonċernaw il-punt tat-tluq għall-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni, jiġifieri, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>it-telf totali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> għal kull sena tas-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Konformi mad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, dak <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>it-telf totali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> kien, għal kull sena kkonċernata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> immultiplikat b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>it-telf medju għal kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> kien, essenzjalment, il-produzzjoni A u B nieqes il-konsum fl-UE. Għalhekk dan kien jirrappreżenta biss <HT TYPE="ITALIC">l-eċċess tal-produzzjoni A u B matul is-sena</HT>. Barra dan, mhux biss iz-zokkor Ċ (il-produzzjoni fl-UE barra l-kwoti A u B) kellu jkun esportat <HT TYPE="ITALIC">mingħajr</HT> ħlasijiet lura, imma l-ħażniet ta’ zokkor A u B, flimkien ma’ ċerti kategoriji ta’ zokkor importat, setgħu jkunu esportati <HT TYPE="ITALIC">bil</HT>-ħlasijiet lura.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-konsum fl-UE kien ikkalkolat billi titnaqqas il-kwantità totali li kien magħruf li ma ġietx ikkonsmata (essenzjalment: l-esportazzjonijiet, il-kwantitajiet użati fl-industrija kimika u l-ħażniet ta’ zokkor A u B fl-aħħar tas-sena tas-suq) mill-kwantità totali li kien magħruf li twarrbet għall-konsum (essenzjalment: il-ħażniet ta’ zokkor A u B fil-bidu tas-sena tas-suq, il-produzzjoni A u B matul is-sena u l-importazzjonijiet).</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>It-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> kien ikkalkolat billi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> jiġi diviż bit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Dan għalhekk kien frazzjoni, bl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bħala n-numeratur u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>it-tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bħala d-denominatur.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni prinċipali f’dawn il-każijiet hija jekk in-numeratur (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) f’dik il-frazzjoni għandux jinkludi ħlasijiet lura li għalihom kienu intitolati l-esportazzjonijiet imma li ma kinux mitluba; huwa stabbilit li d-denominatur (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>it-tunnellaġġ totali ta’ obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) jinkludi l-kwantitajiet kollha intitolati għal ħlas lura, indipendentement minn jekk il-ħlas lura kienx mitlub jew le.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-imposti kif iffissati inizjalment u l-kontestazzjonijiet dwar dawk l-imposti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Mill-2003, fl-iffissar tal-imposti ta’ kull sena, il-Kummissjoni interpretat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bħala li tinkludi biss kwantitajiet li fir-rigward tagħhom fil-fatt kienu saru ħlasijiet lura (u mhux dawk li fir-rigward tagħhom kienu disponibbli ħlasijiet lura imma li ma kinux imħallsa). Dan naqqas id-denominatur fil-frazzjoni deskritta f’punt 28 iktar ’il fuq, u b’hekk żdied it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Fl-istess ħin, madankollu, il-Kummissjoni naqqset il-kwantitajiet kollha inklużi fil-prodotti pproċessati esportati (indipendentement minn jekk fil-fatt sarux il-ħlasijiet lura) mill-kwantità mwarrba għall-konsum fl-UE. Bħala riżultat, il-kalkoli stabbiliti f’punti 26 u 27 iktar ’il fuq ipproduċew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kwantitajiet mbassra li jkunu mwarrba għall-konsum fil-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> iżgħar u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ikbar, minn kif altrimenti kien ikun il-każ. Meta mbagħad <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>l-eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> kien immultiplikat bit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>telf totali<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> kien għalhekk ikbar, li min-naħa tiegħu, żied l-imposti tal-produzzjoni. L-effett kien, apparentement, sinjifikattiv, peress li f’ħafna okkażjonijiet il-produtturi taz-zokkor ma jitolbux ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ zokkor inkorporat fi prodotti pproċessati esportati.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-imposti tal-produzzjoni għas-snin tas-suq 2001/2002, 2002/2003, 2003/2004 u 2004/2005 kienu ffissati permezz tar-Regolamenti Nru 1837/2002, 1762/2003, 1775/2004 u 1686/2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1837/2002, tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, li jistabbilixxi l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjenti għall-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2001/02 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="13" NO.OJ="278" DATE.PUB="2002">ĠU L 278, p. 13</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1762/2003, tas-<DATE ISO="20031007">7 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li jistabbilixxi imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2002/03 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="4" NO.OJ="254" DATE.PUB="2003">ĠU L 254, p. 4</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1775/2004, tal-<DATE ISO="20041014">14 ta’ Ottubru 2004</DATE>, li tistabbilixxi imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2003/04 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="64" NO.OJ="316" DATE.PUB="2004">ĠU L 316, p. 64</REF.DOC.OJ>); u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-<DATE ISO="20051014">14 ta’ Ottubru 2005</DATE>, li jistabbilixxi l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjenti għall-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/05 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="12" NO.OJ="271" DATE.PUB="2005">ĠU L 271, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> rispettivament. Kontestazzjonijiet dwar il-kalkoli ta’ dawk l-imposti wasslu għal numru ta’ rinviji preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080505">5 ta’ Mejju 2008</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza f’Jülich I. Din ikkonstatat li, skont l-Artikolu 15(1)(c) u (d) tar-regolament bażiku, il-kwantitajiet kollha ta’ prodotti esportati li kienu jaqgħu taħt dan l-artikolu kellhom jitqiesu għall-iskop ta’ kalkolu kemm tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>eċċess esportabli<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> (meta kellhom jitnaqqsu mill-konsum) u t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, indipendentement minn jekk il-ħlasijiet lura kinux attwalment saru jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, kien id-differenza bejn il-produzzjoni tal-UE ta’ zokkor A u B u l-konsum taz-zokkor fl-UE. Tali konsum għalhekk ma kienx maħsub li jinkludi kwalunkwe prodotti esportati, indipendentement minn jekk kinux ibbenefikaw minn ħlasijiet lura għall-esportazzjoni jew le. Jekk kwantitajiet esportati mingħajr ħlasijiet lura jiġu inklużi fil-konsum tal-UE, dan ikun sopravalutat u l-eċċess esportabbli sottovalutat, u dan ikun jinvolvi r-riskju li l-għan biex ikun żgurat li l-produtturi nfushom jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż biex jintremew l-eċċessi ma jintlaħaqx<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, b’mod partikolari, punti 37 u 44 tas-sentenza Jülich I.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li għandhom jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> (id-denominatur tal-frazzjoni li jsir riferiment għalih fil-punt 28 iktar ’il fuq, imfisser fl-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku) ma setax ikun interpretat b’mod konsistenti mal-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-regolament (li taħtu l-esportazzjonijiet kienu suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, din stess suġġetta għal li tkun ipprovduta garanzija li l-esportazzjoni sseħħ matul it-terminu ta’ validità tal-liċenzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 12 iktar ’il fuq.</P></NOTE>) bħala limitat għal dawk li fir-rigward tagħhom attwalment saru ħlasijiet lura għall-esportazzjoni. Hija ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li tali limitazzjoni, biż-żieda tal-livelli tal-imposti tal-produzzjoni, setgħet tiskoraġġixxi l-ħolqien ta’ eċċessi, u saħqet li l-kalkolu ma għandux imur lil hinn mill-għan ta’ awto-finanzjament ekwu mill-produtturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’mod partikolari, punti 48 sa 60 tas-sentenza Jülich I.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-Regolamenti Nri 1762/2003 u 1775/2004 kienu invalidi, peress li dawn qiesu, għall-iskopijiet ta’ kalkolu tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, dawk l-esportazzjonijiet li attiraw il-ħlasijiet lura biss. Madankollu, jekk wieħed jeżamina r-Regolament Nru 1837/2002 ma jirriżultax li kien hemm xi fatturi tali li jaffettwaw il-validità tiegħu, peress li dan qies il-kwantitajiet kollha esportati fil-forma ta’ prodotti pproċessati, indipendentement minn jekk dawk l-esportazzjonijiet kinux attwalment ibbenefikaw mill-ħlasijiet lura jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx, u lanqas ma kienet mitluba biex tiddeċiedi jekk l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> kellux ikun ukoll ikkalkolat billi jingħata qies tal-kwantitajiet totali esportati fil-forma ta’ prodotti pproċessati, indipendentement minn jekk sarux jew le ħlasijiet lura.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Imbagħad, f’SAFBA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>SAFBA<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Digriet tas-<DATE ISO="20081006">6 ta’ Ottubru 2008</DATE> SAFBA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-175/07+C-176/07+C-177/07+C-178/07+C-179/07+C-180/07+C-181/07+C-182/07+C-183/07+C-184/07" PAGE.ECR="I-142" YEAR="2008">C-175/07 sa C-184/07 Ġabra p. I-142</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, minn naħa, li l-Artikolu 6(4) tar-regolament ta’ implementazzjoni ma kienx invalidu peress li dan, fir-rigward tal-kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni ma kienx jipprovdi għall-esklużjoni mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>eċċessi esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ta’ kwantitajiet inklużi fi prodotti pproċessati esportati li għalihom ma tkun ingħatat ebda ħlas lura u, min-naħa l-oħra, li r-Regolament Nru 1686/2005 kien invalidu għax ma kienx konformi mal-metodu ta’ kalkolu approvat f’Jülich I.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolament ikkontestat</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma kinitx adottat immedjatament xi miżura ġdida biex tikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-proċedimenti biex ikunu rkuprati imposti mħallsa taħt ir-regolamenti li kienu ġew iddikjarati invalidi tkomplew quddiem diversi qrati nazzjonali. F’numru ta’ każijiet ingħataw digrieti għall-ħlas lura ta’ ammonti li bihom tali imposti ġew iddikjarati li kienu tħallsu żejda. Il-Kummissjoni, konxja ta’ dawn id-digrieti, ikkunsidrat li l-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali kienu qegħdin jisiltu konklużjonijiet skorretti mis-sentenza f’Jülich I. F’Jannar 2009, hija informat lill-Istati Membri li kienet qiegħda tfassal regolament ġdid li jkun jindika l-ammonti korretti ta’ imposti għas-snin tas-suq inkwistjoni, u li kienet ser tinformahom fi żmien propizju rigward l-azzjoni li kellha tittieħed. Dan l-abbozz kien diskuss fil-kumitat ta’ amministrazzjoni rilevanti f’Settembru u Ottubru 2009. Madankollu, il-kumitat kien riluttanti li jaċċetta l-kalkoli użati mill-Kummissjoni, u bosta Stati Membri xtaqu jużaw ċifri oħra, proposti mill-presidenza.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-Kummissjoni kkalkolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ir-rifużjonijiet totali<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> billi mmultiplikat iċ-ċifra għall-esportazzjonijiet rilevanti kollha, kemm jekk kienet tħallset lura jew le, bl-ammont medju ta’ ħlas lura pagabbli għal tali esportazzjonijiet; in-numeratur u d-denominatur tal-frazzjoni msemmija f’punt 28 iktar ’il fuq it-tnejn li huma kienu jirriflettu l-ammont totali ta’ esportazzjonijiet li għandhom marbut magħhom id-dritt għal ħlas lura. Il-kalkolu tal-presidenza, għall-kuntrarju, kien jinkludi fin-numeratur l-ammont attwali biss tal-ħlasijiet lura imħallsa, filwaqt li d-denominatur baqa’ l-istess. Skont dak il-kalkolu , it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>telf totali<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> u, konsegwentement, il-livell tal-imposti tal-produzzjoni, it-tnejn li huma kienu iktar baxxi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-vot fil-kumitat ta’ amministrazzjoni kien irreġistrat b’37 vot favur il-proposta tal-Kummissjoni (sitt Stati Membri) u 281 vot kontra (17-il Stat Membru), b’27 astensjoni (erba’ Stati Membri). Minn kif jidher, voti negattivi bħal dawn huma rari.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kunsill ma setax jadotta regolament differenti fiż-żmien rikjest<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Skont il-proċedura tal-amministrazzjoni applikabbli — ara l-Artikolu 42 tar-regolament bażiku u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li jistipulaw il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="23" NO.OJ="184" DATE.PUB="1999">ĠU 1999 L 184, p. 23</REF.DOC.OJ>, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>deċiżjoni tal-komitoloġija<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) — sabiex tkun adottata miżura differenti mill-abbozz ippreżentat mill-Kummissjoni, il-Kunsill kien ikollu jaqbel fuq miżura permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata kif imfisser fl-Artikolu 205(2) KE (maġġoranza ta’ voti u maġġoranza tal-Istati Membri) f’perijodu ta’ xahar. Irriżulta li dan kien impossibbli, anki jekk maġġoranza bħal din kienet opponiet għall-abbozz tal-Kummissjoni.</P></NOTE>. Għalhekk, il-Kummissjoni adottat l-abbozz fil-forma proposta, bħala Regolament Nru 1193/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-<DATE ISO="20091103">3 ta’ Novembru 2009</DATE>, li kkorreġa r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE), Nru 164/2007 u li ffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="321" DATE.PUB="2009">ĠU L 321, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>ir-regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>), li ffissa imposti ġodda fuq il-produzzjoni kemm għas-snin ikkonċernati bir-regolamenti li kienu ddikjarati invalidi u għas-sena tas-suq 2005/2006, li għaliha kien ġie użat l-istess metodu ta’ kalkolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 164/2007, tad-<DATE ISO="20070219">19 ta’ Frar 2007</DATE>, li ffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2005/06 (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="17" NO.OJ="051" DATE.PUB="2007">ĠU L 51, p. 17</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-bażi legali għar-regolament ikkontestat iċċitata fil-preambolu tiegħu kienu t-Trattat KE u r-regolament bażiku, b’mod partikolari l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 15(8) u l-Artikolu 16(5) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 5 sa 6 fil-preambolu tar-regolament ikkontestat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>(5)</NO.P><TXT>Fis-sentenza tat-<DATE ISO="20080508">8 ta’ Mejju 2008</DATE> fil-kawżi konġunti [Maqgħuda] C-5/06 u C-23/06 sa C-36/06, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-eżami ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1837/2002 tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE> li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni u l-koeffiċjent għall-imposti addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2001/02 ma żvelax l-eżistenza ta’ kwalunkwe fattur li jaffettwa l-validità tiegħu. Sabiex tiffissa l-imposti tal-produzzjoni f’dik is-sena tas-suq, il-Kummissjoni għandha tikkalkula it-telf medju abbażi tal-kwantitajiet totali ta’ zokkor esportat fil-forma ta’ prodotti proċessati, kemm jekk huma eliġibbli għal rifużjonijiet jew le.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="10"?><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Huwa għalhekk xieraq li l-Kummissjoni tiffissa l-imposti tal-produzzjoni, inkluż, fejn meħtieġ, koeffiċjent għal imposti addizzjonali, bl-użu tal-istess metodu ta’ kalkolu bħal dak użat fis-sena tas-suq 2001/2002.<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-Artikoli 1 sa 4 tar-regolament ikkontestat jiffissaw imposti ġodda biex jieħdu post dawk stabbiliti preċedentement bir-regolamenti rilevanti. Minn dawn il-21 imposta kkonċernati, 12 baqgħu mhux mibdula, sitta ħarira iktar baxxi u tlieta ftit iktar għoljin mill-ammonti kif ikkalkolati preċedentement.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tar-regolament ikkontestat, l-Artikoli 1 sa 4 japplikaw mid-dati tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti rispettivi li d-dispożizzjonijiet tagħhom qegħdin jissostitwixxu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kontestazzjonijiet tar-regolament ikkontestat u d-domandi rrinvijati</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Kawża C-113/10 Zuckerfabrik Jülich</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Zuckerfabrik Jülich AG (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Jülich<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>) hija produttriċi taz-zokkor Ġermaniża. Il-kontestazzjonijiet tagħha tal-imposti għas-snin tas-suq 2002/2003, 2004/2005 u 2005/2006 abbażi tar-Regolamenti Nri 1762/2003, 1686/2005 u 164/2007 wasslu għas-sentenza f’Jülich I. Wara l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, l-aġenzija nazzjonali stabbilixxiet imposti ġodda fuq il-produzzjoni għas-snin tas-suq inkwistjoni. Jülich imbagħad ikkontestat l-avviżi li ddeterminaw dawk l-imposti quddiem il-Finanzgericht (il-Qorti tal-Finanzi) Düsseldorf, fejn argumentat li r-regolament ikkontestat kien invalidu.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dik il-qorti tosserva li l-Kummissjoni rrikalkolat l-ammont totali ta’ ħlas lura għas-snin tas-suq inkwistjoni billi inkludiet ħlasijiet lura għall-esportazzjoni fittizji li fir-rigward tagħhom l-ebda ħlas lura ma kien sar. Din tesprimi dubju rigward il-kompatibbiltà ta’ tali reviżjoni, sa fejn tmur lil hinn mill-kundizzjonijiet imposti fis-sentenza Jülich I u hija applikabbli għal snin tas-suq li issa huma magħluqin, mal-prinċipju tal-UE tan-non-retroattività.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Finanzgericht Düsseldorf talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti deċiżjoni preliminari dwar id-domanda: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>[Ir-regolament ikkontestat] huwa validu?<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kawża C-147/10 British Sugar</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>British Sugar plc (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>British Sugar<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>), produttur ta’ prodotti taz-zokkor, qiegħda titlob il-ħlas lura, bl-interessi, tal-ammont ta’ imposti tal-produzzjoni li ssostni li kienet mitluba tħallas żejjed mill-aġenzija nazzjonali kompetenti matul is-snin tas-suq 2002/2003 sa 2005/2006. Din tikkalkula l-ammont abbażi ta’ Jülich I, għal madwar EUR 12 531 000, qabel l-interessi. Din issostni, l-ewwel, li r-regolament ikkontestat għandu l-istess difett fundamentali bħar-Regolamenti Nri 1762/2003, 1775/2004 u 1686/2005. Il-metodu ta’ kalkolu, b’mod partikolari fir-rigward ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>it-telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> hu bbażat fuq telf ipotetiku li jirrifletti ħlasijiet lura tal-esportazzjoni li fit-teorija kienu disponibbli imma li attwalment qatt ma tħallsu. Għalhekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>it-telf totali<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> huwa minfuħ. It-tieni, ir-regolament ikkontestat huwa invalidu sa fejn jeħtieġ li ħlasijiet lura mhux bl-euro jsiru bir-rati tal-kambju applikabbli fiż-żmien li l-imposta kienet ikkalkolata oriġinarjament. Fl-aħħarnett, British Sugar tagħmel talba għall-interessi fuq l-ammonti li għandhom jitħallsu lura. Din għalhekk tat bidu għall-proċedimenti quddiem il-High Court of Justice of England and Wales.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-aġenzija nazzjonali ssostni li r-regolament ikkontestat issa jistabbilixxi l-formula legali għall-kalkolu tal-ħlas lura dovut lil British Sugar u hija legalment vinkolanti. Skont dan il-kalkolu, l-ammont dovut huwa GBP 366 590.79. L-aġenzija ssostni li l-Qorti tal-Ġustizzja approvat il-metodoloġija tar-Regolament Nru 1837/2002, peress li din ma kkonkludietx li r-regolament huwa invalidu. Ir-regolament ikkontestat isegwi l-istess skema u bl-istess mod huwa validu. Ir-rata<?PAGE NO="11"?> tal-kambju xierqa hija dik li kienet tapplika meta l-imposti tal-produzzjoni oriġinali kienu kkalkolati. Fl-aħħarnett, British Sugar ma għandhiex tingħata interessi. Kull ħlas lura ser ikun rifless b’pagament mill-Kummissjoni lill-aġenzija taħt is-sistema tal-UE tar-riżorsi proprji. Ma hemm l-ebda bażi legali fil-leġiżlazzjoni tar-riżorsi proprji biex l-Istati Membri jirkupraw l-interessi mill-Kummissjoni, u l-istess prinċipju għandu japplika għal kwalunkwe ħlas lura lil British Sugar.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għalhekk il-High Court qed titlob li tingħata deċiżjoni preliminari dwar id-domandi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>(1)</NO.P><TXT>Fid-dawl [tas-sentenza Jülich I u d-digriet f’SAFBA], [ir-regolament ikkontestat] huwa invalidu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-bażi legali li fuqha ġie adottat, jiġifieri [r-regolament bażiku], [ir-regolament ikkontestat] huwa invalidu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Għall-kalkolu tal-kumpens dovut minħabba pagamenti eċċessivi tal-imposti tal-produzzjoni taz-zokkor għas-snin 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, ir-rata tal-kambju applikabbli u d-data ta’ konverżjoni huma kwistjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt tal-Unjoni Europea? Jekk iva, l-Artikolu 6 tar-[regolament ikkontestat] għandu jiġi interpretat fis-sens li jitlob li l-kumpens jingħata skont ir-rata tal-kambju li kienet tapplika fiż-żmien meta ġie inizjalment ikkalkulat il-pagament eċċessiv tal-imposti? Jekk iva, l-Artikolu 6 tar-[regolament ikkontestat] huwa validu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interessi:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>Il-liġi tal-UE tipprekludi li persuna li tinsab f’pożizzjoni bħal dik tar-rikorrenti [li] tirkupra l-interessi fuq l-ammonti mħallsa żejda mingħand l-awtorità nazzjonali responsabbli mill-ġbir tal-imposti fuq il-produzzjoni, minħabba regolament tal-Kummissjoni li jkun ġie ddikjarat invalidu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tiġi prekluża milli tirkupra l-interessi fuq l-ammonti korrispondenti dovuti lilha mill-Kummissjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda i) iktar ’il fuq, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji (Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom u r-Regolament (KE) Nru 1150/2000 li jimplimentaha) tipprekludi l-awtorità nazzjonali kompetenti mill-ġbir tal-imposti tal-produzzjoni milli tkun tista’ tirkupra l-interessi fuq l-ammonti dovuti lilha mill-Kummissjoni fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda i) iktar ’il fuq, il-liġi tal-UE tipprekludi lil qorti nazzjonali jew lil awtorità nazzjonali milli jeżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali eventwali tagħhom billi jiddeċiedu li ma jagħtux interessi fiċ-ċirkustanzi li fihom huma jagħtu rimbors lil persuna li tinsab f’pożizzjoni bħal dik tar-rikorrenti?<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-Kawża C-234/10 Tereos</P></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Peress li ssostni li kienet ħallset imposti iżjed milli suppost taħt ir-Regolament Nru 1686/2005, il-produttriċi taz-Zokkor Franċiża Tereos applikat fit-<DATE ISO="20070502">2 ta’ Mejju 2007</DATE> mal-aġenzija nazzjonali rilevanti għal ħlas lura parzjali. Meta ma rċeviet ebda risposta, din għamlet kawża quddiem it-Tribunal de grande instance (Qorti Reġjonali), Nanterre, fejn sostniet li r-Regolament Nru 1686/2005 kien invalidu u talbet ħlas lura ta’ EUR 11 600 782. Wara l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat, Tereos talbet lill-qorti nazzjonali sabiex tingħata deċiżjoni preliminari dwar il-validità tiegħu fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-regolament bażiku u biex tkun ordnata ħlas lura lil Tereos tas-somma mitluba bl-interessi.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali tosserva li, fir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma kkalkolatx mill-ġdid l-imposta billi tapplika b’mod strett il-metodu ta’ kalkolu meħud mill-Artikolu 15 tar-regolament bażiku kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Jülich I, imma użat il-metodu li kien diġà applikat għas-sena tas-suq 2001/2002, meta l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li minn evalwazzjoni tar-Regolament Nru 1837/2002 ma rriżultax li kienu jeżistu xi fatturi tali li jaffettwaw il-validità tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din hija r-raġuni li għaliha hija għamlet dawn id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1)(d) tar-[regolament bażiku] għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-kalkolu tat-telf medju, għall-kategoriji kollha ta’ zokkor esportati, is-somma tan-nefqa attwali għandha tiġi diviża bis-somma tal-kwantitajiet esportati, irrispettivament minn jekk effettivament tħallsux jew le rifużjonijiet għal dawn il-kwantitajiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Ir-[regolament ikkontestat] huwa invalidu fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-[regolament bażiku] sa fejn jistabbilixxi imposta fuq il-produzzjoni taz-zokkor li hija kkalkulata abbażi ta’ telf medju, fil-kalkolu li jinvolvi, sa fejn jikkonċerna z-zokkor esportat fil-prodotti pproċessati, multiplikazzjoni tal-ammont tal-unità tar-rifużjoni għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-prodotti u t-total tal-kwantitajiet esportati, inklużi l-kwantitajiet esportati mingħajr ġbir ta’ rifużjoni, u mhux diviżjoni tan-nefqa attwali magħmula bis-somma ta’ kwantitajiet esportati, b’rifużjoni jew mingħajrha?<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>It-tliet rinviji għal deċiżjoni preliminari ngħaqdu mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-għanijiet tal-proċedura orali u s-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Kienu ppreżentati osservazzjonijiet bil-miktub mir-rikorrenti fit-tliet settijiet ta’ proċedimenti, mill-gvern tal-Ġermanja, ta’ Spanja, Franza, il-Litwanja, l-Awstrija u r-Renju Unit, kif ukoll mill-Kummissjoni. Fis-seduta tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, saru sottomissjonijiet orali f’isem ir-rikorrenti, il-gvern Ġermaniż u l-gvern Franċiż, kif ukoll il-Kummissjoni. Dawk kollha li għamlu sottomissjonijiet, apparti l-Kummissjoni u, sa ċertu punt, ir-Renju Unit, iqisu li r-regolament ikkontestat huwa invalidu.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Proċedimenti għall-annullament simultanji quddiem il-Qorti Ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra dan, Jülich, British Sugar u ċerti produtturi oħra taz-zokkor ressqu kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali fejn talbu l-annullament tar-regolament ikkontestat, u r-Repubblika tal-Polonja ressqet kawża fejn talbet l-annullament tal-Artikolu 3 ta’ dak ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Kawża Zuckerfabrik Jülich vs Il-Kummissjoni (T-66/10); British Sugar vs Il-Kummissjoni (T-86/10); Nordzucker vs Il-Kummissjoni (T-100/10); Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-01/10), u Südzucker <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T-102/10).</P></NOTE>. Il-proċeduri f’dawk il-kawżi kollha ġew sospiżi pendenti l-eżitu tal-proċedimenti preżenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni prinċipali fit-tliet kawżi kollha hija jekk il-kalkolu tal-Kummissjoni fir-regolament ikkontestat kienx validu, sa fejn kien jinkludi fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> li għalihom kienu intitolati l-esportaturi, imma li fil-fatt ma ġewx mitluba.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-regolament huwa kkontestat ukoll, b’mod partikolari, għar-rigward tal-validità formali tiegħu, abbażi li r-regolament bażiku, iċċitat bħala l-bażi legali tiegħu, kien tħassar qabel ma kien adottat ir-regolament ikkontestat. Loġikament, jiena tal-opinjoni li, din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata l-ewwel. Jien imbagħad ser nikkunsidra l-validità tal-kalkolu, segwit b’numru ta’ punti oħrajn relatati mal-kompatibbiltà tagħha mas-sentenza Jülich I.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra dan, tqajmu żewġ kwistjonijiet oħra fir-rinviju ta’ British Sugar: id-data ta’ referenza korretta biex ikunu stabbiliti rati tal-kambju għall-ammonti li għandhom jitħallsu lura f’muniti li ma humiex l-euro, u d-disponibbiltà ta’ interessi fuq tali ammonti. Jien ser inħalli dawn għall-aħħar, u nibda bid-disponibbiltà ta’ interessi, kwistjoni li tikkonċerna lill-Istati Membri kollha u li tidher li tiġi qabel dik li toħroġ minn rati tal-kambju li jvarjaw.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Validità formali — bażi legali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-Artikoli 15(8) u 16(5) tar-regolament bażiku jipprovdu għall-adozzjoni ta’ regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawn iż-żewġ artikoli, konformi mal-proċedura li jsir riferiment għaliha fl-Artikolu 42(2) tiegħu, li, min-naħa tiegħu, jagħmel riferiment għad-deċiżjoni dwar il-komitoloġija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 21 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Fil-qosor, dawn taw lill-Kummissjoni bażi legali għall-adozzjoni ta’ regolamenti li jiffissaw l-imposti tal-produzzjoni għal kull sena tas-suq konformi mal-proċedura tal-kumitat tal-amministrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Regolament Nru 318/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq.</P></NOTE> abbroga r-regolament bażiku b’effett mill-<DATE ISO="20060701">1 ta’ Lulju 2006</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Konsegwentemnt, dan tal-aħħar ma kienx iktar fis-seħħ meta r-regolament ikkontestat kien adottat fit-<DATE ISO="20091103">3 ta’ Novembru 2009</DATE>. Madankollu, il-bażi legali ċċitata hija, l-ewwel nett, it-Trattat KE u, it-tieni nett, ir-regolament bażiku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>u b’mod partikolari l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 15(8) u l-Artikolu 16(5) tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fit-<DATE ISO="20091103">3 ta’ Novembru 2009</DATE>, ir-regolament bażiku kien tħassar u mibdul bi strument ġdid li stabbilixxa reġim differenti għas-settur taz-zokkor u ma pprovda l-ebda bażi legali għal att li jiffissa imposti taħt ir-reġim preċedenti. Madankollu, din tirrileva li kien meħtieġ bl-Artikolu 233 KE (li issa huwa l-Artikolu 266 TFUE) li tieħu l-miżuri neċessarji biex tikkonforma mad-deċiżjonijiet f’Jülich I u SAFBA. Dawn id-deċiżjonijiet, il-Kummissjoni ssostni, li għalhekk kellhom l-effett li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>jipprevalu fin-nuqqas apparenti ta’ bażi legali<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>kienu taw ħajja ġdida, bħallikieku, għall-Artikoli 15(8) u 16(5) tar-regolament bażiku, sal-punt neċessarju li jagħmilha possibbli li jkunu rettifikati l-illegalitajiet misjuba mill-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Jiena ma nistax naqbel. Il-ħtieġa taċ-ċertezza legali tirrikjedi li kull att li jkun intiż biex jikkrea effetti legali jislet l-effett vinkolanti tiegħu minn dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju li għandha tiġi indikata b’mod speċifiku bħala bażi legali u li tistabbilixxi l-forma ġuridika li għandu jkollu l-att<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20071001">1 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/07" PAGE.ECR="I-8917" YEAR="2007">C-370/07, Ġabra p. I-8917</REF.DOC.ECR>, punt 39).</P></NOTE>. Id-dispożizzjoni li tifforma l-bażi legali ta’ att u li tagħti s-setgħa lill-istituzzjoni tal-Unjoni biex tadotta l-att inkwistjoni għandha tkun fis-seħħ fiż-żmien meta l-att ikun adottat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20110329">29 ta’ Marzu 2011</DATE>, ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/09 P+C-216/09 P" PAGE.ECR="I-2239" YEAR="2011">C-201/09 P u C-216/09 P, Ġabra p. I-2239</REF.DOC.ECR>, punt 75). Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni kienet valida, iċ-ċirkustanzi kienu differenti minn dawk fil-każijiet preżenti peress li kien hemm regola proċedurali ġdida li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tieħu d-deċiżjonijiet tat-tip ikkonċernat.</P></NOTE>. Dispożizzjoni li tkun tħassret ma tissodisfax dawk il-kriterji. Lanqas tista’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirxoxta miżura mħassra ħlief billi tiġi ddikjarata invalida l-mizura li tkun ħassritha.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan ma jfissirx, madankollu, li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda mezzi biex tieħu — kif kienet meħtieġa li tagħmel bl-Artikolu 233 KE — il-miżuri neċessarji biex tikkonforma mad-deċiżjonijiet f’Jülich I u SAFBA. Tal-inqas kienu miftuħin għaliha żewġ rotot.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Kummissjoni setgħet titlob lill-Kunsill jagħtiha l-kompetenza li tadotta regolament li jiffissa imposti ġodda għas-snin tas-suq inkwistjoni. Jien m’iniex konvint bis-sottomissjoni tal-Kummissjoni li talba bħal din kienet tkun inutli għaliex iż-żewġ istituzzjonijiet ma qablux dwar il-kalkolu korrett. Il-miżura rikjesta kienet tkun tikkonċerna biss il-kompetenza formali tal-Kummissjoni li tiffissa l-imposti mill-ġdid, mhux il-mod li bih dawn l-imposti kienu kkalkolati.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>It-tieni, kif kien irrilevat mir-rikorrenti, l-adozzjoni ta’ regolament kien biss mod wieħed kif tintlaħaq il-konformità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19800305">5 ta’ Marzu 1980</DATE>, Könecke Fleischwarenfabrik vs Il-Kummissjoni, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="76/79" PAGE.ECR="665" YEAR="1980">76/79, Ġabra p. 665</REF.DOC.ECR>, punti 14 u 15).</P></NOTE>. Il-ħlasijiet lura huma kwistjoni, l-ewwel, bejn il-produtturi taz-zokkor u l-aġenziji nazzjonali (bl-aġġudikazzjoni, fejn xieraq, issir mill-qrati nazzjonali)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Ikea Wholesale, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/04" PAGE.ECR="I-7723" YEAR="2007">C-351/04, Ġabra p. I-7723</REF.DOC.ECR>, punti 67 u 68). Ara wkoll l-Artikolu 8(1) tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji, iċċitata f’punt 10 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Evidentement, huwa mixtieq, wara Jülich I, li l-imposti jkunu aġġustati b’mod konsistenti matul l-UE. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni setgħet toħroġ gwida rigward il-kalkoli xierqa. Kull kwistjoni dwar din il-gwida setgħet tkun irrinvijata lil din il-Qorti għal deċiżjoni preliminari, bħalma ġara fil-każi preżenti (għalkemm seta’ jagħti l-każ li ma jkunx possibbli li jitressqu kawżi għall-annullament quddiem il-Qorti Ġenerali).</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn ir-regolament ikkontestat iċċita wkoll it-Trattat KE bħala l-bażi legali tiegħu, qamet il-mistoqsija dwar jekk l-Artikoli 37 jew 233 KE (issa, rispettivament, l-Artikoli 43 u 266 TFUE) setgħu ma tawx il-kompetenza fuq il-Kummissjoni. Jiena ma nistax naqbel.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-ewwel, il-Gwida Prattika Konġuta għall-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni Komunitarja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Gwida Prattika Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għal persuni involuti fl-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Komunità, 2003, aġġornata fl-2009, punti 9.4 u 9.5.</P></NOTE> tindika: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Jekk il-bażi legali diretta ta’ att hija dispożizzjoni tat-Trattat, iċ-ċitazzjoni ġenerali tkun akkumpanjata mill-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>, u b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, segwita bl-artikolu rilevanti […] Jekk, b’kuntrast ma’ dan, il-bażi legali diretta tal-att tinstab li hija fil-leġiżlazzjoni sekondarja […], l-att partikolari kkonċernat ikun iċċitat fit-tieni ċitazzjoni, bl-artikolu rilevanti, preċedut bil-kliem b’mod partikolari<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="2019" ID="QE0073"/>.” Fuq il-premessa li l-Kummissjoni kienet qed issegwi l-linji gwida tagħha dwar l-abbozzar, għalhekk ma kien hemm l-ebda invokazzjoni ta’ xi dispożizzjoni partikolari tat-Trattat bħala bażi legali diretta għar-regolament ikkontestat. Kienu invokati biss l-Artikoli 15(8) u 16(5) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>It-tieni, l-Artikolu 37 KE ma ta l-ebda kompetenza leġiżlattiva lill-Kummissjoni fis-settur agrikolu ħlief li tippreżenta proposti lill-Kunsill. Kull miżura adottata fuq dik il-bażi kellha tkun adottata mill-Kunsill.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tielet, l-Artikolu 233 KE filwaqt li jeħtieġ li jkun hemm konformità mas-sentenza f’Jülich I, dan minnu nnifsu ma pprovdiex lill-Kummissjoni b’bażi legali biex ikun adottat regolament li għalih ma kienet teżisti ebda awtorità oħra la fit-Trattat u lanqas fil-leġiżlazzjoni sekondarja — għall-inqas meta, bħal fil-każ preżenti, kienu disponibbli modi differenti ta’ konformità.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk jiena tal-opinjoni li r-regolament ikkontestat huwa formalment invalidu, u huwa nieqes minn bażi legali li kienet fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jfissirx li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha toqgħod lura milli teżamina l-konformità mar-regolament bażiku tal-kalkolu li fuqu r-regolament ikkontestat kien ibbażat. Anki jekk dan tal-aħħar kien formalment invalidu, l-imposti tal-produzzjoni għandhom xorta jkunu aġġustati biex jieħdu kont ta’ Jülich I, b’iktar gwida jew mingħajrha mill-Kummissjoni, minn aġenziji<?PAGE NO="15"?> nazzjonali li jkunu sarulhom talbiet, u minn qrati nazzjonali li jkollhom tilwim quddiemhom. Dan l-aġġustament għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolament bażiku, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, u ma jkunx sensibbli li dik l-interpretazzjoni tiġi posposta għal meta jkollha tittratta kawża futura Jülich III.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-validità tal-kalkolu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni essenzjalment hija waħda sempliċi: fit-twettiq tal-kalkolu rikjest bl-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tinkludi, fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, ħlasijiet lura li setgħu jkunu mitluba fir-rigward tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni imma li fil-fatt qatt ma kienu mitluba jew imħallsa?</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Sfortunatament, kif intwera fil-każijiet preżenti, il-frażi użata (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>) jista’ jkollha żewġ tifsiriet: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>l-ammont totali ta’ rifużjonijiet li jistgħu jintalbu<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni mħallsa<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-iktar inferenza ovvja minn dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni hija li, meta d-dispożizzjoni kienet tfasslet għall-ewwel darba, il-leġiżlatura ma kinitx irrikonoxxiet li seta’ jkun hemm xi ambigwità. Jiena nsibha diffiċli nimmaġina li l-leġiżlatura, meta kien tfassal u dibattut il-metodu ta’ kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni, setgħet tkun konxja ta’ interpretazzjonijiet alternattivi tal-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>ammont totali ta’ ħlas lura<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, li jwasslu għal żewġ riżultati differenti meta kien sar il-kalkolu, mingħajr ma speċifikat liema wieħed minnhom kellu jkun użat, jew tal-inqas tipprovdi għall-għażla li kellha ssir fl-implementazzjoni tal-leġiżlazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Spjegazzjoni plawżibbli hija li l-leġiżlatura ppreżumiet li l-ħlasijiet lura kollha kienu fil-fatt ser jiġu mitluba u mħallsa. Meta tiġi użata kelma bħal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>rifużjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> mingħajr ebda kwalifika oħra, u sakemm il-kuntest ma jiddettax mod ieħor, l-unika interpretazzjoni naturali hija li din tagħmel riferiment għal ħlasijiet lura attwalment imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-opinjoni li l-punt tat-tluq irid ikun prużunzjoni b’saħħitha, anki jekk mhux neċessarjament irribattibbli, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> tfisser biss il-ħlasijiet lura attwalment imħallsa, bl-esklużjoni ta’ ħlasijiet lura purament potenzjali li qatt ma ntalbu jew tħallsu.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni ressqet diversi raġunijiet favur l-interpretazzjoni tal-frażi li tkun tinkludi l-ħlasijiet lura potenzjali kollha, u dawk is-sottomissjonijiet iridu jiġu analizzati. Fil-qosor: (i) din kienet l-interpretazzjoni li fuqha r-Regolament Nru 1837/2002, li ma nstabx li kien invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Jülich I, kien ibbażat; (ii) hija konsistenti mal-inklużjoni tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li fuqhom ma ntalbu ebda ħlasijiet lura fid-denominatur tal-frazzjoni; (iii) hija konsistenti mar-riferimenti għal kwantitajiet imbassra u l-ammonti fl-Artikolu 15 tar-regolament bażiku; u (iv) din tiżgura li l-produtturi jkopru l-ispejjeż tal-ħlasijiet lura għall-esportazzjoni. Jiena ser nanalizza mbagħad dawn is-sottomissjonijiet.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Konsistenza ma’ interpretazzjoni li ma nstabitx li kienet invalida</P></TI></TITLE><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li hija sempliċement użat l-istess bażi ta’ kalkolu għar-regolament ikkontestat bħal dak tar-Regolament Nru 1837/2002, li ġie analizzat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’Jülich I u li ma nstabx li kien invalidu. Biex tkun żgurata l-konsistenza matul il-ħames snin tas-suq koperti bir-regolament bażiku, din kellha terġa’ lura għal dak il-metodu fir-regolament ikkontestat. Barra dan, mingħajr ma kien hemm xi kontestazzjoni mill-produtturi taz-zokkor, hija kienet użat l-istess bażi ta’ kalkolu fis-snin tas-suq preċedenti taħt regolamenti differenti li jinkludu sostanzjalment kliem identiku għal dak tar-regolament hawnhekk inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Jien ma nistax naċċetta dik il-ġustifikazzjoni, anki jekk il-kalkoli f’dawk is-snin preċedenti kienu ħadu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>it-tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> li jinkludu, rispettivament, ħlasijiet lura li setgħu jkunu, imma li ma ġewx, mitluba u l-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li fuqhom setgħu ntalbu ħlasijiet lura imma ma ntalbux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Din il-preżunzjoni ma ġietx formalment ikkontestata, imma waqt is-smigħ intqal li la l-produtturi taz-zokkor u lanqas l-Istati Membri ma kienu f’pożizzjoni li jivverifikawha.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’Jülich I, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet mitluba tinterpreta r-regolament bażiku fir-rigward taż-żewġ elementi fil-kalkolu ġenerali: l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> użat fil-kalkolu ulterjuri tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>. Din ma ntalbitx tiddeċiedi, u lanqas ma ddeċidiet, dwar l-interpretazzjoni korretta tal-element l-ieħor fl-aħħar kalkolu, jiġifieri, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>. Għalhekk, il-konklużjoni tagħha li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>minn analiżi tar-Regolament Nru 1837/2002 ma jirriżultax li kienu jeżistu xi fatturi tali li jaffettwaw il-validità tagħha<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> ma jista’ jkollha l-ebda rilevanza dwar il-mod li bih il-Kummissjoni interpretat l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> f’dak ir-regolament. Anki jekk, kif tistqarr il-Kummissjoni, l-elementi kollha użati fil-kalkolu kienu ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi rrinvijati u, konsegwentement, l-analiżi tagħhom mill-Qorti tal-Ġustizzja kienu ristretti għal uħud minn dawk l-elementi. Dawn ma kinux jinkludu l-element hawnhekk inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Lanqas tista’ tkun ta’ xi rilevanza jekk, taħt ir-regolamenti preċedenti li jirregolaw is-settur u li jinkludu sostanzjalment regoli simili, il-Kummissjoni kienet b’mod konsistenti użat l-istess interpretazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, meta kkalkolat it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/>. Anki jekk din il-bażi fil-fatt kienet użata u ma saritx oġġezzjoni għaliha, il-legalità tagħha trid tiddependi mhux fuq użu ripetut u kunsens taċitu imma fuq interpretazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni rilevanti li tippermetti dan.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Jien naċċetta li, meta kienu rettifikati l-kalkoli li nstabu li kienu korretti mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni setgħet tikkunsidra li wieħed jerġa’ lura għal metodu onorat biż-żmien li ma kienx instab li kien skorrett. Madankollu, il-fatt li l-interpretazzjoni tagħha ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> fir-Regolament Nru 1837/2002 qabel ma kienx hemm oġġezzjoni għaliha u, konsegwentement, ma ġietx iċċensurata mill-Qorti tal-Ġustizzja, ma jfissirx li l-interpretazzjoni alternattiva, użata fir-regolamenti ddikjarati invalidi, ma kinitix korretta. Din, ukoll, la kienet ikkontestata u lanqas iċċensurata mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Jien naċċetta wkoll li, indipendentement minn affarijiet oħra, dispożizzjonijiet li huma sostanzjalment l-istess għandhom ikunu interpretati b’mod konsistenti. Madankollu, ir-regolament bażiku stabbilixxa reġim għas-settur taz-zokkor li kien sostanzjalment differenti kemm mill-predeċessur u mis-suċċessur tiegħu. Fin-nuqqas ta’ kontinwità tal-kuntest, ma kien hemm l-ebda ħtieġa deċiżiva ta’ kontinwità fl-interpretazzjoni f’kull rigward. Barra dan, fir-rigward tal-ħames snin tas-suq koperti bir-regolament bażiku, il-Kummissjoni setgħet — jekk wieħed jassumi li kienet disponibbli bażi legali xierqa — tirretifika b’mod konsistenti l-ħames regolamenti kollha li jiffissaw l-imposti tal-produzzjoni, jekk dan kien meħtieġ bis-sentenza Jülich I. Madankollu, ma jidhirx li din ikkunsidrat dik il-possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jien nikkonkludi li l-fatt li l-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> qabel kienet interpretata (u anki b’mod sistematiku) mill-Kummissjoni bħala li tinkludi ħlasijiet lura li setgħu jkunu, imma li ma ġewx, mitluba ma jaffettwax il-mod li bih dik il-frażi kellha tkun interpretata fil-kuntest tal-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Konsistenza bejn in-numeratur u d-denominatur</P></TI></TITLE><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tissottometti li huwa loġikament konsistenti, meta jiġi ddeterminat it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> (l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> diviż bit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>), li kemm in-numeratur tal-frazzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>) u d-denominatur (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>it-tunnellaġġ totali tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>) jitqies li kull wieħed minnhom jinkludi jew il-każijiet kollha fejn setgħu jingħataw ħlasijiet lura, kemm jekk fil-fatt tħallsu u anki jekk le, jew dawk il-każijiet biss fejn fil-fatt kienu saru ħlasijiet lura. Ma jkunx konsistenti jekk in-numeratur ikun jinkludi biss dawk il-każijiet fejn fil-fatt ikunu saru ħlasijiet lura filwaqt li d-denominatur ikun jinkludi l-każijiet kollha fejn setgħu jkunu mogħtija ħlasijiet lura, kemm jekk ikunu tħallsu u anki jekk le. Peress li skont Jülich I, id-denominatur irid jinkludi l-każijiet kollha fejn setgħu jkunu mogħtija ħlasijiet lura, l-istess għandu japplika għan-numeratur.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, dan l-argument li superfiċjalment jidher attraenti, ma huwiex konvinċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Jekk it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> kellu jkun determinat fir-rigward biss tat-tunnellaġġ tal-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li fir-rigward tagħhom ġew attwalment saru ħlasijiet lura, imbagħad kemm in-numeratur u d-denominatur ikollhom ikunu limitati għal każijiet fejn saru ħlasijiet lura. Dan kien l-approċċ li ttieħed fir-regolamenti li nstab li kienu invalidi, imma l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-denominatur għandu jinkludi l-kwantitajiet kollha ta’ prodotti esportati, indipendentement minn jekk kinux saru ħlasijiet lura jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Tenut kont ta’ dan, u sakemm il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0100" REF.END="QE0100"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> trid tingħata tifsira lil hinn mill-użu normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ma ġiex issuġġerit li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0101" REF.END="QE0101"/>medja<QUOT.END REF.START="QS0101" CODE="201D" ID="QE0101"/> hawnhekk tfisser xi ħaġa differenti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0102" REF.END="QE0102"/>medja aritmetika<QUOT.END REF.START="QS0102" CODE="201D" ID="QE0102"/>.</P></NOTE>, it-total tat-telf attwali (jiġifieri tal-ħlasijiet lura attwali) irid ikun diviż bin-numru totali ta’ tunnellati attwalment esportati. Iktar impenjattiv minn dan, l-ammont ta’ ħlas lura mħallas fuq kull tunnellata esportata jista’ jkun ikkalkolat xi kultant li jkun żero) u l-medja li tiġi stabbilita billi jkunu magħduda dawk l-ammonti kollha flimkien u mbagħad ikunu diviżi bin-numru ta’ tunnellati (inklużi dawk li fuqhom ingħataw ammonti żero bħala ħlasijiet lura). Li dawk l-ammonti żero jinbidlu b’ammonti teoretiċi jidhirli li jkun l-oppost tal-konsistenza loġika.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Kif ġie argumentat minn wieħed mill-avukati ta’ Tereos waqt is-smigħ, jekk negozjant joffri erba’ kilos ta’ zokkor għal prezz ta’ tlieta, il-prezz medju għal kull kilo mħallas mill-klijent huwa t-total diviż b’erbgħa, u mhux bi tlieta. Li kellu t-total ikun diviż bi tlieta, dan ikollu l-effett li jiġi injorat ir-raba’ kilo li jkun ġie <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0103" REF.END="QE0103"/>b’xejn<QUOT.END REF.START="QS0103" CODE="201D" ID="QE0103"/> fid-denominatur tal-frazzjoni. It-traspożizzjoni ta’ dik l-analiżi għall-kalkolu fl-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku twassal biex jiġu injorati kwantitajiet esportati li fuqhom ebda ħlasijiet lura ma jkunu saru — li jmur kontra is-sentenza Jülich I.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma ħaditx eżattament dan l-approċċ fir-regolament ikkontestat, imma waslet għall-istess riżultat billi għaddet man-numeratur. Jekk (fl-eżempju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0104" REF.END="QE0104"/>erbgħa għall-prezz ta’ tlieta<QUOT.END REF.START="QS0104" CODE="201D" ID="QE0104"/>), il-prezz normali ta’ kilo jingħadd man-numeratur, ir-riżultat ikun l-istess daqs li kieku r-raba’ kilo tħalla barra mid-denominatur. L-approċċ tal-Kummissjoni b’mod ġenerali ġie nnewtralizzat bit-tibdil fid-denominatur li kien rikjest mis-sentenza Jülich I — li evidentement jispjega għalfejn l-imposti l-ġodda ffissati f’dak ir-regolament ftit li xejn huma differenti minn dawk iffissati fir-regolamenti preċedenti ddikjarati invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Ma nara l-ebda mod li bih dak it-tibdil fin-numeratur kien iddettat minn xi konsiderazzjoni ta’ konsistenza interna fid-definizzjoni tal-elementi tad-diviżjoni li kellha titwettaq.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="18"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Konsistenza mat-telf globali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0105" REF.END="QE0105"/>prevedibbli<QUOT.END REF.START="QS0105" CODE="201D" ID="QE0105"/></P></TI></TITLE><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li l-Artikolu 15 tar-regolament bażiku ripetutament jagħmel riferiment għal kwantitajiet u ammonti mbassra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Għalkemm il-verżjoni bl-Ingliż u xi verżjonijiet lingwistiċi oħrajn jużaw varjetà ta’ termini (bl-Ingliż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0106" REF.END="QE0106"/>forecast<QUOT.END REF.START="QS0106" CODE="201D" ID="QE0106"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0107" REF.END="QE0107"/>estimate<QUOT.END REF.START="QS0107" CODE="201D" ID="QE0107"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0108" REF.END="QE0108"/>foreseeable<QUOT.END REF.START="QS0108" CODE="201D" ID="QE0108"/>) oħrajn jużaw l-istess terminu l-ħin kollu (pereżempju, fil-Franċiż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0109" REF.END="QE0109"/>prévisible<QUOT.END REF.START="QS0109" CODE="201D" ID="QE0109"/> u, fil-Ġermaniż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0110" REF.END="QE0110"/>voraussichtlich<QUOT.END REF.START="QS0110" CODE="201D" ID="QE0110"/>), u l-ebda distinzjoni ma tidher li kienet maħsuba.</P></NOTE>, u għall-obbligazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0111" REF.END="QE0111"/>li għandhom jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0111" CODE="201D" ID="QE0111"/>. B’mod partikolari, il-kalkolu fl-Artikolu 15(3), li juża ċifri li kienu l-ewwel stmati għal kull sena tas-suq, imbagħad aġġustati fid-dawl tat-totali kumulattivi għall-ħames snin tas-suq ikkonċernati, jagħmel riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0112" REF.END="QE0112"/>telf globali prevedibbli<QUOT.END REF.START="QS0112" CODE="201D" ID="QE0112"/> anki wara dak l-aġġustament. Barra dan, f’Jülich I, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0113" REF.END="QE0113"/>il-metodu ta’ kalkolu tal-estimi tat-telf globali huwa intiż, f’kull każ, sabiex jistabbilixxi b’mod iffokat u konvenzjonali t-telf dovut għar-rimi tal-eċċess tal-produzzjoni Komunitarja<QUOT.END REF.START="QS0113" CODE="201D" ID="QE0113"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Punt 43 tas-sentenza.</P></NOTE>. Il-Kummissjoni tiddeduċi li l-ammonti u l-kwantitajiet li għandhom jitqiesu fil-kalkoli ma humiex maħsuba li jkunu ċifri attwali kif stabbiliti b’mod definittiv wara li tiġi riċevuta d-data kollha, imma pjuttost li jkunu jirriflettu l-bżonn li jkunu antiċipati l-ispiża u d-dħul fil-baġit rilevanti. Għalhekk, din issostni, li l-kalkoli kienu maħsuba biex jagħtu qies tal-ħlasijiet lura potenzjalment pagabbli kollha, u mhux dawk li jkunu attwalment imħallsa, indipendentement minn jekk sussegwentement jiġux stabbiliti ċifri definittivi.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Huwa veru li r-regolament bażiku juża terminoloġija ta’ tbassir. Dan jidher li kien inevitabbli jekk — kif jistipula r-regolament — iċ-ċifri għandhom ikunu rreġistrati [taħt l-Artikolu 15(1)] b’mod individwali qabel it-tmiem ta’ kull sena tas-suq jew [taħt l-Artikolu 15(2)] b’mod kumulattiv qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Madankollu, dan ma jfissirx li ma għandhomx ikunu użati ċifri definittivi ladarba dawn ikunu disponibbli; tabilħaqq, l-Artikolu 15(2)(a) — li jaffettwa l-kalkoli kollha fl-Artikolu 15(2), anki jekk dawn għandhom jitwettqu qabel t-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin — jagħmel riferiment għaċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0114" REF.END="QE0114"/>ċifra definittiva<QUOT.END REF.START="QS0114" CODE="201D" ID="QE0114"/> u l-premessa 14 fil-preambolu ssemmi t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0115" REF.END="QE0115"/>telf totali rreġistrat<QUOT.END REF.START="QS0115" CODE="201D" ID="QE0115"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Nosserva wkoll illi r-regolament ikkontestat kien adottat f’Novembru 2009, iktar minn tliet snin wara tmiem l-aħħar sena tas-suq ikkonċernata, u ma ġiex issuġġerit li sa dakinhar ma kinux disponibbli ċifri definittivi tal-ħlasijiet lura għall-esportazzjoni attwalment imħallsa. (Tabilħaqq, ir-regolamenti kkoreġuti bir-regolament ikkontestat kienu kollha adottati iktar minn tliet xhur wara tmiem is-sena tas-suq rilevanti.) Barra dan, il-premessa 7 fil-preambolu fir-regolament ta’ implementazzjoni, adottat mill-Kummissjoni nnifisha, jindika li l-approċċ maħsub kien li jinkiseb ħlas bil-quddiem tal-imposti tal-produzzjoni abbażi ta’ stimi, pjuttost milli biex ikunu ffissati l-imposti b’mod definittiv ġaladarba tkun disponibbli informazzjoni preċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Li kieku kien maħsub li l-kalkolu jkun limitat għal ħlasijiet lura tal-esportazzjoni prevedibbli, indipendentement minn jekk dawn kinux tħallsu jew le u anki la darba jkunu disponibbli ċifri definittivi, jien kont nistenna dikjarazzjoni ċara f’dan is-sens fil-leġiżlazzjoni. Il-kliem kif inhu, moqri fil-kuntest tiegħu, mhux indikattiv ta’ xi ħsieb bħal dan.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-opinjoni li l-argument tal-Kummissjoni, ma jirribattix il-preżunzjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0116" REF.END="QE0116"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0116" CODE="201D" ID="QE0116"/> tfisser biss ħlasijiet lura attwalment imħallsa, bl-esklużjoni ta’ ħlasijiet lura purament potenzjali li qatt ma ntalbu jew tħallsu.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Riżultat iktar preċiż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni inkludiet tabella li kienet turi, għal kull waħda mill-ħames snin tas-suq irregolati bir-regolament bażiku: (i) l-ammont ta’ ħlasijiet lura mogħtija lill-produtturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>It-titolu preċiż ta’ din il-kolonna jvarja bejn il-verżjonijiet li kienu ppreżentati f’każijiet differenti. F’verżjoni minnhom, huwa speċifikat li l-ħlasijiet lura huma ħlasijiet lura tal-esportazzjoni, u f’verżjoni oħra li dawn huma ħlasijiet lura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0117" REF.END="QE0117"/>imħallsa<QUOT.END REF.START="QS0117" CODE="201D" ID="QE0117"/> lill-produtturi. Iċ-ċifri, madankollu, huma identiċi.</P></NOTE>, (ii) l-imposti kif ikkalkolati fir-regolament ikkontestat u (iii) l-imposti kkalkolati mill-ġdid konformi mal-metodu favorit tar-rikorrent fil-proċedimenti prinċipali. Dawk iċ-ċifri għandhom l-intenzjoni li juru li, fuq il-perijodu ta’ ħames snin, l-imposti ffissati bir-regolament ikkontestat waqgħu b’xi EUR 60 miljun taħt il-ħlasijiet lura mogħtija, filwaqt li l-imposti ffissati skont il-metodu tar-rikorrenti jaqgħu EUR 346 minn taħt. Għalhekk il-Kummissjoni ssostni li l-ispiża tal-ħlasijiet lura diġà ma hijiex koperta bl-imposti skont ir-regolament ikkontestat, u l-metodu tar-rikorrenti jkun jibbenefika anki iktar lill-produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Iċ-ċifri tal-Kummissjoni tal-ammonti ta’ ħlasijiet lura mogħtija kienu kkontestati bil-kbir. B’mod partikolari, ġie sostnut li dawn kienu jinkludu ħlasijiet lura tal-esportazzjoni li attwalment ma tħallsux<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Jien nosserva li, jekk (imma biss jekk) tali ħlasijiet lura jkunu inklużi fit-total ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0118" REF.END="QE0118"/>rifużjoniet mogħtija<QUOT.END REF.START="QS0118" CODE="201D" ID="QE0118"/>, konsegwenza ta’ dan ikunu meħtieġa imposti tal-produzzjoni iktar għoljin biex ikopruhom; u mod wieħed ta’ kif jinkisbu imposti tal-produzzjoni iktar għoljin huwa li jiġu inklużi l-istess ħlasijiet lura li attwalment ma tħallsux fin-numeratur tal-frazzjoni kkonċernata.</P></NOTE> u/jew ħlasijiet lura tal-produzzjoni. Waqt is-seduta, ir-rikorrenti ppreżentaw ċifri alternattivi, li kellhom l-intenzjoni li juru li, fuq il-perijodu ta’ ħames snin, l-imposti ffissati bir-regolament ikkontestat kienu iktar mill-ħlasijiet lura mogħtija bejn EUR 325 u EUR 338 miljun, filwaqt li l-imposti ffissati skont il-metodu tar-rikorrenti kienu iktar mill-ħlasijiet lura bejn EUR 39 miljun u EUR 53 miljun. (Barra dan, l-ebda wieħed mit-totali għall-ħlasijiet lura mogħtija ma jista’ jkun relatat faċilment maċ-ċifri mogħtija fid-dokumenti mogħtija mill-kumitat tal-amministrazzjoni mfassla mill-Kummissjoni u mill-presidenza — u li dawn id-dokumenti tal-aħħar jidhru li ma jaqblux bejniethom rigward l-ammonti inkwistjoni.)</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0119" REF.END="QE0119"/><HT TYPE="ITALIC">Judex non calculat</HT><QUOT.END REF.START="QS0119" CODE="201D" ID="QE0119"/>, kif sostna l-aġent tal-gvern Ġermaniż waqt is-seduta. Iffaċċjata minn varjetà ta’ ċifri bħal din, il-Qorti tal-Ġustizzja tabilħaqq għandha toqgħod attenta li tirreżisti kull tentazzjoni li tfittex soluzzjoni aritmetika.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Madankollu, joħroġ ċar punt wieħed miċ-ċifri ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja. L-ebda wieħed mill-kalkoli proposti ma jasal għal parità bejn il-ħlasijiet lura tal-esportazzjoni u l-imposti tal-produzzjoni. Kull ammont jista’ jkun ogħla mill-ieħor u, hu liema hu l-metodu użat, id-devjazzjoni tvarja minn sena għal oħra (pereżempju, taħt iż-żewġ metodi, l-imposti tal-produzzjoni huma iktar baxxi mill-ħlasijiet lura għall-esportazzjoni għas-sena tas-suq 2002/2003, u huma ogħla għall-2003/2004).</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Evidentement, ikun mixtieq li wieħed ikun jista’ jinterpreta r-regolament bażiku b’tali mod li d-devjazzjoni tinżamm kemm jista’ jkun baxxa. Madankollu, il-grad ta’ varjabbiltà fiċ-ċifri ppreżentati jissuġġerixxi bil-qawwa li ebda eżitu bħal dan ma jista’ jkun iggarantit, kemm jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0120" REF.END="QE0120"/>l-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0120" CODE="201D" ID="QE0120"/> jinkludi ħlasijiet lura potenzjali li attwalment ma jkunux tħallsu u anki jekk jeskludiehom. Dan jista’ jkun hekk għax ir-riżultat globali huwa influwenzat minn fatturi oħra li ma humiex relatati mal-kalkolu fl-Artikolu 15(1) tar-regolament bażiku. Madankollu, hi x’inhi l-ispjegazzjoni, din ma tiġġustifikax li jkunu mgħawwġa l-parametri tal-kalkolu biex jinkiseb riżultat partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>Jien nosserva wkoll, mill-Artikoli 2(3) u 6 tad-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punti 7 u 8 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, li 75 % biss tal-ammont ta’ imposti tal-produzzjoni miġbura jidħlu fil-baġit tal-UE u dan l-ammont imħallas ma jiġi allokat għall-ebda użu partikolari. Għalhekk, il-ġustifikazzjoni biex tintlaħaq parità preċiża bejn l-imposti u l-ħlasijiet lura tonqos kunsiderevolment.</TXT></NP><?PAGE NO="20"?><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Għalhekk, jien nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tikkunsidra l-mod li bih ir-regolament bażiku huwa mfassal biex jiżgura li l-imposti tal-produzzjoni jkopru l-ispiża tal-ħlasijiet lura għall-esportazzjoni, pjuttost milli l-mod li bih kalkoli speċifiċi jistgħu jiddevjaw minn dak li jista’ jitqies li huwa r-riżultat ideali.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Huwa l-għan tar-regolament bażiku li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0121" REF.END="QE0121"/>il-produtturi għandhom iġorru r-responsabbiltà kollha finanzjarja għat-telf magħmul f’kull sena tas-suq mir-rimi ta’ dik il-parti mill-produzzjoni tal-Komunità li hija taħt il-kwota li hija żejda għall-konsum intern tal-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0121" CODE="201D" ID="QE0121"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Premessa 11 tar-regolament bażiku.</P></NOTE>. Madankollu, dan ir-riżultat għandu jintlaħaq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0122" REF.END="QE0122"/>b’mod ġust iżda effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0122" CODE="201D" ID="QE0122"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Premessa 9 tar-regolament bażiku.</P></NOTE> u mhux sempliċement bir-rigorożità matematika ta’ diviżjoni sempliċi tat-telf bl-eċċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara wkoll Jülich I, iċċitata iktar ’il fuq, punti 42 u 43.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Jista’ jkun utli li wieħed jara l-passi fil-kalkolu f’ordni differenti minn dak fl-Artikolu 15(1) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>It-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0123" REF.END="QE0123"/>telf globali<QUOT.END REF.START="QS0123" CODE="201D" ID="QE0123"/> li għandu jkun kopert bl-imposti tal-produzzjoni ma huwiex it-telf totali li ġġarrab l-UE fir-rigward tal-ħlasijiet lura kollha mħallsa b’konnessjoni mal-esportazzjoni matul is-sena tas-suq. Huwa l-proporzjon ta’ dak it-telf attribwibbli għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0124" REF.END="QE0124"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0124" CODE="201D" ID="QE0124"/>. L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0125" REF.END="QE0125"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0125" CODE="201D" ID="QE0125"/> huwa dik il-parti tal-produzzjoni tal-UE fi ħdan il-kwoti A u B li huwa eċċess għall-konsum intern. Indipendentement minn jekk kwantitajiet speċifiċi ta’ zokkor ikunux attwalment esportati, l-eżistenza ta’ tali eċċess toħloq il-bżonn ta’ esportazzjoni u, għalhekk, tagħti lok għall-ħlasijiet lura tal-esportazzjoni. Madankollu, anki jekk il-produzzjoni ma kinitx teċċedi l-konsum, xi esportazzjonijiet xorta jkunu jikkwalifikaw għal-ħlasijiet lura. Għalhekk huwa loġiku — u konformi kompletament mal-prinċipju tal-awto-finanzjament li jifred ir-regolament bażiku — li tiġi attribwita lill-eċċess esportabbli dik il-parti tal-ispiża tal-ħlasijiet lura tal-esportazzjoni li ma kinitx tkun imġarrba ħlief minħabba l-eżistenza ta’ dak l-eċċess, u biex l-imposti tal-produzzjoni jkunu limitati għal livelli li jkopru biss dik il-parti tal-ispiża totali.</TXT></NP><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Il-proporzjon tal-ispiża totali li għandha tkun attribwita għall-eċċess esportabbli tiġi kkalkolata <HT TYPE="ITALIC">pro rata.</HT> Għat-tunnellaġġ totali ta’ obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni f’sena tas-suq partikolari, hemm ammont totali ta’ ħlas lura li jikkorrispondi. Dak l-ammont totali (in-numeratur), diviż b’dak it-tunnellaġġ totali (id-denominatur), jagħti ħlas lura medju fir-rigward ta’ kull tunnellata, li mbagħad tkun mmultiplikata bit-tunnellaġġ tal-eċċess esportabbli biex jinkiseb l-ammont attribwibbli għal dak l-eċċess — it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0126" REF.END="QE0126"/>telf ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0126" CODE="201D" ID="QE0126"/> li ser jistabbilixxi l-ammont ta’ imposti tal-produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Fil-punti 89 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq spjegajt għalfejn fl-opinjoni tiegħi huwa loġiku li jekk il-kwantitajiet esportati għandhom ikunu inklużi kollha fid-denominatur tal-frazzjoni, għandhom ikunu inklużi fin-numeratur il-ħlasijiet lura attwalment imħallsa biss sabiex jiġi stabbilit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0127" REF.END="QE0127"/>it-telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0127" CODE="201D" ID="QE0127"/>. Imma din il-pożizzjoni hija konsistenti man-natura u l-oriġini tal-kalkolu tat-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0128" REF.END="QE0128"/>telf globali<QUOT.END REF.START="QS0128" CODE="201D" ID="QE0128"/> li minnu l-imposti tal-produzzjoni jkunu stabbiliti? Jien nemmen li dan huwa l-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>L-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0129" REF.END="QE0129"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0129" CODE="201D" ID="QE0129"/> ma jagħtix kont tal-kwantitajiet kollha esportati bi dritt għal ħlas lura (jekk fhimt sew il-Kummissjoni waqt is-smigħ, dan huwa ekwivalenti għal madwar nofs dawk il-kwantitajiet). Il-konsum intern jiġi sodisfatt parzjalment bl-importazzjonijiet jew bil-ħażniet miġjuba ’l quddiem mis-sena tas-suq preċedenti. Għalhekk, mill-produzzjoni fi ħdan il-kwoti A u B matul sena tas-suq partikolari, xi kwantitajiet ser ikunu kkonsmati fl-UE, oħrajn ser ikunu esportati u oħrajn ser jitpoġġew fil-ħażna sabiex jinġiebu ’l quddiem għas-sena tas-suq li jmiss. Madankollu, il-proporzjonijiet ma humiex ser jikkorrispondu mad-diviżjoni bejn il-konsum intern u l-eċċess esportabbli fl-Artikolu 15(1) tar-regolament bażiku.</TXT></NP><?PAGE NO="21"?><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>L-iskop li jkun identifikat l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0130" REF.END="QE0130"/>eċċess esportabbli<QUOT.END REF.START="QS0130" CODE="201D" ID="QE0130"/> bħala wieħed mill-passi biex ikun stabbilit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0131" REF.END="QE0131"/>it-telf globali<QUOT.END REF.START="QS0131" CODE="201D" ID="QE0131"/> għalhekk ma huwiex li jkun possibbli li ssir stima tal-ammont ta’ ħlas lura attwalment imħallas għal kull tunnellata. Huwa pjuttost li jiġi ddeterminat sa liema punt l-ammont totali ta’ ħlas lura jiżdied bl-eżistenza tal-eċċess esportabbli. Il-kwantitajiet attwalment esportati huma magħmula minn dawk esportati fl-istat naturali u dawk esportati fi prodotti pproċessati, u dawn tal-aħħar jinkludu kwantitajiet li fir-rigward tagħhom isiru ħlasijiet lura u dawk li fir-rigward tagħhom ma jsiru l-ebda ħlasijiet lura. Jidher li huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-proporzjonijiet rilevanti japplikaw għall-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni mwettqa, kemm jekk attribwibbli għall-eċċess esportabbli u anki jekk le. Dawk il-proporzjonijiet għandhom għalhekk ikunu riflessi fit-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0132" REF.END="QE0132"/>telf medju kull tunnellata<QUOT.END REF.START="QS0132" CODE="201D" ID="QE0132"/> attribwit għall-eċċess. Dan ir-riżultat jintlaħaq billi jkunu esklużi l-ħlasijiet lura li attwalment ma jitħallsux mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0133" REF.END="QE0133"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0133" CODE="201D" ID="QE0133"/> fl-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku, imma li ma jkunux inklużi f’dak l-ammont.</TXT></NP><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-ġdid ma nara l-ebda raġuni għalfejn wieħed ma għandux jibqa’ jżomm mal-preżunzjoni li toriġina mill-kliem tad-dispożizzjoni fil-punti 74 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq. Jien għalhekk nikkunsidra li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0134" REF.END="QE0134"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0134" CODE="201D" ID="QE0134"/> fl-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku tkopri biss il-ħlasijiet lura attwalment imħallsa, u li r-regolament ikkontestat huwa invalidu sa fejn il-kalkolu tal-imposti ffissati għas-snin tas-suq ikkonċernati jinkludi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0135" REF.END="QE0135"/>fl-ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0135" CODE="201D" ID="QE0135"/> fi ħdan it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni, ħlasijiet lura li setgħu jkunu mitluba fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni imma li fil-fatt qatt ma ntalbu jew tħallsu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Raġunijiet oħra għall-invalidità li ġew imressqa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq jidhru li huma suffiċjenti biex jitwieġbu d-domandi rrinvijati lill-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-validità formali u sostantiva tar-regolament ikkontestat u l-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 15(1)(d) tar-regolament bażiku. Madankollu, tressqu għad ta’ oġġezzjonijiet oħra dwar il-validità tar-regolament ikkontestat matul il-proċedimenti. Jien ser nindirizza dawn fil-qosor.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Dawk l-oġġezzjonijiet kollha joriġinaw, essenzjalment, mill-fatt li, fir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma llimitatx ruħha biex timplementa strettament l-interpretazzjoni tar-regolament bażiku mogħtija fid-deċiżjoni f’Jülich I. Jien għamiltha ċara li naqbel mar-rikorrenti fil-proċedimenti prinċipali — u mal-gvernijiet kollha (ħlief wieħed) li ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom — li l-bidla fil-kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0136" REF.END="QE0136"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0136" CODE="201D" ID="QE0136"/> fir-regolament ikkontestat mhux biss ma kinitx rikjesta b’dik is-sentenza imma kienet inkompatibbli magħha sa fejn din innewtralizzat l-effett tad-deċiżjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0137" REF.END="QE0137"/>l-obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni li kellhom jitwettqu<QUOT.END REF.START="QS0137" CODE="201D" ID="QE0137"/> kienu jinkludu l-kwantitajiet kollha esportati, indipendentement minn jekk kinux saru ħlasijiet lura jew le. Abbażi ta’ din l-inkompatibbiltà, kien sostnut li r-regolament ikkontestat kien jikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali, tan-non-retroattività u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi; u l-Kummissjoni wettqet abbuż tal-poteri.</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tliet prinċipji li allegatament kienu miksura, skont ġurisprudenza stabbilita, bħala regola ġenerali, il-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi li l-punt ta’ tluq tal-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ att tal-Unjoni jkun iffissat għal data qabel dik tal-pubblikazzjoni tiegħu, ħlief meta, bħala eċċezzjoni, l-għan mixtieq jeżiġi dan u l-aspettattivi leġittimi tal-persuni kkonċernati jkunu debitament osservati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tad-<DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>, Mitsui &amp; Co. Deutschland, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/07" PAGE.ECR="I-1951" YEAR="2009">C-256/07, Ġabra p. I-1951</REF.DOC.ECR>, punt 32).</P></NOTE>. Għalhekk, suġġett għal dawk il-kundizzjonijiet, irid ikun aċċettat li, meta regolament tal-Kummissjoni jkun ġie ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja abbażi ta’ difetti speċifiċi, il-Kummissjoni tista’ tippromulga leġiżlazzjoni ġdida li jkollha effett retroattiv biex tirrimedja dawk id-difetti fejn is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-invalidità hija inkompatibbli mad-dritt tal-UE u fejn dik l-inkompatibbiltà ma tkunx tista’ tissewwa mingħajr dik il-leġiżlazzjoni ġdida.</TXT></NP><?PAGE NO="22"?><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, kif diġà rrilevajt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara l-punt 66 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, il-leġiżlazzjoni ġdida kienet biss wieħed mill-mezzi kif tkun ittrattata s-sitwazzjoni. Għalhekk, ma huwiex ċert li l-għan li jrid jintlaħaq fil-fatt kien jitlob li jkun adottat regolament ġdid. Hu x’inhu l-każ, madankollu, id-deċiżjoni f’Jülich I ma kinitx teħtieġ bidla fil-metodu ta’ kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0138" REF.END="QE0138"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0138" CODE="201D" ID="QE0138"/>, kemm b’mod espliċitu kif ukoll b’mod impliċitu. Sal-punt li dak l-aspett tal-kalkolu ma kienx is-suġġett ta’ xi evalwazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, dawk kollha kkonċernati seta’ kellhom l-aspettattiva leġittima li dan ma kienx ser ikun mibdul b’mod retroattiv. Għalhekk, jiena naqbel li r-regolament ikkontestat kiser il-prinċipji taċ-ċertezza legali, tan-non-retroattività u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-obbligu tal-Kummissjoni li tistqarr r-raġunijiet għalfejn bidlet il-metodu ta’ kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0139" REF.END="QE0139"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0139" CODE="201D" ID="QE0139"/>, għandu jkun rikonoxxut li l-preambolu għar-regolament ikkontestat jinkludi spjegazzjoni — anki jekk, fl-opinjoni tiegħi, ma hijiex waħda valida — għalfejn wieħed għandu jmur lura għall-metodu ta’ kalkolu użat fir-Regolament 1837/2002. Huwa ċar ukoll li l-kalkoli ddettaljati tal-Kummissjoni u ċ-ċifri li fuqhom huma bbażati kienu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri fil-kumitat tal-amministrazzjoni. Barra dan, il-produtturi taz-zokkor ma jidhirx li kellhom xi diffikultà biex jiksbu dawk iċ-ċifri f’ħin suffiċjenti sabiex iressqu kawżi ta’ ksur quddiem il-Qorti Ġenerali, u d-dokumenti rilevanti li tressqu quddiem din il-Qorti tal-Ġustizzja bħala annessi għal numru ta’ settijiet ta’ osservazzjonijiet. F’dawk iċ-ċirkustanzi, jien inkun riluttanti li nsib li r-regolament ikkontestat huwa invalidu abbażi biss li ma kienx jinkludi dikjarazzjoni sħiħa tar-raġunijiet li fuqhom kien ibbażat.</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Fl-aħħarnett, l-allegazzjoni ta’ abbuż ta’ poteri tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’żewġ modi. B’mod iktar ġenerali, ġie argumentat li l-poter tal-Kummissjoni li tadotta regolament ġdid ma kienx jestendi għal li tagħmel tibdil fil-metodu ta’ kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0140" REF.END="QE0140"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0140" CODE="201D" ID="QE0140"/>. Filwaqt li jien naqbel ma’ dik il-proposta, ma nqisx li huwa neċessarju li wieħed iqisha bħala raġuni separata għall-invalidità. B’mod iktar speċifiku, ġie argumentat li l-approċċ tal-Kummissjoni kien immotivat mhux minn xi tħassib biex tkun żgurata konformità mal-Artikolu 15 tar-regolament bażiku imma mill-għarfien li ma kienx hemm biżżejjed riżorsi fil-baġit tar-riżorsi proprji biex isiru l-ħlasijiet lura li jkunu meħtieġa jekk ma jsir l-ebda tibdil fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0141" REF.END="QE0141"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0141" CODE="201D" ID="QE0141"/>, u b’hekk ikunu meħtieġa kontribuzzjonijiet ulterjuri mill-Istati Membri. Dan, jekk jiġi stabbilit, fl-opinjoni tiegħi jkun jammonta għal abbuż ċar ta’ poteri. Madankollu, fil-kuntest tar-rinviji preżenti għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex il-provi quddiemha biex tasal għal fehma konklussiva dwar jekk dan kienx, jew ma kienx, il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Jien issa ser ngħaddi għaż-żewġ domandi mressqa biss fi British Sugar, li minnhom it-tnejn, waħda hija madankollu rilevanti fil-proċedimenti simili kollha kemm huma u l-oħra tista’ tkun rilevanti f’xi Stati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Interessi fuq ħlasijiet lura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>Huwa evidenti li xi ammonti ta’ imposti tal-produzzjoni tħallsu żejda abbażi ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li kienet invalida. Meta jkunu debitament mitluba, dawn iridu jitħallsu lura, xi snin wara li jkunu nġabru, lill-produtturi mill-aġenziji nazzjonali u, min-naħa tal-aġenziji nazzjonali mill-UE. Fi kwalunkwe proċedimenti fejn jintalab tali ħlas lura, huwa importanti li wieħed ikun jaf jekk għandhomx jitħallsu interessi fuq dawk l-ammonti.</TXT></NP><?PAGE NO="23"?><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>Fil-proċedimenti prinċipali fi British Sugar, taħt il-liġi Ingliża bħala prinċipju tista’ ssir talba għall-interessi imma l-aġenzija nazzjonali ssostni li ma jitħallsux interessi, għax hija nnifisha ma tistax titlob il-ħlas lura tal-interessi mill-UE. Din tibbaża fuq il-punt 4 tal-gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tar-regolament ikkontestat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0142" REF.END="QE0142"/>Non-paper<QUOT.END REF.START="QS0142" CODE="201D" ID="QE0142"/>, ippreżentata lill-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE> li jistipula, essenzjalment, li kwalunkwe interessi fuq ammonti mħallsin lura lill-produtturi mill-Istati Membri ma jistgħux jitħallsu mir-riżorsi proprji tal-UE, peress li l-leġiżlazzjoni rilevanti ma tipprovdi l-ebda bażi għal tali tnaqqis.</TXT></NP><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, għalhekk, jekk id-dritt tal-UE jipprekludix il-ħlas ta’ interess lill-produtturi jekk ma jkun jista’ jintalab l-ebda interess korrispondenti mill-aġenzija nazzjonali mir-riżorsi proprji tal-UE, jekk huwiex veru li l-ebda interess bħal dan ma jista’ jintalab u jekk id-dritt tal-UE jipprekludix qorti jew aġenzija nazzjonali milli jużaw id-diskrezzjoni tagħhom, taħt il-liġi nazzjonali li ma jagħtu ebda interess.</TXT></NP><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita, li fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE rigward il-ħlas lura ta’ tariffi indebitament imposti abbażi ta’ regolamenti tal-UE li jkunu ġew iddikjarati invalidi, kull kwistjoni anċillari, bħall-ħlas ta’ interessi, inkluż ir-rata ta’ interess u d-data li minnha għandu jkun ikkalkolat, għandha tkun stabbilita skont ir-regoli nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19980915">15 ta’ Settembru 1998</DATE>, Ansaldo Energia <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/96+C-280/96+C-281/96" PAGE.ECR="I-5025" YEAR="1998">C-279/96 sa C-281/96, Ġabra p. I-5025</REF.DOC.ECR>, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata); ara wkoll s-sentenzi tat-<DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" PAGE.ECR="I-1727" YEAR="2011">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. I-1727</REF.DOC.ECR>, punt 86), kif ukoll tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, N (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" PAGE.ECR="I-7409" YEAR="2006">C-470/04, Ġabra p. I-7409</REF.DOC.ECR>, punt 60).</P></NOTE>. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma hijiex ċerta sa liema punt ir-regoli tal-UE, b’mod partikolari dawk li għandhom x’jaqsmu mal-possibbiltà — jew l-impossibbiltà — li Stat Membru jikseb interessi minn fondi tal-UE, jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>125.</NO.P><TXT>Jiena tal-opinjoni li, il-punt tat-tluq irid ikun ir-raġuni sottostanti għalfejn għandu jingħata l-interess. U dik ir-raġuni trid tinstab fil-projbizzjoni tal-arrikkiment li fil-lingwaġġ tal-common law jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0143" REF.END="QE0143"/>indebitu<QUOT.END REF.START="QS0143" CODE="201D" ID="QE0143"/> jew, f’ħafna mis-sistemi tad-dritt ċivili, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0144" REF.END="QE0144"/>bla ebda kawża<QUOT.END REF.START="QS0144" CODE="201D" ID="QE0144"/> jew mhux dovut<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Għal ħarsa ġenerali komparattiva, ara <HT TYPE="ITALIC">Unjust enrichment and public law, a comparative study of England, France and the EU</HT>, Rebecca Williams, Hart, 2010.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>126.</NO.P><TXT>F’Masdar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Masdar (UK) vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-47/07 P" PAGE.ECR="I-9761" YEAR="2008">C-47/07 P, Ġabra p. I-9761</REF.DOC.ECR>, punti 44 sa 47).</P></NOTE>, l-Awla Manja ddikjarat: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0145" REF.END="QE0145"/>Skont il-prinċipji komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, persuna li tkun sofriet telf li jżid il-ġid ta’ persuna oħra mingħajr ma jkollu l-ebda bażi legali valida għal dak l-arrikkiment għandu d-dritt, bħala regola ġenerali, għar-restituzzjoni mill-persuna arrikkita, sal-ammont tat-telf. [...] Ir-rimedju legali għal arrikiment indebitu, kif stipulat fil-maġġoranza tas-sistemi legali nazzjonali, ma huwiex neċessarjament suġġett għall-kundizzjoni tal-illegalità jew tort għar-rigward tal-kondotta tal-konvenut. […] Mill-banda l-oħra […] huwa essenzjali li ma jkun hemm l-ebda bażi legali għall-arrikkiment. […] Peress li l-arrikkiment indebitu, kif iddefinit hawn fuq, jikkostitwixxi sors ta’ obbligu mhux kontrattwali komuni fis-sistemi legali tal-Istati Membri, il-Komunità ma tistax tevita l-applikazzjoni ta’ dawn l-istess prinċipji fir-rigward tagħha meta persuna fiżika jew morali tallega li l-istess Komunità ġiet arrikkita indebitament b’dannu għaliha.<QUOT.END REF.START="QS0145" CODE="201D" ID="QE0145"/> Dawn l-osservazzjonijiet jidhru li huma partikolarment applikabbli għaċ-ċirkustanzi tal-kawżi preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>127.</NO.P><TXT>Meta l-baġit tal-UE jkun irċieva mingħand operatur ekonomiku, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, somma li legalment ma kellux dritt għaliha, dan jiġi indebitament arrikkit. Din is-sitwazzjoni tiġi rrimedjata b’mod kunsiderevoli bil-ħlas lura tas-somma kapitali kkonċernata. Madankollu, matul il-perijodu bejn il-ġbir u l-ħlas lura, is-somma tkun għad-dispożizzjoni tal-UE u mhux tal-operatur ekonomiku. U flus li jkunu għad-dispożizzjoni ta’ parti waħda pjuttost milli tal-oħra għandhom iġorru l-interessi għal tal-ewwel, imma mhux għal tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="24"?><NP><NO.P>128.</NO.P><TXT>F’dik is-sitwazzjoni, dak li jimporta ma huwiex wisq l-arrikkiment indebitu potenzjali tal-parti li jkollha fil-pussess tagħha s-somma imma l-impossibbiltà ta’ arrikkiment normali għall-parti li tiċċaħħad mill-pussess. Dik kienet il-loġika sottostanti fil-punti 82 sa 89 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Metallgesellschaft<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 45 iktar ’il fuq.</P></NOTE>, li kkonkludiet li l-impożizzjoni prematura ta’ taxxa, li tmur kontra d-dritt tal-UE, tintitola lill-persuna taxxabbli titlob <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0146" REF.END="QE0146"/>l-ammont ta’ interessi li kien ikun iġġenerat b’dik is-somma, l-użu ta’ liema kien mitluf b’riżultat tal-impożizzjoni prematura tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0146" CODE="201D" ID="QE0146"/>. Konformi ma’ Masdar, il-prinċipju għandu japplika wkoll fejn l-UE nnifisha, pjuttost milli l-Istat Membru, tkun responsabbli għall-iżball fil-ġbir tal-imposta.</TXT></NP><NP><NO.P>129.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena nqis li l-prinċipju ġenerali li jipprekludi l-arrikkiment indebitu jirrikjedi li jkun possibbli għal produttur taz-zokkor, intitolat għall-ħlas lura ta’ imposta miġbura mill-aġenzija nazzjonali kompetenti u inkluża fil-baġit tal-UE, li jitlob l-interessi fuq is-somma kkonċernata fir-rigward tal-perijodu li matulu dik is-somma ma kinitx disponibbli għall-użu tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>130.</NO.P><TXT>Barra dan, sal-punt li s-somma kkonċernata kienet disponibbli għall-baġit tal-UE nnifsu pjuttost milli għall-Istati Membri, l-aġenzija nazzjonali li għandha d-dmir li tħallas l-interessi trid tkun f’pożizzjoni li tirkupra dawk l-interessi, kif ukoll is-somma kapitali, mill-baġit tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>131.</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, jiena mhux konvint mill-argumenti fis-sens li ma hemm xejn fil-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji li jipprovdi għal dawn l-interessi. L-ebda dispożizzjoni espliċita ma hija meħtieġa li tkun tippermetti l-applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali bħal dak inkwistjoni, u l-ebda dispożizzjoni ma kienet iċċitata li tista’ tipprekludi l-ħlas ta’ interessi. Għall-kuntrarju, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Artikolu 11(1) tar-regolament dwar ir-riżorsi proprji (ara l-punt 12 iktar ’il fuq).</P></NOTE> tipprovdi espliċitament għall-ħlas ta’ interessi mill-Istati Membri fejn ikun hemm dewmien biex ikunu kkreditati l-ammonti dovuti. Ma jkunx ekwu jekk ma jkun hemm ebda possibbiltà li jinkisbu interessi fis-sitwazzjoni bil-maqlub, fejn l-ammonti jkunu ġew ikkreditati indebitament.</TXT></NP><NP><NO.P>132.</NO.P><TXT>Madankollu l-Kummissjoni ssostni li l-25 % tal-ammont ta’ imposti tal-produzzjoni miżmuma mill-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0147" REF.END="QE0147"/>bħala spejjeż tal-ġbir<QUOT.END REF.START="QS0147" CODE="201D" ID="QE0147"/> għandhom iservu biex jiġu rkuprati l-interessi kollha li l-aġenzija nazzjonali hija obbligata li tħallas skont il-liġi nazzjonali. Din tibda fuq il-premessa li, meta s-somom ikunu imposti minn Stati Membri u mdaħħlin fir-riżorsi proprji tal-UE, ir-relazzjoni bejn il-persuna taxxabbli u l-Istat Membru ma tistax titqiegħed fuq l-istess livell bħar-relazzjoni bejn l-Istat Membru u l-UE. In-nuqqas ta’ aġenzija nazzjonali li tiġbor imposta li hija dovuta ma teżonerax lill-Istat Membru mill-obbligazzjoni tiegħu li jittrasferixxi s-somma kkonċernata fil-baġit tal-UE, flimkien ma’ xi interessi relattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara l-kawża tal-<DATE ISO="20051115">15 ta’ Novembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/02" PAGE.ECR="I-9811" YEAR="2005">C-392/02, Ġabra p. I-9811</REF.DOC.ECR>, punt 63).</P></NOTE>. Bl-istess mod, il-fatt li Stat Membru jista’ jkun obbligat li jħallas l-interessi fuq ħlasijiet lura ta’ ammonti ta’ riżorsi proprji imposti indebitament ma jfissirx dritt relattiv għalih li jitlob l-interessi mill-UE fil-kuntest ta’ korrezzjoni tal-kontijiet. Il-25 % miżmuma minn Stat Membru huma maħsuba li jkopru l-ispejjeż kollha assoċjati mal-ġbir, inklużi dawk li jirriżultaw minn litigazzjoni nazzjonali li tikkonċerna l-konsegwenzi ta’ ħlasijiet żejda. Peress li l-ħlasijiet ta’ interessi jiġu ordnati skont il-liġi nazzjonali fil-qafas ta’ tali litigazzjoni nazzjonali, dawn għandhom jitqiesu bħala spejjeż ta’ ġbir.</TXT></NP><NP><NO.P>133.</NO.P><TXT>M’iniex konvinta. Jekk in-nuqqas ta’ aġenzija nazzjonali li tiġbor imposta dovuta ma teżonerax l-Istat Membru mill-obbligazzjoni li jittrasferixxi s-somma kkonċernata fil-baġit tal-UE, flimkien ma’ xi interessi relattivi, il-konklużjoni loġika mbagħad tkun li, meta l-leġiżlatura tal-UE timponi indebitament imposta li tinġabar u li tiġi ttrasferita fil-baġit tal-UE mill-Istati Membri, li mbagħad huma rikjesti li jħallsu lura l-ammonti kkonċernati lill-persuni taxxabbli flimkien mal-interessi, l-UE ma hijiex eżonerata mill-obbligu tagħha li tħallas lura dawk l-ammonti lill-Istati Membri flimkien mal-interessi relattivi.</TXT></NP><?PAGE NO="25"?><NP><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-25 % miżmuma mill-Istati Membri, huwa veru li tali perċentwal jassumi livell sorprendenti ta’ ineffiċjenza jekk huwa maħsub li jkopri xejn iktar għajr l-ispejjeż tal-ġbir. Wieħed għandu jittama li porzjon biss minnu ser iservi dak l-iskop. Madankollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-leġiżlazzjoni dwar ir-riżorsi proprji li l-bqija huwa maħsub li jkopri l-interessi fuq il-ħlas lura ta’ ammonti imposti indebitament abbażi tar-regolamenti tal-UE li kienu ġew iddikjarati invalidi — li ma jaqax fi ħdan it-tifsira normali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0148" REF.END="QE0148"/>ġbir<QUOT.END REF.START="QS0148" CODE="201D" ID="QE0148"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>135.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiena tal-opinjoni li l-iktar approċċ ovvju huwa dak li ttieħed mill-gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet tiegħu, li jqis l-ammont totali tal-imposta bħala li huwa sempliċement maqsum bejn l-UE u l-Istat Membru. 75 % tal-imposta kienu ttrasferiti fil-baġit tal-UE u l-25 % kienu miżmuma mill-Istat Membru. Għalhekk, 75 % tal-ammont li għandhom jitħallsu lura, flimkien mal-interessi li jmiss fuq dak il-proporzjon għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE, u l-bqija mill-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>136.</NO.P><TXT>L-ewwel żewġ partijiet tar-raba’ domanda tal-High Court għalhekk għandhom jitwieġbu fis-sens li d-dritt tal-UE ma jipprekludix operaturi ekonomiċi milli jirkupraw l-interessi fuq ammonti mħallsa żejda taħt regolament invalidu mill-aġenzija nazzjonali rilevanti, jew lil dik l-aġenzija milli tirkupra interessi ekwivalenti mill-baġit tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>137.</NO.P><TXT>Jifdal it-tielet parti ta’ dik id-domanda: jekk id-dritt tal-UE jipprekludix il-qorti nazzjonali milli teżerċita xi diskrezzjoni li jista’ jkollha taħt il-liġi nazzjonali li toqgħod lura milli tagħti xi forma ta’ interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>138.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-qorti tar-rinviju, tali diskrezzjoni hija stipulata fl-Artikolu 35A(1) tas-Senior Courts Act 1981: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0149" REF.END="QE0149"/>[…] f’proċedimenti […] għall-irkupru ta’ debitu […] jista’ jkun hemm inkluż fi kwalunkwe somma li fuqha tingħata sentenza l-interessi sempliċi, b’dik ir-rata li l-qorti jidhrilha li tkun xierqa, fuq id-dejn kollu jew xi parti minnu […] għall-perijodu kollu jew xi parti minnu bejn id-data meta l-kawża ta’ azzjoni tkun qament u [l-ħlas jew is-sentenza]<QUOT.END REF.START="QS0149" CODE="201D" ID="QE0149"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>139.</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, tali regoli nazzjonali huma applikabbli għad-determinazzjoni ta’ kwalunkwe għoti ta’ interessi f’każijiet bħal dawk preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>140.</NO.P><TXT>Madankollu, dan hu minnu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0150" REF.END="QE0150"/>fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt [tal-UE] rigward ħlas lura ta’ tariffi indebitament imposti abbażi ta’ regolamenti [tal-UE] li jkunu ġew iddikjarati invalidi<QUOT.END REF.START="QS0150" CODE="201D" ID="QE0150"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza Ansaldo Energia <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 45, punt 28.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>141.</NO.P><TXT>Fil-każijiet preżenti jista’ jkun li ma hemmx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0151" REF.END="QE0151"/>dispożizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0151" CODE="201D" ID="QE0151"/> tad-dritt tal-UE bħal dawn imma fl-opinjoni tiegħi is-supremazija tar-regoli nazzjonali individwali għandhom iwasslu għall-prinċipju ġenerali li huwa komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri u li huwa rikonoxxut fl-applikazzjoni tad-dritt tal-UE. Skont dan il-prinċipju, l-interessi jistgħu jiġu rkuprati biex jikkumpensaw għaċ-ċaħda mit-tgawdija tal-użu tal-ammonti li ġew imposti indebitament. Jekk ikun hemm raġuni tajba għalfejn jitnaqqas l-ammont ta’ interessi mogħti (b’riżultat, pereżempju, tal-imġiba tar-rikorrent), il-qorti nazzjonali tista’ tuża kwalunkwe diskrezzjoni li għandha taħt il-liġi nazzjonali biex tagħmel dan. Madankollu, is-sempliċi fatt li jista’ jkun hemm telf għall-baġit tal-UE ma jistax jitqies li huwa raġuni tajba għal dak l-iskop bis-saħħa tad-dritt tal-UE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Rata tal-kambju xierqa</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>142.</NO.P><TXT>L-aħħar domanda li għandha tiġi indirizzata hija rilevanti biss fejn il-ħlasijiet lura għandhom isiru f’munita li ma hijiex l-euro. Mit-tliet settijiet ta’ proċedimenti prinċipali, din għalhekk tikkonċerna biss il-każ British Sugar, għalkemm tista’ tkun rilevanti għal Stati Membri oħrajn. Peress li (i) l-ammonti mħallsa żejjed oriġinarjament kienu kkalkolati f’ewro, imbagħad fi żminijiet differenti kienu kkonvertiti<?PAGE NO="26"?> fi sterlina meta ġew biex jinġabru, (ii) kwalunkwe ħlasijiet lura lill-aġenzija nazzjonali mill-baġit tal-UE jridu jkunu kkonvertiti bejn ewro u sterlina f’data iktar tard, u (iii) kien hemm ċaqliq fir-rata tal-kambju matul il-perijodu kkonċernat, liema data jew dati għandhom jistabbilixxu l-kalkolu tal-konverżjonijiet neċessarji?</TXT></NP><NP><NO.P>143.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tar-regolament ikkontestat, l-Artikoli 1 sa 4 japplikaw mid-dati tad-dħul fis-seħħ tar-regolamenti rispettivi li d-dispożizzjonijiet tagħhom qegħdin jissostitwixxu. Barra dan, il-punt 5 tal-gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri għall-applikazzjoni tar-regolament ikkontestat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 44 iktar ’il fuq.</P></NOTE> jistipula: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0152" REF.END="QE0152"/>Fil-każ ta’ imposti fuq iz-zokkor miġbura, Stati Membri li ma addottawx l-Euro ikkonvertew l-ammonti f’Euro fir-regolamenti taz-zokkor rilevanti sabiex jirreġistraw l-ammonti fil-kont tagħhom tar-riżorsi proprja. Għal raġunijiet ta’ konsistenza u peress li r-regolament korrettorju japplika retroattivament, l-istess rata tal-kambju użata mill-Istati Membri fiż-żmien li l-imposti oriġinali fuq iz-zokkor kienu kkalkolati għandha tkun użata wkoll biex ikunu kkonvertiti l-imposti kkorreġuti. Għalkemm il-ħlas lura ta’ imposti mħallsa indebitament hija regolata bil-liġi nazzjonali, l-użu ta’ rati tal-kambju storiċi jidher li huwa konsistenti man-natura inerenti u l-għanijiet tal-ħlas lura u mal-għan li jkun evitat tgħawwiġ fl-implementazzjoni ta’ ħlasijiet lura madwar Stati Membri differenti<QUOT.END REF.START="QS0152" CODE="201D" ID="QE0152"/>. Il-gwida mbagħad tfakkar lill-Istati Membri fir-regolamenti annwali li ffissaw għal kull sena tas-suq ikkonċernata r-rata tal-kambju speċifika applikabbli għal, b’mod partikolari, l-imposti tal-produzzjoni, fil-munita ta’ dawk l-Istati Membri li għadhom ma adottawx il-munita unika.</TXT></NP><NP><NO.P>144.</NO.P><TXT>Fl-Ingilterra u Wales, rikorrent jista’, wara li jagħti r-raġunijiet, ifittex għal somma flus li tkun espressa f’munita barranija. Jekk it-talba tiegħu tintlaqa’, il-kundanna tkun għas-somma f’dik il-munita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0153" REF.END="QE0153"/>jew għall-ekwivalenti fi sterlina fiż-żmien tal-pagament<QUOT.END REF.START="QS0153" CODE="201D" ID="QE0153"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>British Sugar tirreferi għall-Practice Directions 16, paragrafi 9.1, u 40B, punt 10, tar-Regoli ta’ Proċedura Ċivili (Civil Procedure Rules).</P></NOTE>. Abbażi ta’ dan, British Sugar qiegħda tfittex, quddiem il-qorti nazzjonali, il-ħlas lura tal-ammont imħallas żejjed, iffissat f’euro u kkonvertit fl-isterlina bir-rata applikabbli fiż-żmien tal-ħlas lura.</TXT></NP><NP><NO.P>145.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-rata applikabbli hijiex stabbilita mid-dritt tal-UE; jekk dan huwa l-każ, jekk l-Artikolu 6 tar-regolament ikkontestat jirrikjedix l-applikazzjoni tar-rata applikabbli għall-kalkolu tal-imposta oriġinali; u, jekk dan huwa l-każ, jekk l-Artikolu 6 huwiex validu.</TXT></NP><NP><NO.P>146.</NO.P><TXT>Jien diġà wasalt għall-konklużjoni li r-regolament ikkontestat huwa formalment invalidu fit-totalità tiegħu, u li fis-sustanza huwa invalidu sa fejn huwa bbażat fuq metodu ta’ kalkolu partikolari. Fid-dawl ta’ dan, jidher li jkun irrilevanti li tiġi analizzata iktar fil-fond it-tifsira u l-validità tal-Artikolu 6, li tikkonċerna biss id-dati tad-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jien nikkunsidra li huma invalidi.</TXT></NP><NP><NO.P>147.</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-istess kwistjoni ser tqum fl-okkażjoni ta’ kull regolament sussegwenti li jkun adottat biex jieħu post ir-regolament ikkontestat, huwa rilevanti li wieħed jistaqsi jekk id-data biex tiġi ffissata r-rata tal-kambju applikabbli hijiex b’xi mod materja tad-dritt tal-UE.</TXT></NP><NP><NO.P>148.</NO.P><TXT>Ir-rata tal-kambju applikabbli hija, fil-prinċipju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0154" REF.END="QE0154"/>materja anċillari dwar rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0154" CODE="201D" ID="QE0154"/> skont it-tifsira tal-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara l-punt 124 iktar ’il fuq.</P></NOTE> u, li bħala tali, għandha tkun stabbilita b’mod konformi mar-regoli nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>149.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni tirrileva li dawk ir-regoli ma joperawx f’kuntest maqtugħ għalih, u l-qorti nazzjonali ma tistax tinjora aspetti li huma rregolati mid-dritt tal-UE — b’mod partikolari l-fatt li rati tal-kambju speċifiċi, iffissati għal kull sena tas-suq, kienu applikati meta l-imposti tal-produzzjoni kienu oriġinarjament miġbura. Jien naqbel mal-Kummissjoni li jkun jidher li huwa loġiku, jekk it-talba ta’ produttur tiġi ddeterminata abbażi ta’ <HT TYPE="ITALIC">restitutio in integrum</HT>, biex jingħata qies ta’ dawk ir-rati tal-kambju. Madankollu, li kellha tkun applikata rata tal-kambju iktar reċenti b’riżultat ta’ regoli nazzjonali, jidher li jkun xieraq ukoll li l-qorti nazzjonali żżomm f’moħħha kwalunkwe qligħ (jew telf) mhux mistennija fl-għoti tal-interessi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="27"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>150.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, jien tal-opinjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi kif ġej b’risposta għad-domandi mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf, mill-High Court of Justice (England and Wales) u mit-Tribunal de grande instance, Nanterre:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009 tat-<DATE ISO="20091103">3 ta’ Novembru 2009</DATE> li kkorreġa r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li ffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 huwa formalment invalidu sa fejn dan isostni li għandu bħala l-bażi legali tiegħu ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001 tad-<DATE ISO="20010619">19 ta’ Ġunju 2001</DATE> dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, b’mod partikolari l-ewwel subinċiż tal-Artikolu 15(8) u l-Artikolu 16(5) tiegħu;</P></ITEM><ITEM><P>ir-Regolament Nru 1193/2009 fis-sustanza huwa invalidu sa fejn il-kalkolu tal-imposti ffissati għas-snin tas-suq ikkonċernati jinkludi, fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0155" REF.END="QE0155"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0155" CODE="201D" ID="QE0155"/> speċifikat fl-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament Nru 1260/2001, ħlasijiet lura li setgħu jkunu mitluba fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet dwar l-esportazzjoni imma li fil-fatt ma kinux intalbu jew tħallsu;</P></ITEM><ITEM><P>l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0156" REF.END="QE0156"/>ammont totali ta’ rifużjoni<QUOT.END REF.START="QS0156" CODE="201D" ID="QE0156"/> fl-Artikolu 15(1)(d) tar-Regolament Nru 1260/2001 tkopri biss ħlasijiet lura attwalment imħallsa;</P></ITEM><ITEM><P>id-dritt tal-UE ma jipprekludix lil operaturi ekonomiċi milli jirkupraw l-interessi fuq ammonti mħallsa żejda taħt regolament invalidu mill-aġenzija nazzjonali rilevanti, jew lil dik l-aġenzija milli tirkupra l-interessi ekwivalenti mill-baġit tal-UE; fl-eżerċizzju ta’ xi diskrezzjoni li jista’ jkollha taħt il-liġi nazzjonali li toqgħod lura milli tagħti interessi f’ċirkustanzi bħal dawn, il-qorti nazzjonali trid tagħti qies tal-fatt li l-illegalità tal-imposta inizjali hija attribwibbli għall-UE u li d-dritt tal-UE jipprojbixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0157" REF.END="QE0157"/>l-arrikkiment indebitu<QUOT.END REF.START="QS0157" CODE="201D" ID="QE0157"/> ta’ parti li ċċaħħdet mit-tgawdija ta’ somma flus b’riżultat ta’ miżura li tikser dik il-liġi;</P></ITEM><ITEM><P>meta qorti nazzjonali tordna l-ħlas lura minn aġenzija nazzjonali ta’ ammonti li tħallsu żejda, taħt regolament invalidu, li dik l-aġenzija f’munita li ma tkunx l-euro mbagħad ikkonvertita fl-euro meta tiġi ttrasferita għall-baġit tal-UE, kwistjonijiet anċillari bħall-munita li biha jkun ordnat il-ħlas lura u d-data rilevanti biex tiġi stabbilita r-rata tal-kambju applikabbli, imiss li jkunu deċiżi b’mod konformi mal-liġi nazzjonali, billi jingħata qies ta’ kwalunkwe regoli tad-dritt tal-UE applikabbli għal materji relatati bħall-għoti tal-interessi.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>