31998R2559



Official Journal L 320 , 28/11/1998 P. 0027 - 0027


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2559/98

tas-27 ta' Novembru 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3199/93 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet ta' l-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mid-dazji tas-sisa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi ta' taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u fuq iż-żamma, moviment u sorveljar ta' tali prodotti [2], kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 96/99/KE [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 dwar ir-rikonoxximent ta' xulxin għal proċeduri għall-iżnaturar komplut ta' l-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxi tas-sisa [4], kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2546/95 [5],

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,

Billi skond l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mid-dazju tas-sisa l-alkoħol li jkun żnaturat kompletament skond il-ħtiġiet ta' xi Stat Membru, sakemm dawn il-ħtiġiet jiġu notifikati u aċċettati kif suppost skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu;

Billi l-Italja kkomunikat emenda lill-isnaturant awtorizzat mir-Regolament (KE) Nru 3199/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

"L-Italja

L-alcohol ethyl li għandu jkun żnaturat għandu jkollu kontenut f'alkoħol ta' anhydrous ethyl mhux inqas minn 90 % fil-volum. Għal kull ettolitru ta' alkoħol anhydrous ethyl, żid:

- 125 gramm ta' thiophene,

- 0,8 grammi ta' denatonium benzoate,

- 3 grammi ta' CI Reactive Red 24, soluzzjoni bl-ilma ta' 25 % w/w,

- 2 litri ta' methyl ethyl ketone."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 21.

[2] ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.

[3] ĠU L 8, tal-11.1.1997, p. 12.

[4] ĠU L 288, tat-23.11.1993, p. 12.

[5] ĠU L 260, tal-31.10.1995, p. 45.

--------------------------------------------------