Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma tal-Ġermanja għall-2012u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà tal-Ġermanja għall-perjodu 2012-2016 /* COM/2012/0305 final */
Rakkomandazzjoni għal RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL dwar il-programm nazzjonali ta' riforma
tal-Ġermanja għall-2012
u li twassal l-opinjoni tal-Kunsill dwar il-programm ta' stabbiltà
tal-Ġermanja għall-perjodu 2012-2016 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u
148(4) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar
it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' baġit u
s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika[1], u partikolarment
l-Artikolu 5(2) tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropea[2], Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni
tal-Parlament Ewropew[3], Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet
tal-Kunsill Ewropew, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat
tal-Impjiegi, Wara li kkonsulta mal-Kumitat Ekonomiku u
Finanzjarju, Billi: (1) Fis-26 ta’ Marzu 2010,
il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiġi
mnedija strateġija ġdida għall-impjiegi u t-tkabbir, bl-isem ta'
Ewropa 2020, li tkun imsejsa fuq koordinazzjoni msaħħa tal-politiki
ekonomiċi u li tiffoka fuq l-oqsma ewlenin fejn tenħtieġ azzjoni
li tagħti spinta lill-potenzjal tal-Ewropa għat-tkabbir u
l-kompetittività sostenibbli. (2) Fit-13 ta’ Lulju 2010,
il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-linji gwida ġenerali
għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u l-Unjoni (mill-2010
sal-2014) u fil-21 ta’ Ottubru 2010, huwa adotta deċiżjoni
dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi [4], li flimkien jagħmlu
l-"linji gwida integrati". L-Istati Membri ġew mistiedna jqisu
l-linji gwida integrati fil-politiki ekonomiċi u okkupazzjonali nazzjonali
tagħhom. (3) Fit-12 ta' Lulju 2011,
il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni dwar il-programm nazzjonali ta' riforma
tal-Ġermanja għall-2011 u ta l-opinjoni tiegħu dwar il-programm
ta' stabbiltà aġġornat tal-Ġermanja
għall-perjodu 2011-2014. (4) Fit-23 ta' Novembru 2011,
il-Kummissjoni adottat it-tieni Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, li
kien il-bidu tat-tieni Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni ta’ politika
integrata u ex ante, imsejsa fuq l-istrateġija Ewropa 2020.
Fl-14 ta’ Frar 2012, abbażi tar-Regolament (UE)
Nru 1176/2011, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu
ta' Twissija[5],
li fih hija ma identifikatx il-Ġermanja bħala wieħed mill-Istati
Membri li dwaru kellha titwettaq analiżi fil-fond. (5) Fit-2 ta' Marzu 2012,
il-Kunsill Ewropew approva l-prijoritajiet sabiex jiggarantixxi l-istabbiltà finanzjarja,
il-konsolidazzjoni fiskali u l-azzjoni li tħeġġeġ
it-tkabbir. Huwa enfasizza l-ħtieġa li titkompla konsolidazzjoni
fiskali differenzjata u li tiffavorixxi t-tkabbir, biex l-ekonomija jerġa'
jkollha kundizzjonijiet normali għas-self, biex jiġu promossi
t-tkabbir u l-kompetittività, biex jiġu indirizzati l-qgħad u
l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi, u biex tiġi mmodernizzata
l-amministrazzjoni pubblika. (6) Fit-2 ta’ Marzu 2012,
il-Kunsill Ewropew stieden ukoll lill-Istati Membri parteċipi fil-Patt Euro
Plus biex jippreżentaw l-impenji tagħhom fil-ħin biex jiġu
inklużi fil-Programmi ta’ Stabbiltà jew ta’ Konverġenza tagħhom
u fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom. (7) Fit-18 ta’ April 2012,
il-Ġermanja ressqet il-Programm ta' Stabbiltà tagħha għall-perjodu
2012-2016 u, fit-12 ta' April 2012, il-Programm Nazzjonali ta’
Riforma 2012 tagħha. Sabiex jitqiesu l-konnessjonijiet bejniethom,
iż-żewġ programmi ġew valutati fl-istess waqt. (8) Skont l-ewwel notifika
tal-2012 tad-defiċit u ċ-ċifri tad-dejn mill-Ġermanja
għas-snin 2008-2011 għall-applikazzjoni tal-proċedura ta'
defiċit eċċessiv (EDP), id-defiċit tal-amministrazzjoni
pubblika fl-2011 kien taħt il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3%
tal-PDG. Barra minn hekk, it-tbassir tar-rebbiegħa tal-2012
tal-Kummissjoni jipprojjetta li d-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika se
jibqa' taħt il-valur referenzjarju tat-Trattat u jonqos ulterjorment matul
il-perjodu ta' tbassir. B'riżultat ta' dan, u f'konformità
mad-dispożizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, fit-30 ta' Mejju
l-Kummissjoni adottat rakkomandazzjoni għal deċiżjoni
tal-Kunsill li tirrevika d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta'
defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126(12) tat-Trattat. (9) Abbażi tal-valutazzjoni
tal-programm ta' stabbiltà skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1466/97, il-Kunsill huwa tal-opinjoni li x-xenarju makroekonomiku li
jirfed il-projjezzjonijiet baġitarji fil-programm huwa plawsibbli.
Il-projjezzjonijiet tal-programm għall-2012-13 huma konformi mat-tbassir
tar-rebbiegħa tal-2012 tal-Kummissjoni fir-rigward tar-ritmu u l-bixra
tat-tkabbir ekonomiku kif ukoll l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol.
Il-projjezzjonijiet tal-programm għat-tkabbir ekonomiku fis-snin
mbiegħda huma konformi sew mal-estimu tal-Kummissjoni tar-rata tat-tkabbir
fuq terminu medju tal-Ġermanja. L-Objettiv tal-istateġija
baġitarja deskritt fil-programm hu li jintlaħaq l-objettiv
baġitarju ta' terminu medju (OTM) diġà fl-2012 u li jinkisbu
baġits nominali prattikament bilanċjati sa mill-2014, billi jibdew
b'defiċit nominali ta' 1.0% tal-PDG fl-2011, b'hekk taħt il-valur
referenzjarju ta' 3% tat-Trattat sinifikament qabel l-iskadenza tal-2013.
Il-programm jispeċifika l-OTM preċedenti ta' defiċit strutturali
ta' ½% tal-PDG, (interpretat bħala firrxa żgħira madwar 0.5%
tal-PDG), li adegwatament tirrifletti r-rekwiżiti tal-Patt ta' Stabbiltà u
Tkabbir, biex jimplika defiċit li ma jaqbiżx 0.5% tal-PDG. Riskji
għall-miri tad-defiċit u tad-dejn jistgħu jinħolqu
notevolment jekk jirriżulta li jkunu meħtieġa miżuri biex
jistabbilizzaw is-settur finanzjarju. Abbażi tad-defiċit strutturali
(ikkalkulat mill-ġdid)[6],
il-Ġermanja qed tippjana li tirrispetta l-OTM tagħha matul il-perjodu
tal-programm, li għandu jkun ukoll il-każ meta titqies
il-valutazzjoni tar-riskju. Skont l-informazzjoni provduta fil-programm kif
ukoll waqt li titqies il-valutazzjoni tar-riskju, ir-rata tat-tkabbir tan-nefqa
tal-gvern, meta jitqiesu l-miżuri għad-dħul diskrezzjonali,
jeċċedu l-limitu referenzjarju tan-nefqa tal-Patt ta' Stabbiltà
tal-2012, waqt li jirrispettawh fl-2013, Id-dejn gross huwa mistenni
jiżdied sa 0.8 pp għal 82.0% tal-PDG fl-2012, qabel ma jaqa'
għal 80% tal-PDG fl-2013 u jibqa fit-triq tan-niżla minn hemm 'il
quddiem. Wara l-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv,
il-Ġermanja qiegħda f'perjodu ta' tranżizzjoni u, skont
il-pjanijiet, qed tagħmel progress suffiċjenti lejn konformità
mal-limitu referenzjarju għat-tnaqqis tad-dejn tal-Patt ta' Stabbiltà u
Tkabbir. (10) Il-Gvern federali ħa
miżuri biex ittejjeb l-effiċjenza tal-infiq pubbliku fuq il-kura
tas-saħħa u pproponiet riforma ta’ kura fit-tul. Sforzi addizzjonali
sabiex titjieb l-effiċjenza fil-kura tas-saħħa huma
meħtieġa biex irażżnu żidiet ulterjuri fin-nefqa
mistennija. Ir-riforma proposta tal-kura fuq terminu twil hi wkoll insuffiċjenti
biex tlaħħaq maż-żidiet mistennija fil-kostijiet futuri.
Hemm skop għat-titjib tal-effiċjenza tas-sistema tat-taxxa. Il-gvern
federali qiegħed fit-triq it-tajba biex jilħaq l-impenn tiegħu
li jżid l-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir fuq l-edukazzjoni u r-riċerka.
Madanakollu, jibqa' importanti li anki il-Länder u
l-muniċipalitajiet, li huma responsabbli għall-biċċa
l-kbira tan-nefqa fuq l-edukazzjoni u r-riċerka, jiżguraw infiq
adegwat u effiċjenti f'dawn l-oqsma. L-introduzzjoni ta' trażżin
tad-dejn kostituzzjonali ġdid kompliet issaħħaħ il-qafas
fiskali Ġermaniż. Madanakollu, ma kien hemm l-ebda progress
sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-regola baġitarja fil-livell ta’ Länder. (11) Sostenn pubbliku sostanzjali
għas-settur finanzjarju, flimkien mal-isforsi proprji ta’
aġġustament tas-settur u l-effetti benefiċjali tal-irkupru
tal-ekonomija Ġermaniża, stabilizzaw is-settur globalment. Minkejja
l-ezistenza ta’ settur finanzjarju relattivament stabbli b'mod ġenerali, u
n-nuqqas ta' kriżi ta' kreditu (credit crunch) għad hemm nuqqasijiet,
partikolarment, il-problemi strutturali għal xi Landesbanken,
notevolment in-nuqqas ta' mudell kummerċjali vijabbli, strutturi
dgħajfa ta’ governanza u vulnerabbiltajiet minħabba grad għoli
ta' dipendenza fuq il-finanzjament fil-livell tal-operaturi. (12) Il-prestazzjoni tajba tas-suq
tax-xogħol Ġermaniż, bl-għadd ta’ impjiegi li qed
jiżdied u b’qgħad moderat, ma kienitx ta’ benefiċċju
għall-parteċipanti kollha bl-istess mod u l-pagi mhux dejjem
żdiedu skont il-produttività. Diżinċentivi fiskali li
jirriżultaw mill-feles ta’ taxxa għoli, partikolarment minħabba
l-kontribuzzjonijiet għolja tas-sigurtà soċjali, ikomplu jxekklu
partikolarment l-integrazzjoni ta’ dawk li jaqilgħu pagi baxxi fis-suq
tax-xogħol. L-użu estensiv ta' mini-jobs iwassal għal
akkwiżizzjoni baxxa tad-drittijiet tal-pensjoni. Għaldaqstant, hemm
bżonn li tittejjeb it-trażizzjoni minn mini-jobs gaħll-forom
iktar stabbli ta' kuntratti. Ir-riforma riċenti tal-istrumenti tas-suq
tax-xogħol għandha tappoġa l-opportunitajiet għall-impjieg
għal kulħadd. Li tiżdied l-effikaċja tas-sistema
edukattiva, u l-kisba edukattiva ta' gruppi żvantaġġati, hija
sfida ewlenija għall-Ġermanja. Fuq t-terminu medju sa dak twil,
l-iżgurar tad-disponibilità ta' ħaddiema kkwalifikati se jkun
kruċjali biex ittaffi l-effetti negattivi tal-bidla demografika fuq
tkabbir potenzjali. Il-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fil-forza
tax-xogħol hija ta' tħassib. Diżinċentivi fiskali
għat-tieni sors tad-dħul u n-nuqqas ta' faċilitajiet full-time
għall-indukrara tat-tfal u skejjel għall-matul il-jum jostakolaw
il-parteċipazzjoni femminili fis-suq tax-xogħol. (13) Il-Ġermanja
għaddejja b’riforma ewlenija tas-sistema tal-enerġija. Il-kostijiet
ekonomiċi ġenerali għat-trasformazzjoni tas-sistema
tal-enerġija għandhom ikunu minimizzati billi tkun
aċċelerata l-espansjoni nazzjonali u transkonfinali tan-netwerk,
billi kontinwament tiżdied il-kost-effikaċja tal-politika ta’ klima u
l-enerġija rinnovabbli, jittieħdu passi deċiżivi biex
titrawwem aktar l-effiċjenza fl-enerġija, u t-tkattir
tal-kompetizzjoni fis-swieq tal-enerġija. Minħabba l-pożizzjoni
ġeografika ċentrali tal-Ġermanja, is-sistema ferrovjarju
Ġermaniż, għandu impatt sinifikanti fuq is-sistema ferrovjarja
Ewropea globali. Il-kompetizzjoni fis-swieq ferrovjarju
għall-passiġġieri u tal-merkanzija għadha baxxa ħafna,
l-aktar minħabba nuqqas ta’ separazzjoni effettiva bejn il-ġestitur
tal-infrastruttura u l-impriża tal-ferrovija. Minkejja l-progress li sar
matul dawn l-aħħar snin, fost affarijiet oħra permezz
tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi, hemm lok għal stimulu
ulterjuri tal-kompetizzjoni u tat-tkabbir fil-produttività f'xi setturi
tas-servizzi (eż. il-kostruzzjoni). (14) Il-Ġermanja daħlet
għal għadd ta’ impenji fil-Patt Euro Plus. Dawn l-impenji, u
l-implimentazzjoni tal-impenji preżentati fl-2011 huma relatati
mat-tkattir tal-impjiegi, it-titjib tal-kompetittività, it-tisħiħ
tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi u r-rinfurzar tal-istabbiltà
finanzjarja. Il-Kummissjoni vvalutat l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Patt
Euro Plus. Fir-rakkomandazzjonijiet ġew ikkunsidrati r-riżultati ta'
din il-valutazzjoni. (15) Fil-kuntest tas-Semestru
Ewropew, il-Kummissjoni wettqet analiżi komprensiva tal-politika ekonomika
tal-Ġermanja. Hija vvalutat il-programm ta' stabbiltà u l-programm
nazzjonali ta' riforma. Mhux biss qieset ir-rilevanza tagħhom
għall-politika fiskali u soċjoekonomika sostenibbli fil-Ġermanja
imma qieset ukoll il-konformità tagħhom mar-regoli u mal-gwida tal-UE,
fid-dawl tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza
ekonomika kumplessiva tal-Unjoni Ewropea billi jingħata kontribut
fil-livell tal-UE għad-deċiżjonijiet nazzjonali futuri.
Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha skont is-Semestru Ewropew huma riflessi
fir-Rakkomandazzjonijiet (1) sa (4) hawn taħt. (16) Fid-dawl ta' din
il-valutazzjoni, il-Kunsill eżamina il-programm ta' stabbiltà
għall-2012 tal- Ġermanja, u l-opinjoni[7]
tiegħu hija riflessa b'mod partikolari fir-Rakkomandazzjoni (1) hawn
taħt, B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Ġermanja
tieħu azzjoni fil-perjodu bejn l-2012 u l-2013 sabiex: 1. Tkompli b'politiki fiskali
sodi biex tikseb l-obbjettiv ta' terminu medju sal-2012. Għal dan
il-għan, timplimenta l-istrateġija baġitarja kif maħsuba,
waqt li tiżgura konformità mal-limitu referenzjarju tan-nefqa u kif ukoll
progress suffiċjenti lejn konformità mal-limitu referenzjarju
għat-tnaqqis tad-dejn. Tkompli l-kors ta’ konsolidazzjoni li jiffavorixxi
t-tkabbir permezz ta’ sforzi addizzjonali biex ittejjeb l-effiċjenza
tal-infiq pubbliku fuq il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, u
bl-użu mhux utilizzat tal-potenzjal biex tittejjeb l-effiċjenza
tas-sistema tat-taxxa;. tuża l-lok disponibbli għal infiq li
jsaħħaħ it-tkabbir miżjud u iktar effiċjenti fuq
l-edukazzjoni u r-riċerka fil-livelli kollha tal-gvern. Tlesti
l-implimentazzjoni tat-trażżin tad-dejn b’mod konsistenti madwar il-Länder
kollha waqt li tiżgura proċeduri ta’ monitoraġġ f'waqthom u
rilevanti u mekkaniżmi ta’ korrezzjoni 2. Tindirizza d-dgħufijiet
strutturali li baqa' fis-settur finanzjarju, inter alia billi
tirristruttura ulterjorment dawk il-Landesbanken li għandhom
bżonn ta' mudell vijabbli ta’ negozju li jkun iffinanzjat b'mod adegwat
billi tevita diżingranar eċċessiv. 3. Tnaqqas il-feles għoli
tat-taxxa b'mod li ma jaffettwax il-baġit, partikolarment għal dawk
bi dħul baxx, u żżomm miżuri xierqa ta' attivazzjoni u
integrazzjoni, notevolment għall-dawk qiegħda għat-tul. Toħloq
kundizzjonijiet biex il-pagi jikbru skont il-produttività. Tieħu
miżuri biex tgħolli r-riżultati edukattivi ta' gruppi
żvantaġġati, notevolment billi tiżgura opportunitajiet
indaqs għall-edukazzjoni u s-sistema tat-taħriġ.
Tneħħi gradwalment id-diżinċentivi fiskali għat-tieni
sors ta' dħul, u żżid id-disponibbiltà ta' faċilitajiet
fulltime għall-indukrar tat-tfal u skejjel għal matul il-jum. 4. Tkompli l-isfiorzi biex
iżżomm il-kostijiet ġenerali ekonomiċi
għat-trasformazzjoni tas-sistema tal-enerġija baxxi kemm jista’ jkun,
anki billii taċċelera l-espansjoni tan-netwerks nazzjonali u
transkonfinali tal-gass u tal-elettriku. Tiżgura li l-istruttura
istituzzjonali tiggarantixxi kompetizzjoni effettiva fis-swieq ferrovjarji.
Tieħu miżuri biex tistimula ulterjorment il-kompetizzjoni fis-setturi
tas-servizzi, inkluż is-servizzi professjonali u ċertu
artiġjanat, b’mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 209, 02.08.1997, p. 1 [2] COM (2012) 305 finali [3] P7_TA(2012)0048 u P7_TA(2012)0047 [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/238/UE
tas-26 ta' April 2012 [5] COM (2012) 68 finali [6] Bilanċ aġġustat ċiklikament nett
mill-miżuri ta' darba jew temporanji, ikkalkulat mill-ġdid
mis-servizzi tal-Kummissjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta
fil-programm, bl-użu tal-metodoloġija komunament maqbula. [7] Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1466/97.