|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“17.
|
SOLTANI Hodjatoleslam Seyed Mohammad
|
Sess: raġel
|
Hodjatoleslam Seyed Mohammad Soltani ilu mill-2018 iservi bħala viċi prosekutur fir-Revolutionary Prosecution Office, Mashhad. Kap tal-Organisation for Islamic Propaganda fil-provinċja ta' Khorasan-Razavi. Eks Imħallef, Qorti Rivoluzzjonarji ta' Mashhad (2013-2019). Proċessi taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu tmexxew b'mod sommarju u f'sessjonijiet magħluqa, mingħajr konformità mad-drittijiet bażiċi tal-akkużati. Peress li bosta sentenzi ta' eżekuzzjoni nqatgħu kollha flimkien, ingħataw pieni tal-mewt mingħajr osservanza xierqa ta' proċeduri ta' smigħ ġust. Huwa responsabbli li ta sentenzi ħorox ta' ħabs lil ċittadini tal-minoranza Baħai, minħabba t-twemmin reliġjuż tagħhom, permezz ta' proċessi inġusti neqsin mill-proċess korrett tal-liġi, u l-użu ta' proċeduri extraġudizzjarji.
|
12.4.2011
|
|
19.
|
JAFARI-DOLATABADI Abbas
|
Post tat-twelid: Yazd (Iran)
Data tat-twelid: 1953
Sess: raġel
|
Eks konsulent għas-Supreme Disciplinary Court for Judges (29 ta' April 2019 sa mill-inqas l-2020). Eks Prosekutur Ġenerali ta' Tehran (Awwissu 2009-April 2019). L-uffiċċju ta' Abbas Jafari-Dolatabadi akkuża għadd kbir ta' dimostranti, inkluż individwi li ħadu sehem fil-protesti ta' Jum l-Ashura f'Diċembru 2009. Huwa ordna l-għeluq tal-uffiċċju ta' Karroubi f'Settembru 2009 u l-arrest ta' diversi politiċi riformisti, u pprojbixxa żewġ partiti politiċi riformisti f'Ġunju 2010. L-uffiċċju tiegħu akkuża lil persuni li pprotestaw b'"Muharebeh", jew "mibegħda kontra Alla", li ġġorr il-piena tal-mewt, u ċaħad il-proċess dovut tal-liġi lil dawk li kienu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt. Bħala parti minn repressjoni wiesgħa tal-oppożizzjoni politika, l-uffiċċju tiegħu kellu wkoll fil-mira tiegħu u arresta riformisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, u membri tal-media.
F'Ottubru 2018, huwa ħabbar lill-media li l-erba' attivisti ambjentali Iranjani li ġew arrestati kellhom jiġu akkużati bi "trawwim tal-korruzzjoni fid-dinja", akkuża li ġġorr il-piena tal-mewt.
|
12.4.2011
|
|
21.
|
MOHSENI-EJEI Gholam-Hossein
|
Post tat-twelid: Ejiyeh (Iran)
Data tat-twelid: madwar 1956
Sess: raġel
|
Prim Imħallef minn Lulju 2021. Membru tal-Kunsill ta' Espedjenza. Prosekutur Ġenerali tal-Iran minn Settembru 2009 sal-2014. Eks Viċi Kap tal-Ġudikatura (2014 sa Lulju 2021) u kelliem għall-Ġudikatura (2010-2019). Ministru għall-Intelligence mill-2005 sal-2009. Waqt li kien Ministru għall-Intelligence matul l-elezzjoni tal-2009, aġenti tal-intelligence taħt il-kmand tiegħu kienu responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura, u l-akkwist ta' stqarrijiet foloz taħt pressjoni mingħand mijiet ta' attivisti, ġurnalisti, dissidenti u politiċi riformisti. Barra minn hekk, figuri politiċi kienu mġiegħla jagħmlu stqarrijiet foloz taħt interrogazzjoni insopportabbli li kienu jinkludu tortura, abbuż, rikatt, u t-theddid ta' membri tal-familja. Matul il-protesti tal-2022 u l-2023, Gholam-Hossein Mohseni-Ejei ddikjara li mhux ser ikun hemm klemenza mad-dimostranti.
|
12.4.2011
|
|
25.
|
SALAVATI Abdolghassem
|
Sess: raġel
|
Imħallef tal-Ispecial Court for Financial Crimes, fergħa 4, mill-2019. Eks Kap tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Tehran, fergħa 15. Imħallef fit-Tribunal ta' Tehran. Inkarigat mill-kawżi ta' wara l-elezzjoni, huwa kien l-Imħallef li ppresieda l-"proċessi spettaklu" fis-sajf tal-2009, huwa kkundanna għall-mewt żewġ monarkisti li dehru fil-proċessi spettaklu. Huwa kkundanna aktar minn mitt priġunier politiku, attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, u dimostranti għal sentenzi ta' priġunerija fit-tul.
Fl-2018, ir-rapporti wrew li kompla jagħti sentenzi simili mingħajr l-osservanza xierqa tal-proċeduri ta' smigħ ġust.
Matul il-protesti tal-2022, Abdolghassem Salavati kkundanna għall-mewt bosta dimostranti, inkluż lil Mohammad Beroghani u Saman Seydi.
|
12.4.2011
|
|
43.
|
JAVANI Yadollah
|
Sess: raġel
Nazzjonalità: Iranjana
Grad: Brigadier Ġeneral
|
Viċi kmandant tal-IRGC għall-affarijiet politiċi. Għamel diversi tentattivi biex joħnoq il-libertà tal-kelma u d-diskors ħieles permezz tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi tiegħu b'appoġġ għall-arrest u l-kastig tad-dimostranti u dawk li ma jaqblux. Wieħed mill-ewwel uffiċjali għolja li fl-2009 talbu l-arrest ta' Moussavi, Karroubi u Khatami. Appoġġa l-użu ta' tekniki li jiksru d-dritt għal proċess ġust, fosthom konfessjonijiet pubbliċi u ħareġ il-kontenut tal-interrogazzjonijiet qabel il-proċess. L-evidenza tindika wkoll li approva l-użu tal-vjolenza fuq dimostranti u bħala membru integrali tal-IRGC x'aktarx li kien jaf bl-użu ta' tekniki ħorox ta' interrogazzjoni għal konfessjonijiet sfurzati.
|
10.10.2011
|
|
57.
|
HAJMOHAM- MADI Aziz (magħruf ukoll bħala Aziz Hajmohammadi, Noorollah Azizmohammadi)
|
Post tat-twelid: Tehran (Iran)
Data tat-twelid: 1948
Sess: raġel
|
Imħallef fil-fergħa 71 tal-Qorti Kriminali fil-Provinċja ta' Tehran. Matul il-ħidma tiegħu fil-ġudikatura sa mill-1971, huwa kien involut f'diversi kawżi kontra dimostranti, fosthom dik ta' Abdol-Reza Ghanbari, għalliem arrestat f'Jannar 2010 u kkundannat għall-mewt għall-attivitajiet politiċi tiegħu.
|
10.10.2011
|
|
58.
|
BAGHERI Mohammad-Bagher
|
Sess: raġel
|
Fl-2019, Mohammad-Bagher Bagheri nħatar Viċi Kap tal-Ġudikatura għall-Affarijiet Internazzjonali u Segretarju tal-Persunal tad-Drittijiet tal-Bniedem minflok Mohammad Javad Larijani f'din il-pożizzjoni b'digriet ta' Ebrahim Raisi. Huwa kien imħallef fil-Qorti Suprema bejn Diċembru 2015 u l-2019. Eks viċi president tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tal-provinċja ta' Khorasan tan-Nofsinhar, responsabbli għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Minbarra li f'Ġunju 2011 irrikonoxxa 140 eżekuzzjoni, bejn Marzu 2010 u Marzu 2011, għal reati li jġorru l-piena tal-mewt, huwa rrappurtat li twettqu madwar 100 eżekuzzjoni oħra fl-istess perjodu u fl-istess provinċja ta' Khorasan tan-Nofsinhar, mingħajr ma ġew avżati l-familji jew l-avukati. Għaldaqstant huwa kompliċi fi ksur gravi tad-dritt għal proċess ġust u kkontribwixxa għal għadd kbir ta' pieni tal-mewt.
|
10.10.2011
|
|
60.
|
HOSSEINI Dr Seyyed Mohammad (magħruf ukoll bħala HOSSEYNI Dr Seyyed Mohammad; Seyed, Sayyed u Sayyid)
دکتر سيد محمد حسيني
|
Post tat-twelid: Rafsanjan, Kerman (Iran)
Data tat-twelid: 23.7.1961
Sess: raġel
|
Viċi President għall-affarijiet parlamentari taħt il-President Raisi minn Awwissu 2021. Eks konsulent tal-President Mahmoud Ahmadinejad u kelliem għall-fazzjoni politika estremista YEKTA. Ministru għall-Kultura u l-Gwida Iżlamika (2009-2013). Eks Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB). Eks konsulent għad-Direttur tal-Islamic Culture and Relations Organisation (ICRO). Eks IRGC, kompliċi fir-repressjoni ta' ġurnalisti.
|
10.10.2011
|
|
66.
|
MIRHEJAZI Ali Ashgar
|
Data tat-twelid: 8 ta' Settembru 1946
Post tat-twelid: Isfahan
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
|
Konsulent dwar l-intelligence tal-Mexxej Suprem. Parti miċ-ċirku intern tal-Mexxej Suprem, wieħed minn dawk responsabbli li ppjanaw it-trażżin tal-protesti, li ilu jiġi implimentat sa mill-2009, u huwa assoċjat ma' dawk responsabbli sabiex irażżnu l-protesti.
Huwa kien responsabbli wkoll għall-ippjanar tat-trażżin tal-inkwiet pubbliku f'Diċembru 2017/2018 u Novembru 2019.
|
23.3.2012
|
|
69.
|
MORTAZAVI Seyyed Solat
|
Post tat-twelid: Farsan, Tchar Mahal-o-Bakhtiari (South) - (Iran)
Data tat-twelid: 1967
Sess: raġel
|
Mid-19 ta' Ottubru 2022 (aġent) Ministru għall-Kooperattivi, ix-Xogħol u l-Protezzjoni Soċjali. Minn Settembru 2021 sa Ottubru 2022, Viċi President għall-Affarijiet Eżekuttivi tal-Iran u Kap tal-Uffiċċju Presidenzjali. Kap tal-fergħa tal-proprjetà immobbli tal-Fondazzjoni Mostazafan, li kienet immexxija direttament mill-Mexxej Suprem Khamenei mis-16 ta' Settembru 2019 sa Settembru 2021. Sa Novembru 2019, Direttur tal-fergħa ta' Tehran tal-Fondazzjoni Astan Qods Razavi. Eks sindku tat-tieni l-akbar belt tal-Iran, Mashhad, fejn regolarment jitwettqu eżekuzzjonijiet pubbliċi. Eks Viċi Ministru għall-Intern għall-Affarijiet Politiċi, maħtur fl-2009. F'dik il-kapaċità, kien responsabbli biex imexxi r-repressjoni ta' persuni li tkellmu biex jiddefendu d-drittijiet leġittimi tagħhom, inkluż il-libertà tal-espressjoni. Aktar tard maħtur bħala Kap tal-Kumitat Elettorali Iranjan għall-elezzjonijiet parlamentari fl-2012 u għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2013.
|
23.3.2012
|
|
77.
|
JAFARI Reza
|
Data tat-twelid: 1967
Sess: raġel
|
Eks konsulent għad-Disciplinary Court for Judges (2012-2022). Membru tal-"Committee for Determining Criminal Web Content", korp responsabbli miċ-ċensura tas-siti web u tal-media soċjali. Eks Kap tal-prosekuzzjoni speċjali taċ-ċiberkriminalità bejn l-2007 u l-2012. Kien responsabbli għar-repressjoni tal-libertà ta' espressjoni, inkluż permezz tal-arrest, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta' bloggers u ġurnalisti. Persuni arrestati fuq suspett ta' ċiberkriminalità kienu maltrattati u soġġetti għal proċess ġudizzjarju inġust.
|
23.3.2012
|
|
81.
|
MOUSSAVI Seyed Mohammad Bagher (magħruf ukoll bħala MOUSAVI Sayed Mohammed Baqir)
محمدباقر موسوی
|
Sess: raġel
|
Imħallef tal-Qorti Rivoluzzjonarja ta' Ahwaz, Fergħa 2 (2011-2015), li ikkundanna għall-mewt għadd ta' persuni, inkluż ħames Għarab minn Ahwaz, Mohammad Ali Amouri, Hashem Sha'bani Amouri, Hadi Rashedi, Sayed Jaber Alboshoka, Sayed Mokhtar Alboshoka, fis-17 ta' Marzu 2012 għal "attivitajiet kontra s-sigurtà nazzjonali" u "mibegħda kontra Alla". Il-kundanni ġew aċċettati mill-Qorti Suprema tal-Iran fid-9 ta' Jannar 2013. Il-ħamsa li huma ġew arrestati mingħajr ma ġew mixlija għal aktar minn sena, ġew ittorturati u kkundannati mingħajr proċess korrett tal-liġi. Hadi Rashedi u Hashem Sha'bani Amouri ġew iġġustizzjati fl-2014.
|
12.3.2013
|
|
83.
|
JAFARI Asadollah
|
Sess: raġel
|
Bħalissa Avukat Ġenerali f'Isfahan. F'din il-pożizzjoni, ordna reazzjonijiet vjolenti kontra d-dimostranti li ħarġu fit-toroq f'Novembru 2021 biex jipprotestaw kontra l-iskarsezzi tal-ilma. Skont xi rapporti, Asadollah Jafari ħabbar il-formazzjoni ta' uffiċċju speċjali biex jinvestiga d-dimostranti arrestati.
Mill-2017 sal-2021, huwa okkupa l-kariga ta' Avukat Ġenerali fil-Provinċja ta' Khorasan tat-Tramuntana.
Bħala eks Prosekutur tal-Provinċja ta' Mazandaran (2006-2017), Jafari rrakkomanda l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt f'kawżi mmexxija minnu, li rriżulta f'ħafna eżekuzzjonijiet fosthom eżekuzzjonijiet pubbliċi, u f'ċirkostanzi fejn l-impożizzjoni tal-piena tal-mewt tmur kontra d-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, fosthom billi kien sproporzjonat u l-kastig eċċessiv. Jafari kien ukoll responsabbli għall-arresti illegali u l-ksur tad-drittijiet tad-detenuti ta' Baha'i mill-arrest inizjali saż-żamma tagħhom f'iżolament fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni tal-Intelligence.
|
12.3.2013
|
|
84.
|
EMADI, Hamid Reza (magħruf ukoll bħala: Hamidreza Emadi)
|
Post tat-twelid: Hamedan (Iran)
Data tat-twelid: madwar 1973
Post ta' residenza: Tehran
Post tax-xogħol: Press TV HQ, Tehran
Sess: raġel
|
Eks Direttur ta' Press TV Newsroom. Eks Produttur Għoli ta' Press TV.
Responsabbli għall-produzzjoni u x-xandir tal-konfessjonijiet furzati tad-detenuti, fosthom ġurnalisti, attivisti politiċi u persuni li jagħmlu parti mill-minoranza Kurda u dik Għarbija, il-ksur ta' drittijiet internazzjonali rikonoxxuti għal smigħ ġust u proċess korrett tal-liġi. Ir-regolatur indipendenti tax-xandir OFCOM ta multa lil Press TV fir-Renju Unit ta' GBP 100 000 talli xandar il-konfessjoni furzata mill-ġurnalist u produttur tal-films Iranjan-Kanadiż Maziar Bahari fl-2011, li ġiet iffilmjata fil-ħabs waqt li Bahari kien mhedded. L-NGOs irrapportaw aktar każijiet ta' konfessjonijiet furzati fuq it-TV minn Press TV. Emadi għalhekk huwa assoċjat mal-ksur tad-dritt għal proċess korrett tal-liġi u smigħ ġust.
Fl-2016, huwa għadda minn proċeduri dixxiplinari għal fastidju sesswali kontra l-kollega tiegħu Sheena Shirani, li wasslu għas-sospensjoni tiegħu mis-servizz.
|
12.3.2013
|
|
92.
|
ASHTARI Hossein
|
Post tat-twelid: Isfahan (magħruf ukoll bħala: Esfahan, Ispahan)
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Pożizzjoni: Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana
|
Hossein Ashtari kien il-Kap Kmandant tal-forza tal-pulizija Iranjana minn Marzu 2015 sa Jannar 2023 u huwa membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Il-forza tal-pulizija tinkludi l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali. Il-forza tal-pulizija ordinarja tal-Iran, l-Unitajiet Emdad u l-Unitajiet Speċjali użaw forza letali biex irażżnu l-protesti ta' Novembru 2019 fl-Iran, u kkawżaw imwiet u korrimenti ta' dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra f'ħafna bliet madwar il-pajjiż. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali, Ashtari ħa sehem fis-sessjonijiet li rriżultaw fl-ordnijiet biex tintuża forza letali sabiex jitrażżnu l-protesti ta' Novembru 2019. Ashtari għalhekk iġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.4.2021
|
|
95.
|
VASEGHI Leyla (magħrufa wkoll bħala VASEQI Layla, VASEGHI Leila, VASEGHI Layla)
|
Post tat-twelid: Sari, Mazandaran Province (Iran)
Data tat-twelid: 1352 (Kalendarju Hijri Iranjan), 1972 jew 1973 (kalendarju Gregorjan)
Sess: mara
Pożizzjoni: Eks gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt
|
Bħala gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt minn Settembru 2019 sa Novembru 2021, Leyla Vaseghi ordnat lill-pulizija u lil forzi armati oħra biex jużaw forza letali matul il-protesti ta' Novembru 2019, li kkawżat imwiet u korrimenti ta' dimostranti mhux armati u persuni ċivili oħra. Bħala l-gvernatur ta' Shahr-e Qods u Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belt, Vaseghi ġġorr ir-responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran. Fil-kuntest tal-protesti tal-2022 u l-2023, l-Iranjani għadhom jiftakruha għar-rwol ewlieni tagħha fir-repressjoni vjolenti, b'dak li qalet fil-pubbliku jaqbel mar-repressjoni attwali.
|
12.4.2021
|
|
137.
|
REZVANI Ali (magħruf wkoll bħala REZWANI Ali)
رضوانی علی |
|
Data tat-twelid: 1984
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Reporter u preżentatur tal-aħbarijiet rigward affarijiet politiċi u ta' sigurtà tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)
|
Ali Rezvani huwa reporter għall-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) u preżentatur tal-aħbarijiet fuq il-programm tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB.
L-IRIB hija organizzazzjoni tal-media Iranjana kkontrollata mill-istat u inkarigata mit-tixrid ta' informazzjoni mill-gvern. Ix-xandir tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB, li jiġi trażmess fuq il-Kanal 2, huwa l-programm ewlieni tal-aħbarijiet u huwa meqjus bħala l-pjattaforma ewlenija tal-IRIB għall-implimentazzjoni tal-aġendi tal-forzi tas-sigurtà, inkluż il-Ministeru għall-Intelligence (MOIS) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Każijiet dokumentati juru li l-aħbarijiet tat-20:30 ixandru ammissjonijiet ta' ħtija furzati.
Fil-kapaċità tiegħu bħala reporter tal-IRIB, Ali Rezvani jieħu sehem f'interrogazzjonijiet li jwasslu għal ammissjonijiet ta' ħtija furzati, b'hekk jinvolvi ruħu direttament u jiffaċilita ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala preżentatur tal-aħbarijiet tat-20:30, Rezvani jippromwovi l-aġenda tal-forzi tas-sigurtà Iranjani, li tiġġustifika l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħat-tortura u l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji. Rezvani jippromwovi wkoll b'mod persistenti l-propaganda kontra persuni li jikkritikaw ir-reġim sabiex jintimidahom u biex jiġġustifika u jħeġġeġ it-trattament ħażin tagħhom, u b'hekk jikser il-libertà tal-espressjoni ħielsa tagħhom.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
|
142.
|
BORMAHANI Mohsen (magħruf wkoll bħala BARMAHANI Mohsen)
محسن برمهانی
|
Data tat-twelid: 24.5.1979
Post tat-twelid: Neishabur, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Nru tal-passaport: A54062245 (Iran), jiskadi fit-12.7.2026
Numru tal-identità nazzjonali: 1063893488 (Iran)
Kariga: Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)
|
Mohsen Bormahani huwa l-Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li jaġixxi bħala leħen ir-reġim.
Fil-pożizzjoni tiegħu, Bormahani jġorr ir-responsabbiltà għall-kontenut tal-IRIB. L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lejn il-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.
Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022 fl-Iran, Bormahani jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Direttur u f’dikjarazzjonijiet reċenti tiegħu ddefenda r-reġim.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022”
|