Official Journal L 043 , 20/02/1979 P. 0013 - 0019
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0042
Greek special edition: Chapter 11 Volume 13 P. 0191
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 8 P. 0042
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1978 li għandha x'taqsam mal-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, L-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni ta' L-Iżvilupp Internazzjonali (79/195/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u l-Assoċjazzjoni ta' L-Iżvilupp Internazzjonali, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Brussel fit-2 ta' Mejju 1978, għandu jiġi konkluż, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, L-Istati Membri u l-Assoċjazzjoni ta' L-Iżvilupp Internazzjonali hu hawnhekk approvat f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim għandu jkun anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Approvazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tkun notifikata bi qbil ma' Taqsima 2 ta' l-Artikolu V ta' dan il-Ftehim [1]. Artikolu 3 Din id-Deċizjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1978. Għall-Kunsill Il-President Otto GrafLambsdorff [1] Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ, bi qbil ma' Titolu V, l-Artikolu 3 tiegħu, fl-1 ta' Jannar 1979 --------------------------------------------------