13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 115/85


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/622

tas-7 ta’ April 2022

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 fir-rigward tal-istandards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika tat-tagħmir għall-kejl tal-elettriku u tas-salvaviti għal użi domestiċi u għal użi simili

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku li jkun f’konformità mal-istandards armonizzati jew partijiet minnhom, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li hu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti minn dawk l-istandards jew partijiet minnhom.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641 (3), il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) għall-abbozzar u għar-reviżjoni ta’ standards armonizzati għall-kompatibbiltà elettromanjetika b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE.

(3)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec abbozzaw l-istandard armonizzat EN IEC 62053-24:2021 u l-emenda għalih, EN IEC 62053-24:2021/A11:2021, għal miters statiċi għal enerġija reattiva ta’ komponent fundamentali (klassijiet 0,5S, 1S, 1, 2 u 3),

(4)

Abbażi tat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641, is-CEN u s-Cenelec irrevedew l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (ĠU C 173 - 13/05/2016) (4): EN 62053-21:2003, EN 62053-22:2003, EN 62053-23:2003 u EN 61009-1:2012.

(5)

Dan irriżulta, rispettivament, fl-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin u l-emendi għalihom: EN IEC 62053-21:2021 u EN IEC 62053-21:2021/A11:2021 għal miters statiċi għal enerġija attiva b’kurrent alternat (AC) (klassijiet 0,5, 1 u 2); EN IEC 62053-22:2021 u EN IEC 62053-22:2021/A11:2021 għal miters statiċi għal enerġija attiva b’kurrent alternat (AC) (klassijiet 0,1S, 0,2S u 0,5S); EN IEC 62053-23:2021 u EN IEC 62053-23:2021/A11:2021 għal miters statiċi għal enerġija reattiva (klassijiet 2 u 3); EN 61009-1:2012 u EN 61009-1:2012/A13:2021 għal salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili.

(6)

Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u mas-Cenelec, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN IEC 62053-24:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-24:2021/A11:2021, EN IEC 62053-21:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-21:2021/A11:2021, EN IEC 62053-22:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-22:2021/A11:2021, EN IEC 62053-23:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-23:2021/A11:2021 u EN 61009-1:2012, kif emendat b’EN 61009-1:2012/A13:2021, jikkonformawx mat-talba stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2016) 7641.

(7)

L-istandards armonizzati EN IEC 62053-24:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-24:2021/A11:2021, EN IEC 62053-21:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-21:2021/A11:2021, EN IEC 62053-22:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-22:2021/A11:2021, EN IEC 62053-23:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-23:2021/A11:2021, u EN 61009-1:2012, kif emendat b’EN 61009-1:2012/A13:2021, jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/30/UE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati, flimkien mal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(8)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 (5) jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/30/UE. Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE jiġu elenkati f’att wieħed, jenħtieġ li r-referenzi ta’ dawk l-istandards, flimkien mar-referenzi tal-istandards emendatorji rilevanti tagħhom, jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(9)

Għalhekk, jeħtieġ li r-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin ippubblikati permezz tal-Komunikazzjoni (ĠU C 173 - 13/05/2016) jiġu rtirati minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea: EN 62053-21:2003, EN 62053-22:2003, EN 62053-23:2003 u EN 61009-1:2012.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE li huma rtirati mis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jixraq li dawk ir-referenzi jiġu inklużi f’dak l-Anness.

(11)

Sabiex il-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-applikazzjoni tal-istandards armonizzati EN IEC 62053-21:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-21:2021/A11:2021, EN IEC 62053-22:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-22:2021/A11:2021, EN IEC 62053-23:2021, kif emendat b’EN IEC 62053-23:2021/A11:2021, u EN 61009-1:2012, kif emendat b’EN 61009-1:2012/A13:2021, jeħtieġ li jiġi differit l-irtirar tar-referenzi tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN 62053-21:2003, EN 62053-22:2003, EN 62053-23:2003 u EN 61009-1:2012.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ April 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

(2)  Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2016) 7641 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-kompatibbiltà elettromanjetika.

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni) (ĠU C 246, 13.7.2018, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1326 tal-5 ta’ Awwissu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-kompatibilità elettromanjetika abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 206, 6.8.2019, p. 27).


ANNESS I

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

“16.

EN IEC 62053-21:2021

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku — Rekwiżiti partikolari — Parti 21: Miters statiċi għal enerġija attiva b’kurrent alternat (AC) (klassijiet 0,5, 1 u 2)

EN IEC 62053-21:2021/A11:2021

17.

EN IEC 62053-22:2021

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku — Rekwiżiti partikolari — Parti 22: Miters statiċi għal enerġija attiva b’kurrent alternat (AC) (klassijiet 0,1S, 0,2S u 0,5S)

EN IEC 62053-22:2022/A11:2021

18.

EN IEC 62053-23:2021

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku — Rekwiżiti partikolari — Parti 23: Miters statiċi għal enerġija reattiva (klassijiet 2 u 3)

EN IEC 62053-23:2022/A11:2021

19.

EN IEC 62053-24:2021

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku — Rekwiżiti partikolari — Parti 24: Miters statiċi għal enerġija reattiva ta’ komponent fundamentali (klassijiet 0,5S, 1S, 1, 2 u 3)

EN IEC 62053-24:2022/A11:2021

20.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) — Parti 1: Regoli ġenerali.

EN 61009-1:2012/A13:2021”.


ANNESS II

Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1326, jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

Nru

Referenza tal-istandard

Data tal-irtirar

“14.

EN 62053-21:2003

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku (a.c.) — Rekwiżiti partikolari —

Parti 21: Miters statiċi għal enerġija attiva (klassijiet 1 u 2)

It-13 ta’ Ottubru 2023

15.

EN 62053-22:2003

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku (a.c.) — Rekwiżiti partikolari —

Parti 22: Miters statiċi għal enerġija attiva (klassijiet 0,2 S u 0,5 S)

It-13 ta’ Ottubru 2023

16.

EN 62053-23:2003

Tagħmir għall-kejl tal-elettriku (a.c.) — Rekwiżiti partikolari —

Parti 23: Miters statiċi għal enerġija reattiva (klassijiet 2 u 3)

It-13 ta’ Ottubru 2023

17.

EN 61009-1:2012

Salvaviti mħaddma għal kurrent residwu bi protezzjoni integrali għal kurrent żejjed għal użi domestiċi u simili (RCBOs) —

Parti 1: Regoli ġenerali.

It-13 ta’ Ottubru 2023”