Official Journal L 150 , 01/07/1995 P. 0091 - 0092
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1591/95 tat-30 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju użati f’ċerti prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 ta’ l-24 ta’ Frar 1986 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/95 [2], u, partikolarment l-Artikoli 13(8), 14(5) u 14a(7) tiegħu, Billi skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86, liċenzja ta’ l-esportazzjoni hija meħtieġa qabel tingħata kull rifużjoni; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3719/88 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1199/95 [4], jippreskrivi regoli dettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 836/95 [6], jistabbilixxi nomenklatura għall-prodotti agrikoli għal rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 331/95 [8], jippreskrivi regoli komuni sabiex tiġi applikata s-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli; billi dawn ir-regoli jridu jiġu supplimentati b’regoli speċifiċi fuq il-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju inkorporati fi prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix; Billi,skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86, ir-rifużjonijiet iridu jiġu stabbiliti fil-limiti li joħorġu minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat; Billi, b’dan il-ħsieb, u sabiex tiġi evitata distorsjoni fil-kompetizzjoni, is-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju inkorporati fi prodotti proċessati mill-frott u ħaxix trid tiġi konformi mas-sistema prevista fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/95 tad-29 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (KEE) Nru 1418/76 u (KEE) Nru 1766/92 fir-rigward ta’ importazzjoni u esportazzjoni jew prodotti proċessati minn ċereali u ross u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/95 li jippreskrivi regoli speċjali dettaljati dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross [9]; Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Rifużjoni fuq esportazzjoni tista tingħata fir-rigward ta’ glukosju u ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 17023051, 17023059, 17023091, 17023099 u 17024090 użati fil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 426/86. Artikolu 2 Ir-Regolament (KE) Nru 1518/95 għandu japplika għall-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1. L-għotja ta’ rifużjoni skond dan ir-Regolament għandha twaqqaf l-għotja ta’ rifużjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1429/95 [10] li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ prodotti proċessati mill-frott u l-ħaxix, għajr dawk ir-rifużjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ zokkor miżjud. Artikolu 3 Għandu jibda japplika mill-1 ta[rsquo] Lulju 1995. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ġunju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1. [2] ĠU L 105, tad-9.5.1995, p. 3. [3] ĠU L 331, tat-2.12.1998, p. 1. [4] ĠU L 119, tat-30.5.1995, p. 4. [5] ĠU L 366, ta’ l-24.12.1987, p. 1. [6] ĠU L 88, tal-21.4.1995, p. 1. [7] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1. [8] ĠU L 38, tat-18.2.1995, p. 1. [9] ĠU L 147, tat-30.6.1995, p. 55. [10] ĠU L 141, ta’ l-24.6.1995, p. 28. --------------------------------------------------