|
5.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 392/130 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 137 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fil-każ ta’ ħabta frontali b’enfasi fuq is-sistema ta’ trażżin [2021/1862]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-serje ta’ emendi 02 – Data tad-dħul fis-seħħ: 9 ta’ Ġunju 2021
Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2015/106 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2018/77 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2018/140 |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2020/59 u |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2020/110 |
WERREJ
REGOLAMENT
|
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
|
2. |
Definizzjonijiet |
|
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet |
|
6. |
Struzzjonijiet għall-utenti ta’ vetturi mgħammra b’airbags |
|
7. |
Modifika u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura |
|
8. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
9. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
|
11. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
|
12. |
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali |
ANNESSI
|
1 |
Komunikazzjoni |
|
2 |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
|
3 |
Proċedura tat-test |
|
4 |
Il-kriterji ta’ prestazzjoni |
|
5 |
L-arranġament u l-installazzjoni ta’ manikini u l-aġġustament tas-sistemi ta’ trażżin |
|
6 |
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati |
|
Appendiċi 1 |
– Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għall-punt “H” (magna 3-D H) |
|
Appendiċi 2 |
– Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali |
|
Appendiċi 3 |
– Id-data ta’ referenza li tikkonċerna pożizzjonijiet bilqiegħda |
|
7 |
Il-proċedura tat-test bit-trolley |
Appendiċi - Il-kurva ta’ ekwivalenza - l-intervall ta’ tolleranza għall-kurva ΔV = f(t)
|
8 |
It-teknika tal-kejl fit-testijiet tal-kejl: Strumentazzjoni |
|
9 |
Proċeduri tat-test għall-vetturi mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika |
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għall-vetturi tal-kategorija M1 (1) ta’ massa massima permissibbli ta’ inqas minn 3 500 kg u għall-vetturi tal-kategorija N1.
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
2.1. |
“Sistema protettiva” tfisser tagħmir u apparati ta’ fuq ġewwa maħsuba biex irażżnu lill-okkupanti tal-vettura u jikkontribwixxu biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 5 ta’ hawn taħt. |
|
2.2. |
“Tip ta’ sistema protettiva” tfisser kategorija ta’ apparati protettivi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma:
|
|
2.3. |
“Wisa’ tal-vettura” tfisser id-distanza bejn żewġ pjani paralleli għall-pjan medjan lonġitudinali (tal-vettura) u li jmissu l-vettura fuq iż-żewġ naħat tal-imsemmi pjan imma li jeskludi l-apparati fuq barra għall-viżjoni indiretta, id-dwal li jimmarkaw il-ġenb, l-indikaturi tal-pressjoni tat-tajers, id-dwal li jindikaw id-direzzjoni, id-dwal tal-pożizzjoni, parafangi flessibbli u l-parti bbuzzata tal-ħitan tal-ġenb tat-tajers eżatt fuq il-punt ta’ kuntatt mal-art. |
|
2.4. |
“Tip ta’ vettura” tfisser kategorija ta’ vetturi motorizzati li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħalma huma: |
|
2.4.1. |
It-tul u l-wisa’ tal-vettura, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.2. |
L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-parti tal-vettura ’l quddiem mill-pjan trasversali mill-punt “R” tas-sit tas-sewwieq, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.3. |
Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-tip ta’ sistema protettiva, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultati tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.4. |
Il-post (quddiem, wara jew iċ-ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tal-proċedura tat-test tal-impatt kif preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.5. |
Il-massa mingħajr tagħbija, fejn ikollha effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.6. |
L-arranġamenti jew it-tagħmir opzjonali pprovduti mill-manifattur, fejn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament; |
|
2.4.7. |
Il-postijiet fejn ikunu jinsabu r-REESS, fejn dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f’dan ir-Regolament. |
|
2.5. |
Il-kompartiment tal-passiġġieri |
|
2.5.1. |
“Kompartiment tal-passiġġieri fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta’ barra u l-paratija ta’ quddiem (front bulkhead) u l-pjan tal-paratija tal-kompartiment ta’ wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta’ wara; |
|
2.5.2. |
“Kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, il-ħġieġ ta’ barra u l-paratija ta’ quddiem (front bulkhead) u ta’ wara (rear bulkhead, jew rear gate), kif ukoll permezz tal-ostakli u l-kaxex ta’ protezzjoni elettrika provduti biex l-okkupanti jiġu protetti minn kuntatt dirett ma’ partijiet “live” b’vultaġġ għoli. |
|
2.6. |
Il-“punt R” tfisser punt ta’ referenza ddefinit għal kull sit mill-manifattur, relatat mal-istruttura tal-vettura, kif indikat fl-Anness 6. |
|
2.7. |
Il-“punt H” tfisser il-punt ta’ referenza ddefinit għal kull sit mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet, f’konformità mal-proċedura deskritta fl-Anness 6. |
|
2.8. |
“Il-massa mingħajr tagħbija f’kundizzjoni ta’ sewqan” tfisser il-massa tal-vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, mhux okkupata u mhux mgħobbija imma mimlija bil-fjuwil, il-likwidu li jkessaħ, il-lubrikant, l-għodod u l-istepni (jekk dawn ikunu provduti bħala tagħmir standard mill-manifattur tal-vettura). |
|
2.9. |
“Airbag” tfisser apparat installat biex iżid maċ-ċinturini ta’ sigurtà u s-sistemi ta’ trażżin f’vetturi motorizzati, jiġifieri sistemi li, fil-każ ta’ impatt qawwi li jaffettwa lill-vettura, b’mod awtomatiku jattiva struttura flessibbli intenzjonata sabiex tillimita, permezz tal-kompressjoni tal-gass ta’ ġewwa fiha, il-gravità tal-kuntatt ta’ parti waħda jew aktar mill-ġisem tal-okkupant tal-vettura, man-naħa ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri. |
|
2.10. |
“Airbag tal-passiġġier” tfisser assemblaġġ ta’ airbag maħsub għall-ħarsien tal-okkupant(i) fis-sits kollha apparti dak tas-sewwieq fil-każ ta’ ħabta frontali. |
|
2.11. |
“Vultaġġ għoli” tfisser il-klassifikazzjoni ta’ komponent jew ċirkwit elettriku diment li l-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V b’kurrent dirett (DC) jew > 30 V u ≤1 000 V b’kurrent alternat (AC) root-mean-square (rms). |
|
2.12. |
“Sistema ta’ Ħażna ta’ Enerġija Elettrika Rikarikabbli (REESS)” tfisser is-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija rikarikabbli li tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.
Batterija li l-użu primarju tagħha huwa li tipprovdi l-enerġija għall-istartjar tal-magna u/jew għat-tidwil u/jew sistemi awżiljarji oħra tal-vettura ma titqiesx bħala REESS. Ir-REESS tista’ tinkludi s-sistemi meħtieġa għall-appoġġ fiżiku, għall-ġestjoni termali, għall-kontrolli elettroniċi u għall-protezzjoni fiżika (casing). |
|
2.13. |
“Ostaklu ta’ protezzjoni elettrika” tfisser il-parti li tipprovdi l-protezzjoni mill-kuntatt dirett mal-partijiet “live” b’vultaġġ għoli. |
|
2.14. |
“Sistema tal-motopropulsjoni elettrika” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni, u jista’ jinkludi wkoll ir-REESS, is-sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-kablaġġ u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema tal-akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS. |
|
2.15. |
“Partijiet live” tfisser il-parti(jiet) konduttiva/i maħsuba biex jiġu enerġizzati elettrikament f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali. |
|
2.16. |
“Parti konduttiva esposta” tfisser il-parti konduttiva li tista’ tintmiss skont id-dispożizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB u li normalment ma tkunx enerġizzata, iżda li tista’ tiġi enerġizzata elettrikament f’kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ iżolament. Din tinkludi partijiet taħt għata li tista’ titneħħa mingħajr għodda. |
|
2.17. |
“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet “live” b’vultaġġ għoli. |
|
2.18. |
“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni ma’ partijiet konduttivi esposti. |
|
2.19. |
“Grad ta’ protezzjoni IPXXB” tfisser il-protezzjoni minn kuntatt ma’ partijiet “live” b’vultaġġ għoli provduta minn ostaklu jew kaxxa ta’ protezzjoni elettrika u li tiġi ttestjata permezz ta’ Saba’ tat-Test Artikolat (Jointed Test Finger) (IPXXB) kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Anness 9. |
|
2.20. |
“Vultaġġ operattiv” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ root-mean-square (rms) ta’ ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista’ jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f’kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħ jew f’kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun separat permezz ta’ iżolament galvaniku, il-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit diviż, rispettivament. |
|
2.21. |
“Sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata s-sistema ta’ ħażna ta’ enerġija elettrika rikarikabbli (REESS)” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat biex tiġi ċċarġjata r-REESS minn provvista esterna tal-enerġija elettrika inkluża l-plakka tal-vettura. |
|
2.22. |
“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi konnessi flimkien bl-elettriku, li l-potenzjal elettriku tiegħu jittieħed bħala referenza. |
|
2.23. |
“Ċirkwit elettriku” tfisser assemblaġġ ta’ partijiet “live” konnessi flimkien, iddisinjat biex jiġi enerġizzat elettrikament waqt it-tħaddim normali. |
|
2.24. |
“Sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika” tfisser sistema (eż. ċellula tal-fjuwil) li tiġġenera u tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
|
2.25. |
“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jista’ jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika. |
|
2.26. |
“Kaxxa” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni minn kwalunkwe kuntatt dirett. |
|
2.27. |
“Bus ta’ vultaġġ għoli” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS, li titħaddem b’vultaġġ għoli. Meta ċ-ċirkwiti elettriċi ikunu konnessi galvanikament ma’ xulxin u jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ vultaġġ speċifiku, il-komponenti jew il-partijiet taċ-ċirkwit elettriku li jaħdmu b’vultaġġ għoli biss jiġu klassifikati bħala bus ta’ vultaġġ għoli. |
|
2.28. |
“Iżolatur solidu” tfisser il-kisja ta’ insulazzjoni tal-kablaġġ, ipprovduta sabiex tgħatti u tipprevjeni l-partijiet “live” b’vultaġġ għoli minn kwalunkwe kuntatt dirett. |
|
2.29. |
“Skonnettur awtomatiku” tfisser apparat li meta jitħaddem, jissepara galvanikament is-sorsi ta’ enerġija elettrika mill-bqija taċ-ċirkwit b’vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika. |
|
2.30. |
“Batterija ta’ trazzjoni tat-tip miftuħa” tfisser tip ta’ batterija li teħtieġ il-mili bil-likwidu u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu li jiġi rilaxxat fl-atmosfera. |
|
2.31. |
“Sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament” tfisser sistema li tillokkja l-bibien awtomatikament b’veloċità stabbilita minn qabel jew fi kwalunkwe kundizzjoni oħra kif definit mill-manifattur. |
|
2.32. |
“Sistema ta’ spostament” tfisser apparat li bih is-sit jew parti waħda jew aktar tiegħu jkunu jistgħu jiġu spostjati u/jew mdawra, mingħajr ebda pożizzjoni intermedja fissa, biex ikun possibbli l-aċċess faċli tal-okkupanti għall-ispazju ta’ wara s-sit konċernat u minnu. |
|
2.33. |
“Elettrolit milwiem” tfisser elettrolit ibbażat fuq solvent tal-ilma għall-komposti (eż. aċidi, bażijiet) li jipprovdi joni konduttivi wara d-dissoċjazzjoni tiegħu. |
|
2.34. |
“Tnixxija tal-elettrolit” tfisser it-tnixxija tal-elettrolit mir-REESS fil-forma ta’ likwidu. |
|
2.35. |
“Elettrolit mhux milwiem” tfisser elettrolit li mhux ibbażat fuq l-ilma bħala solvent. |
|
2.36. |
“Kundizzjonijiet ta’ tħaddim normali” jinkludu modalitajiet u kundizzjonijiet ta’ tħaddim li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom b’mod raġonevoli waqt it-tħaddim tipiku tal-vettura inkluż sewqan b’veloċitajiet fil-limiti legali, ipparkjar jew waqfien fit-traffiku, kif ukoll, iċċarġjar bl-użu ta’ ċarġers li huma kompatibbli mal-portijiet tal-iċċarġjar speċifiċi installati fuq il-vettura. Dan ma jinkludix, kundizzjonijiet fejn il-vettura ssirilha ħsara, jew kawża ta’ kolliżjoni, ta’ tifrik tat-triq jew ta’ vandaliżmu, fejn il-vettura tkun soġġetta għan-nar jew mgħaddsa taħt l-ilma, jew fi stat fejn ikunu meħtieġa jew qed jitwettqu servizz u/jew manutenzjoni. |
|
2.37. |
“Kundizzjoni ta’ vultaġġ speċifiku” tfisser il-kundizzjoni li l-vultaġġ massimu ta’ ċirkwit elettriku konness galvanikament bejn parti live DC u kwalunkwe parti oħra live (DC jew AC) ikun ≤ 30 V AC (rms) u ≤ 60 V DC.
Nota: Meta parti live DC ta’ ċirkwit elettriku bħal dan tkun konnessa max-xażi elettriku u l-kundizzjoni ta’ vultaġġ speċifiku tkun tapplika, il-vultaġġ massimu bejn kwalunkwe parti live u x-xażi elettriku jkun ≤ 30 V AC (rms) u ≤ 60 V DC. |
|
2.38. |
“Stat taċ-Ċarġ (SOC)” tfisser iċ-ċarġ elettriku disponibbli f’REESS, espress bħala perċentwal tal-kapaċità nominali tiegħu. |
|
2.39. |
“Nirien” tfisser l-emissjoni ta’ fjammi mill-vettura. Ix-xrar u l-arcing ma għandhomx jitqiesu bħala fjammi. |
|
2.40. |
“Splużjoni” tfisser ir-rilaxx f’daqqa ta’ enerġija li jkun biżżejjed biex jinħolqu mewġiet ta’ pressjoni u/jew projettili li jistgħu jikkawżaw ħsara strutturali u/jew fiżika lill-madwar tal-vettura. |
3. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward il-protezzjoni tal-okkupanti tas-sits ta’ quddiem fil-każ ta’ ħabta frontali għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu. |
|
3.2. |
Ma’ din għandhom ikunu mehmuża tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin: |
|
3.2.1. |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha; |
|
3.2.2. |
Ritratti, u/jew dijagrammi u disinni ta’ elevazzjoni tal-vettura li juru t-tip tal-vettura minn quddiem, mill-ġenb u minn wara, u d-dettalji tad-disinn tal-parti ta’ quddiem tal-istruttura; |
|
3.2.3. |
Id-dettalji tal-massa tal-vettura mingħajr tagħbija f’kundizzjoni ta’ sewqan; |
|
3.2.4. |
Il-linji u d-dimensjonijiet ta’ ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri; |
|
3.2.5. |
Deskrizzjoni tat-tagħmir u tas-sistemi protettivi ta’ fuq ġewwa installati fil-vettura; |
|
3.2.6. |
Deskrizzjoni ġenerali tat-tip tas-sors ta’ enerġija elettrika, il-post u s-sistema tal-motopropulsjoni elettrika (eż. ibrida, elettrika). |
|
3.3. |
L-applikant għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe data u riżultat ta’ testijiet imwettqa biex ikun jista’ jiġi stabbilit li tista’ tintlaħaq konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa bi grad suffiċjenti ta’ konfidenza. |
|
3.4. |
Vettura li tirrappreżenta t-tip li għandu jiġi approvat għandha titressaq lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. |
|
3.4.1. |
Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista’ tkun aċċettata għat-test kemm-il darba jista’ jintwera li n-nuqqas tal-komponenti m’għandu l-ebda effett ħażin fuq ir-riżultati tat-test sa fejn huma kkonċernati r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.4.2. |
Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-applikant għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1. ta’ hawn fuq hija kompatibbli mal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
4. APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura. |
|
4.1.1. |
Is-Servizz Tekniku maħtur f’konformità mal-paragrafu 12 ta’ hawn taħt għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet meħtieġa jkun ġew issodisfati. |
|
4.1.2. |
F’każ ta’ dubju, meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu kwalunkwe data jew riżultati ta’ testijiet ipprovduti mill-manifattur li jistgħu jitqiesu fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-Servizz Tekniku. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat f’konformità mal-Iskeda 4 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3). |
|
4.3. |
In-notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata mill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formula konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
4.4. |
Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, b’mod li jolqot l-għajn u f’post faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn: |
|
4.4.1. |
Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2) |
|
4.4.2. |
In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq. |
|
4.5. |
Jekk il-vettura tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ta’ hawn fuq m’hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’każ bħal dan, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq il-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
|
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta’ jew fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur. |
|
4.8. |
L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni. |
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET
|
5.1. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
5.1.1. |
Il-punt “H” għal kull sit għandu jiġi ddefinit f’konformità mal-proċedura deskritta fl-Anness 6. |
|
5.1.2. |
Meta s-sistema protettiva għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem tinkludi ċinturini, il-komponenti taċ-ċinturin għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament Nru 16. |
|
5.1.3. |
Il-pożizzjonijiet bilqiegħda fejn huwa installat il-manikin u s-sistema protettiva li tinkludi ċ-ċinturini għandhom jiġu pprovduti b’punti ta’ ankraġġ konformi mar-Regolament Nru 14. |
|
5.2. |
Speċifikazzjonijiet għat-test b’sistema tat-trażżin (Test b’Ostaklu Riġidu tal-Wisa’ Kollha)
Il-vettura għandha tiġi ttestjata u approvata f’konformità mal-metodu deskritt fl-Anness 3. Il-vettura li, bi ftehim mas-Servizz Tekniku, titqies li għandha l-agħar każ ta’ effett ta’ fuq ir-riżultat tal-kriterji ta’ korriment speċifikati fil-paragrafu 5.2.1. għandha tintgħażel għal dan it-test. It-test tal-vettura mwettaq f’konformità mal-metodu deskritt fl-Anness 3 għandu jitqies sodisfaċenti jekk il-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-paragrafi 5.2.1. sa 5.2.6. ta’ hawn taħt kollha jkunu ssodisfati fl-istess ħin. Barra minn hekk, il-vetturi mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8. Dan jista’ jsir permezz ta’ test tal-impatt separat fuq talba tal-manifattur u wara l-validazzjoni mis-Servizz Tekniku, u dan kemm-il darba l-komponenti elettriċi ma jinfluwenzawx il-livell ta’ protezzjoni tal-okkupanti tat-tip ta’ vettura kif definit fil-paragrafi minn 5.2.1. sa 5.2.5. ta’ dan ir-Regolament. F’każ li l-kundizzjoni tkun tali, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8. għandhom jiġu vverifikati f’konformità mal-metodi stipulati fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, għajr għall-paragrafi 2., 5. u 6. tal-Anness 3. Fis-sit tas-sewwieq għandu jiġi installat manikin li jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Hybrid III b’dimensjonijiet tal-ħamsin perċentil (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tal-Anness 3) li jkollu angolu tal-għaksa ta’ 45° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu. Fis-sit tal-passiġġier lejn in-naħa ta’ barra għandu jiġi installat manikin li jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Hybrid III b’dimensjonijiet tal-ħames perċentil (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tal-Anness 3) li jkollu angolu tal-għaksa ta’ 45° u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu. |
|
5.2.1. |
Il-kriterji tal-prestazzjoni deskritti fl-Anness 4 u rreġistrati f’konformità mal-Anness 8, fuq il-manikini fis-sits ta’ quddiem lejn in-naħa ta’ barra għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
5.2.1.1. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni Hybrid III għal manikin b’dimensjonijiet ta’ raġel adult tal-ħamsin perċentil: |
|
5.2.1.1.1. |
Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC - head performance criterion) ma għandux jeċċedi l-1 000 u l-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta ma għandhiex teċċedi 80 g għal aktar minn 3 ms. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata b’mod kumulattiv, eskluż il-moviment ta’ rġigħ lura tar-ras; |
|
5.2.1.1.2. |
Il-kriterji ta’ korriment fl-għonq ma għandhomx jeċċedu dawn il-valuri:
|
|
5.2.1.1.3. |
Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi (ThCC - thorax compression criterion) ma għandux jeċċedi 42 mm. |
|
5.2.1.1.4. |
Il-kriterju tal-viskożità (V * C) għat-toraċi ma għandux jeċċedi 1,0 m/s; |
|
5.2.1.1.5. |
Il-kriterju tal-forza fuq il-femur (FFC - Femur Force Criterion) ma għandux jeċċedi 9,07 kN. |
|
5.2.1.2. |
Rekwiżiti tal-prestazzjoni Hybrid III għal manikin b’dimensjonijiet ta’ mara adulta tal-ħames perċentil: |
|
5.2.1.2.1. |
Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC - head performance criterion) ma għandux jeċċedi l-1 000 u l-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta ma għandhiex teċċedi 80 g għal aktar minn 3 ms. Din tal-aħħar għandha tiġi kkalkulata b’mod kumulattiv, eskluż il-moviment ta’ rġigħ lura tar-ras; |
|
5.2.1.2.2. |
Il-kriterji ta’ korriment fl-għonq ma għandhomx jeċċedu dawn il-valuri:
|
|
5.2.1.2.3. |
Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi (ThCC - thorax compression criterion) ma għandux jeċċedi 34 mm (3) fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija M1 u 42 mm fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N1. |
|
5.2.1.2.4. |
Il-kriterju tal-viskożità (V * C) għat-toraċi ma għandux jeċċedi 1,0 m/s; |
|
5.2.1.2.5. |
Il-kriterju tal-forza fuq il-femur (FFC - Femur Force Criterion) ma għandux jeċċedi 7 kN. |
|
5.2.2. |
Spostament residwu tal-istering |
|
5.2.2.1. |
Wara li jsir it-test tal-ispostament residwu tal-istering, imkejjel miċ-ċentru tal-fulkru tal-istering, dan il-moviment ma għandux jeċċedi 80 mm fid-direzzjoni vertikali ’l fuq u 100 mm fid-direzzjoni orizzontali lura. |
|
5.2.2.2. |
Il-vetturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ispostament residwu tal-istering tar-Regolament Nru 12 jew tar-Regolament Nru 94 jitqiesu li jkunu konformi mal-paragrafu 5.2.2.1. ta’ hawn fuq. |
|
5.2.3. |
Matul it-test ma għandha tinfetaħ l-ebda bieba. |
|
5.2.3.1. |
Fil-każ ta’ sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b’mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta’ waħda minn dawn iż-żewġ (2) proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur: |
|
5.2.3.1.1. |
Jekk l-ittestjar jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 1.4.3.5.2.1. tal-Anness 3, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż. permezz ta’ data interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, l-ebda bieba ma tinfetaħ f’każ ta’ impatt. |
|
5.2.3.1.2. |
It-test jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 1.4.3.5.2.2. tal-Anness 3. |
|
5.2.4. |
Wara l-impatt, il-bibien laterali ma għandhomx ikunu llokkjati. |
|
5.2.4.1. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament, il-bibien għandhom ikunu llokkjati qabel il-mument tal-impatt u rilaxxati wara l-impatt. |
|
5.2.4.2. |
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b’mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta’ waħda minn dawn iż-żewġ (2) proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur: |
|
5.2.4.2.1. |
Jekk l-ittestjar jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 1.4.3.5.2.1. tal-Anness 3, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż., permezz ta’ data interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, ma għandu jseħħ ebda llokkjar tal-bibien laterali waqt l-impatt. |
|
5.2.4.2.2. |
It-test jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 1.4.3.5.2.2. tal-Anness 3. |
|
5.2.5. |
Wara l-impatt, għandu jkun possibbli, mingħajr l-użu ta’ għodod, għajr dawk neċessarji biex isostnu l-piż tal-manikin: |
|
5.2.5.1. |
Li tkun tinfetaħ tal-inqas bieba waħda kull filliera ta’ sits. Fejn ma jkunx hemm bieba bħal din, għandu jkun possibbli li l-okkupanti kollha jiġu evakwati billi tiġi attivata s-sistema ta’ spostament tas-sits, jekk ikun meħtieġ. Dan mhux applikabbli għal vetturi konvertibbli li s-saqaf tagħhom jista’ jinfetaħ faċilment biex jippermetti l-evakwazzjoni tal-okkupanti.
Dan għandu jiġi vvalutat għall-konfigurazzjonijiet kollha jew għall-konfigurazzjoni tal-agħar xenarju għan-numru ta’ bibien fuq kull naħa tal-vettura u kemm għall-vetturi li jinsaqu fuq ix-xellug kif ukoll għall-vetturi li jinsaqu fuq il-lemin, meta applikabbli. |
|
5.2.5.2. |
Li jinħallu l-manikini mis-sistema ta’ trażżin tagħhom li, jekk tkun imsakkra, għandha tkun tista’ tinfetaħ b’forza massima ta’ 60 N fuq iċ-ċentru tal-kontroll tar-rilaxx; |
|
5.2.5.3. |
Li jitneħħew il-manikini mill-vettura mingħajr aġġustament tas-sits. |
|
5.2.6. |
Fil-każ ta’ vettura li taħdem bi fjuwil likwidu, mal-ħabta ma għandux ikun hemm aktar minn tnixxija minima ta’ likwidu mis-sors ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil. |
|
5.2.7. |
Jekk wara l-ħabta jkun hemm tnixxija kontinwa ta’ likwidu mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil, ir-rata ta’ tnixxija ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 30 g/min; jekk il-likwidu mis-sistema ta’ alimentazzjoni tal-fjuwil jitħallat ma’ likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux jiġu sseparati u identifikati faċilment, il-likwidi kollha miġbura għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-tnixxija kontinwa. |
|
5.2.8. |
Wara li jkun twettaq it-test f’konformità mal-proċedura definita fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika li topera b’vultaġġ għoli u s-sistemi b’vultaġġ għoli, li huma konnessi galvanikament mal-bus ta’ vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti: |
|
5.2.8.1. |
Protezzjoni minn xokk elettriku
Wara l-impatt, il-buses ta’ vultaġġ għoli jridu jissodisfaw tal-inqas wieħed mill-erba’ kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.8.1.1. sa 5.2.8.1.4.2. ta’ hawn taħt. Jekk il-vettura jkollha funzjoni ta’ skonnessjoni awtomatika, jew apparat(i) li jisseparaw konduttivament iċ-ċirkwit tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, wara li tiġi attivata l-funzjoni ta’ skonnessjoni, għaċ-ċirkwit skonness jew għal kull ċirkwit isseparat, individwalment, għandu japplika tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin. Madankollu, il-kriterji definiti fil-paragrafu 5.2.8.1.4. ta’ hawn taħt ma japplikawx jekk ikun hemm iktar minn reżistenza waħda ta’ parti mill-bus ta’ vultaġġ għoli li ma tkunx protetta bil-kundizzjonijiet tal-grad ta’ protezzjoni IPXXB. Fil-każ li t-test tal-ħbit jitwettaq bil-kundizzjoni li l-parti(jiet) tas-sistema b’vultaġġ għoli ma jkunux enerġizzati u bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe sistema ta’ akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS li ma tkunx enerġizzata waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tiġi ppruvata jew skont il-paragrafu 5.2.8.1.3. jew il-paragrafu 5.2.8.1.4. ta’ hawn taħt għall-parti(jiet) rilevanti. |
|
5.2.8.1.1. |
Assenza ta’ vultaġġ għoli
Il-vultaġġi Ub, U1 u U2 tal-buses ta’ vultaġġ għoli għandhom ikunu daqs jew inqas minn 30 VAC jew 60 VDC sa 60 sekonda wara l-impatt meta mkejla f’konformità mal-paragrafu 2. tal-Anness 9. |
|
5.2.8.1.2. |
Livell baxx ta’ enerġija elettrika
L-Enerġija Totali (TE) fil-buses ta’ vultaġġ għoli għandha tkun inqas minn 0,2 joules meta mkejla skont il-proċedura tat-test kif speċifikat fil-paragrafu 3. tal-Anness 9 bil-formula (a). Alternattivament, l-enerġija totali (TE) tista’ tiġi kkalkulata bil-vultaġġ imkejjel Ub tal-bus ta’ vultaġġ għoli u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) speċifikata mill-manifattur skont il-formula (b) tal-paragrafu 3. tal-Anness 9. Anke l-enerġija maħżuna fil-Y-capacitors (TEy1, TEy2) għandha tkun inqas minn 0,2 joules. Din għandha tiġi kkalkulata billi jitkejlu l-vultaġġi U1 u U2 tal-buses ta’ vultaġġ għoli u tax-xażi elettriku, u l-kapaċitanza tal-Y-capacitors speċifikata mill-manifattur skont il-formula (c) tal-paragrafu 3. tal-Anness 9. |
|
5.2.8.1.3. |
Protezzjoni fiżika
Għall-protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet “live” b’vultaġġ għoli, għandu jiġi provdut grad ta’ protezzjoni IPXXB. Il-valutazzjoni għandha titwettaq f’konformità mal-paragrafu 4. tal-Anness 9. Barra minn hekk, għall-protezzjoni minn xokk elettriku li jista’ jirriżulta minn kuntatt indirett, ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti kollha ta’ ostakli/kaxex ta’ protezzjoni elettrika u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 Ω u r-reżistenza bejn kwalunkwe żewġ partijiet konduttivi esposti li jistgħu jintlaħqu simultanjament ta’ ostakli/kaxex ta’ protezzjoni elettrika li jkunu inqas minn 2,5 m minn xulxin għandha tkun inqas minn 0,2 Ω meta jkun hemm fluss ta’ kurrent ta’ mill-inqas 0,2 A. Din ir-reżistenza tista’ tiġi kkalkulata bl-użu tar-reżistenzi mkejla separatament tal-partijiet rilevanti taċ-ċirkwit elettriku. Dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati jekk il-konnessjoni galvanika tkun saret bl-iwweldjar. Fil-każ ta’ dubju jew ta’ konnessjoni stabbilita b’mezzi oħra għajr l-iwweldjar, il-kejl għandu jsir billi tintuża waħda mill-proċeduri tat-test deskritti fil-paragrafu 4.1. tal-Anness 9. |
|
5.2.8.1.4. |
Reżistenza tal-iżolament
Għandhom jiġu ssodisfati l-kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.2.8.1.4.1. u 5.2.8.1.4.2. ta’ hawn taħt. Il-kejl għandu jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 5. tal-Anness 9. |
|
5.2.8.1.4.1. |
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn buses DC jew AC separati
Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli AC u l-buses ta’ vultaġġ għoli DC ikunu iżolati minn xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn il-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5. tal-Anness 9) għandu jkollha valur minimu ta’ 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC. |
|
5.2.8.1.4.2. |
Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn buses DC jew AC kkombinati
Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli AC u l-buses ta’ vultaġġ għoli DC ikunu konnessi konduttivament, dawn għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
5.2.8.2. |
Tnixxija tal-elettrolit |
|
5.2.8.2.1. |
Fil-każ ta’ REESS b’elettrolit milwiem.
Għall-perjodu bejn il-waqt tal-impatt sa 60 minuta wara l-impatt, ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija tal-elettrolit mir-REESS għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri, filwaqt li t-tnixxija tal-elettrolit mir-REESS ’il barra mill-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex tkun aktar minn 7 fil-mija, skont il-volum, tal-elettrolit, bi tnixxija massima ta’ 5,0 l. L-ammont ta’ elettrolit li jitnixxa jista’ jitkejjel bit-tekniki li jintużaw is-soltu għad-determinazzjoni tal-volumi ta’ likwidu wara l-ġbir tiegħu. Għal kontenituri li fihom Stoddard, fluwidu berried ikkulurit u elettrolit, il-fluwidi għandhom jitħallew jisseparaw skont id-densità relattiva tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu jitkejlu separatament. |
|
5.2.8.2.2. |
Fil-każ ta’ REESS b’elettrolit mhux milwiem.
Għall-perjodu bejn il-waqt tal-impatt sa 60 minuta wara l-impatt, ma għandu jkun hemm l-ebda tnixxija tal-elettrolit mir-REESS għal ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri u l-kompartiment tal-bagalji u l-ebda tnixxija ta’ likwidu tal-elettrolit ’il barra mill-vettura. Dan ir-rekwiżit għandu jiġi vverifikat permezz ta’ spezzjoni viżwali mingħajr ma tiġi żarmata ebda parti tal-vettura. |
|
5.2.8.3. |
Ritenzjoni tar-REESS
Ir-REESS għandha tibqa’ mwaħħla mal-vettura mill-inqas permezz ta’ ankraġġ wieħed, bracket waħda, jew kwalunkwe struttura li tittrasferixxi t-tagħbijiet mir-REESS għall-istruttura tal-vettura, u r-REESS li tinsab barra l-kompartiment tal-passiġġieri ma għandhiex tkun tista’ tippenetra fil-kompartiment tal-passiġġieri. |
|
5.2.8.4. |
Periklu ta’ nirien mir-REESS
Għall-perjodu bejn il-waqt tal-impatt sa 60 minuta wara l-impatt, ma għandu jkun hemm l-ebda evidenza ta’ nar jew splużjoni mir-REESS. |
6. STRUZZJONIJIET GĦALL-UTENTI TA’ VETTURI MGĦAMMRA B’AIRBAGS
|
6.1. |
Għal vetturi li għandhom assemblaġġi ta’ airbags maħsuba għall-protezzjoni tas-sewwieq u ta’ okkupanti oħra barra s-sewwieq, il-konformità mal-paragrafi 8.1.8. sa 8.1.9. tar-Regolament tan-NU Nru 16 kif emendat bis-Serje ta’ emendi 08 għandha tintwera mill-1 ta’ Settembru 2020 għat-tipi ġodda ta’ vetturi. Sa din id-data japplikaw ir-rekwiżiti rilevanti tas-Serje ta’ emendi preċedenti. |
7. MODIFIKA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ VETTURA
|
7.1. |
Kull modifika tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li approvat dak it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:
|
|
7.1.1. |
Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni jkunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli, u li fi kwalunkwe każ il-vettura għadha tissodisfa r-rekwiżiti, il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “reviżjoni”. F’dak il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit. |
|
7.1.2. |
Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji reġistrati fil-pakkett ta’ informazzjoni:
|
|
7.2. |
Avviż ta’ konferma, estensjoni jew rifjut tal-approvazzjoni għandu jiġi kkomunikat permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta’ informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew tal-estensjoni l-aktar reċenti. |
8. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stipulati fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
8.1. |
Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata biex tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvat u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 5. u 6.; |
|
8.2. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
9. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
9.1. |
L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 7.1. ta’ hawn fuq. |
|
9.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha mill-ewwel tgħarraf b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar tagħha jkollha, f’ittri kbar, l-annotazzjoni “APPROVAZZJONI RTIRATA” ffirmata u datata. |
10. PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvata f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tgħarraf b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta’ kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b’ittri kbar, l-annotazzjoni “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX” iffirmata u datata.
11. ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, tal-manifatturi awtorizzati biex iwettqu t-testijiet u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
12. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
|
12.1. |
Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 02. |
|
12.2. |
Mill-1 ta’ Settembru 2023, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi li jkollhom sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli skont is-serje ta’ emendi 01, maħruġa għall-ewwel darba wara l-1 ta’ Settembru 2023. |
|
12.3. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip ta’ vetturi li ma jkollhomx sistema ta’ motopropulsjoni elettrika li taħdem b’vultaġġ għoli skont is-serje ta’ emendi 01 għal dan ir-Regolament. |
|
12.4. |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament jew estensjoni tiegħu. |
|
12.5. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li jibdew japplikaw dan ir-Regolament wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-iktar riċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw f’konformità ma’ xi waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament. |
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions
(2) In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6
(3) Dan il-valur ta’ limitu huwa derivat mill-kriterji ta’ korriment għal manikin b’dimensjonijiet ta’ mara ta’ 65 sena tal-ħames perċentil. Dan il-kriterju għandu jkun limitat għall-pożizzjoni ta’ quddiem tal-passiġġier lejn in-naħa ta’ barra bil-każ ta’ tagħbija u l-kundizzjonijiet tat-test ta’ dan ir-Regolament. L-użu tiegħu għandu jiġi estiż biss wara konsiderazzjoni u rieżami ulterjuri.
ANNESS 1
Komunikazzjoni
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġa minn: (Isem l-amministrazzjoni) … … |
|
li tikkonċerna (2): |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rrifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta frontali, skont ir-Regolament Nru 137
Approvazzjoni Nru: … Estensjoni Nru…
|
1. |
Isem jew marka kummerċjali tal-vettura motorizzata … |
|
2. |
It-tip tal-vettura … |
|
3. |
L-isem u l-indirizz tal-manifattur …
… |
|
4. |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur
… |
|
5. |
Deskrizzjoni fil-qosor tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali li jikkostitwuha …
… |
|
5.1. |
Deskrizzjoni tas-sistema protettiva installata fil-vettura …
… |
|
5.2. |
Deskrizzjoni tal-arranġamenti jew it-tagħmir ta’ fuq ġewwa li jistgħu jaffettwaw it-testijiet … |
|
5.3. |
Il-pożizzjoni tas-sors ta’ enerġija elettrika… |
|
6. |
Il-post tal-magna: quddiem/wara/ċentrali2 |
|
7. |
Propulsjoni: ir-roti ta’ quddiem / ta’ wara2 |
|
8. |
Il-massa tal-vettura mressqa għall-ittestjar:
|
|
9. |
Il-vettura tressqet għall-approvazzjoni fi … |
|
10. |
Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni … |
|
11. |
Data tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz … |
|
12. |
Numru tar-rapport maħruġ minn dak is-Servizz … |
|
13. |
Approvazzjoni mogħtija/irrifjutata/estiża/irtirata2 |
|
14. |
Il-pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni fuq il-vettura … |
|
15. |
Post … |
|
16. |
Data … |
|
17. |
Firma … |
|
18. |
Id-dokumenti li ġejjin, li għandhom in-numru tal-approvazzjoni muri hawn fuq, huma mehmuża ma’ din il-komunikazzjoni …
(Ritratti u/jew dijagrammi u disinni li jippermettu l-identifikazzjoni bażika tat-tip(i) ta’ vettura u l-varjanti possibbli tagħha li huma koperti mill-approvazzjoni) |
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta, estenda, irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
ANNESS 2
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
MUDELL A
(Ara l-paragrafu 4.4. ta’ dan ir-Regolament.)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla mal-vettura, turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta’ ħabta frontali, ġie approvat fi Franza (E 2) skont ir-Regolament Nru 137 bin-numru tal-approvazzjoni 011424. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 137, is-serje ta’ emendi 01.
MUDELL B
(Ara l-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament.)
a = 8 mm, minimu
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq, imwaħħla mal-vettura, turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru 137 u Nru 11. (1) L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 137 kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 01 u r-Regolament Nru 11 kien jinkorpora s-serje ta’ emendi 02.
(1) Dan in-numru tal-aħħar hu mogħti biss bħala eżempju.
ANNESS 3
Proċedura tat-test
Il-fini ta’ dan it-test huwa li jivverifika jekk il-vettura tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.2. ta’ dan ir-Regolament.
1.
L-installazzjoni u l-preparazzjoni tal-vettura
1.1.
Post fejn isir it-testIż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.
1.2.
OstakluL-ostaklu għandu jkun magħmul minn blokka ta’ konkrit rinforzat ta’ wisa’ frontali mhux inqas minn 3 m u ta’ għoli mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu għandu jkollu tali ħxuna li jiżen mill-anqas 70 tunnellata metrika. Il-faċċata frontali għandha tkun ċatta, vertikali u perpendikulari mal-assi tal-korsa tar-rankatura. Għandha tkun koperta b’boards tal-plywood ta’ ħxuna ta’ 20 ± 2 mm, li jkunu f’kundizzjoni tajba. Bejn il-board tal-plywood u l-ostaklu tista’ titqiegħed struttura ta’ pjanċa tal-azzar ta’ ħxuna ta’ mill-anqas 25 mm. Xorta waħda jista’ jintuża ostaklu b’karatteristiċi differenti, sakemm l-erja tas-superfiċe tal-impatt tkun akbar mill-erja frontali tal-ħabta tal-vettura ttestjata u sakemm din tagħti riżultati ekwivalenti.
1.3.
L-orjentament tal-ostaklu
1.3.1.
L-allinjament tal-vettura mal-ostaklu.Il-vettura għandha tasal fuq l-ostaklu fuq kors perpendikulari mal-ħajt tal-ħabta; l-allinjament ħażin laterali massimu tollerat bejn il-linja medja vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medja vertikali tal-ħajt tal-ħabta huwa ± 30 cm.
1.4.
Stat tal-vettura
1.4.1.
Speċifikazzjoni ġeneraliIl-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollu li jkun installat normalment u għandha tkun f’kundizzjoni ta’ sewqan normali. Xi komponenti jistgħu jinbidlu b’mases ekwivalenti fejn ikun jidher b’mod ċar li din is-sostituzzjoni ma għandha l-ebda effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla skont il-paragrafu 6. ta’ hawn taħt.
Bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku tista’ ssir xi modifika lis-sistema tal-fjuwil sabiex ikun jista’ jintuża ammont xieraq ta’ fjuwil ħalli titħaddem il-magna jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika.
1.4.2.
Massa tal-vettura
1.4.2.1.
Għat-test, il-massa tal-vettura mressqa għandha tkun il-massa mingħajr tagħbija f’kundizzjoni ta’ sewqan;
1.4.2.2.
It-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli bl-ilma b’massa daqs 90 fil-mija tal-massa ta’ tank mimli kif speċifikat mill-manifattur b’tolleranza ta’ ±1 fil-mija;Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tankijiet tal-fjuwil tal-idroġenu.
1.4.2.3.
Is-sistemi l-oħra kollha (tal-brejk, tat-tkessiħ, eċċ.) jistgħu jkunu vojta; f’dan il-każ, il-massa tal-likwidi għandha tiġi kkumpensata.
1.4.2.4.
Jekk il-massa tal-apparat tal-kejl fil-vettura teċċedi l-25 kg konċessi; din tista’ tiġi kkumpensata permezz ta’ tnaqqis li ma jkollux effett evidenti fuq ir-riżultati mkejla skont il-paragrafu 6 ta’ hawn taħt.
1.4.2.5.
Il-massa tal-apparat tal-kejl ma għandhiex tbiddel kull tagħbija ta’ referenza tal-fus b’aktar minn 5 fil-mija, fejn ebda varjazzjoni ma teċċedi l-20 kg.
1.4.2.6.
Il-massa tal-vettura li tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.4.2.1. ta’ hawn fuq għandha tiġi indikata fir-rapport.
1.4.3.
L-aġġustamenti fil-kompartiment tal-passiġġieri
1.4.3.1.
Il-pożizzjoni tal-isteringL-istering, jekk ikun aġġustabbli, għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni normali indikata mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, fin-nofs bejn il-limiti tal-medda/meded ta’ aġġustament. Fi tmiem il-vjaġġ bis-sewqan, l-istering għandu jitħalla ħieles, bil-mankijiet tiegħu fil-pożizzjoni li skont il-manifattur tikkorrispondi mal-moviment tal-vettura dritt ’il quddiem.
1.4.3.2.
ĦġieġIl-ħġieġ li jista’ jiġi mċaqlaq għandu jkun magħluq. Għal finijiet tal-kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan il-ħġieġ jista’ jiġi mniżżel, sakemm il-pożizzjoni tal-manku tikkorrispondi ma’ pożizzjoni magħluqa.
1.4.3.3.
Il-pożizzjoni tal-gerliverIl-gerliver għandu jkun fil-pożizzjoni newtrali. Jekk il-vettura tkun propulsa mill-magna tagħha stess, il-pożizzjoni tal-gerliver għandha tiġi ddefinita mill-manifattur.
1.4.3.4.
Il-pedaliIl-pedali għandhom ikunu fil-pożizzjoni normali tagħhom ta’ serħan. Jekk ikunu aġġustabbli, għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni tan-nofs sakemm ma tiġix speċifikata ebda pożizzjoni oħra mill-manifattur.
1.4.3.5.
BibienIl-bibien għandhom ikunu magħluqa imma mhux illokkjati.
1.4.3.5.1.
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema tal-illokkjar tal-bibien attivata awtomatikament, is-sistema għandha tiġi attivata malli l-vettura tibda tinstaq sabiex tillokkja l-bibien awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Jekk il-manifattur jagħżel hekk, il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja.
1.4.3.5.2.
Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema tal-illokkjar tal-bibien attivata awtomatikament, li tkun installata b’mod opzjonali u/jew li tista’ tiġi diżattivata mis-sewwieq, għandha tintuża waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri, skont l-għażla tal-manifattur:
1.4.3.5.2.1.
Is-sistema għandha tiġi attivata malli l-vettura tibda miexja sabiex tillokkja l-bibien awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Jekk il-manifattur jagħżel hekk, il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja.
1.4.3.5.2.2.
Il-bibien laterali ta’ fuq il-ġenb tas-sewwieq ma għandhomx jibqgħu llokkjati u s-sistema u għal dawn il-bibien is-sistema ma għandhiex tkun attivata; għall-bibien laterali ta’ fuq il-ġenb tal-passiġġier, is-sistema tista’ tiġi attivata sabiex dawn il-bibien jiġu llokkjati awtomatikament qabel il-mument tal-impatt. Skont l-għażla tal-manifattur, dawn il-bibien għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma l-vettura tibda miexja. Dan it-test jitqies li ġie ssodisfat, jekk il-bibien mhux illokkjati u llokkjati jinqalbu.
1.4.3.6.
Saqaf li jinfetaħJekk ikun hemm installat saqaf li jinfetaħ jew li jista’ jitneħħa, dan għandu jkun f’postu u magħluq. Għal finijiet ta’ kejl tat-test u bi ftehim mal-manifattur, dan jista’ jitħalla miftuħ.
1.4.3.7.
Il-viżiera tax-xemxIl-viżieri tax-xemx għandhom ikunu mitwija.
1.4.3.8.
Il-mera retroviżurIl-mera retroviżur ta’ fuq ġewwa għandha tkun fil-pożizzjoni normali tal-użu.
1.4.3.9.
Id-dirgħajn tas-sitsId-dirgħajn tas-sits fuq quddiem u fuq wara, jekk jiċċaqalqu, għandhom ikunu fil-pożizzjoni mniżżla, sakemm dan ma jkunx possibbli minħabba l-pożizzjoni tal-manikini fil-vetturi.
1.4.3.10.
It-trażżin tar-rasIt-trażżin tar-ras bl-għoli aġġustabbli għandu jkun fil-pożizzjoni l-aktar xierqa tiegħu kif definita mill-manifattur. Fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni speċifika mill-manifattur, it-trażżin tar-ras għandu jkun fl-ogħla pożizzjoni possibbli tiegħu għal manikin b’dimensjonijiet ta’ raġel tal-ħamsin perċentil u fl-aktar pożizzjoni baxxa tiegħu għal manikin b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil.
1.4.3.11.
Sits
1.4.3.11.1.
Il-pożizzjoni tas-sit ta’ quddiem, tas-sewwieqIs-sits aġġustabbli b’mod lonġitudinali għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-punt “H” tagħhom, iddeterminat f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness 6, ikun fil-pożizzjoni tan-nofs tal-moviment possibbli tagħhom jew fl-eqreb pożizzjoni li jillokkjaw fiha, u fl-għoli ddefinit mill-manifattur (jekk l-għoli jkun aġġustabbli b’mod indipendenti). Fil-każ ta’ sit f’forma ta’ bank, ir-referenza għandha tkun għall-punt “H” tal-post tas-sewwieq.
1.4.3.11.2.
Il-pożizzjoni tas-sit ta’ quddiem, tal-passiġġierIs-sits aġġustabbli b’mod lonġitudinali għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-punt “H” tagħhom, iddeterminat f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Anness 6, ikun:
|
(a) |
Fil-pożizzjoni mogħtija mill-manifattur, li għandha tkun ’il quddiem mill-pożizzjoni tan-nofs tal-moviment possibbli; jew |
|
(b) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, kemm jista’ jkun qrib ta’ pożizzjoni li tkun fin-nofs bejn l-aktar pożizzjoni ’l quddiem tas-sit u l-pożizzjoni ċentrali tal-moviment possibbli tiegħu. |
Kwalunkwe sistema ta’ appoġġ għandha tiġi aġġustata kif definit mill-manifattur. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe rakkomandazzjoni partikolari mill-manifattur, kwalunkwe sistema ta’ appoġġ (eż., l-aġġustament tat-tul jew tal-inklinazzjoni tal-kuxxin tas-sit) għandha tkun fil-pożizzjoni rtirata / l-aktar baxxa.
1.4.3.11.3.
Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sits ta’ quddiemJekk ikunu aġġustabbli, id-dahrien tas-sits għandhom jiġu aġġustati b’tali mod li l-inklinazzjoni li tirriżulta tat-torso tal-manikin tkun kemm jista’ jkun qrib dik irrakkomandata mill-manifattur għall-użu normali jew, fin-nuqqas ta’ rakkomandazzjoni speċifika mill-manifattur, qrib 25° lura mil-linja vertikali. Għall-manikin b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil, id-dahar tas-sit jista’ jiġi aġġustat f’angolu differenti, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 3.1. tal-Anness 5.
1.4.3.11.4.
Is-sits ta’ waraJekk ikunu aġġustabbli, is-sits ta’ wara jew is-sits f’forma ta’ bank ta’ wara għandhom jitqiegħdu fil-pożizzjoni rtirata tagħhom.
1.4.4.
Aġġustament tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika
1.4.4.1.
Proċeduri għall-aġġustament tas-SOC.
1.4.4.1.1.
L-aġġustament tas-SOC għandu jitwettaq f’temperatura ambjentali ta’ 20 ± 10 °C.
1.4.4.1.2.
Is-SOC għandu jiġi aġġustat skont waħda mill-proċeduri li ġejjin kif applikabbli. Fejn ikunu possibbli proċeduri differenti ta’ ċċarġjar, ir-REESS għandha tiġi ċċarġjata bl-użu tal-proċedura li trendi l-ogħla SOC:|
(a) |
Għal vettura b’REESS iddisinjata biex tiġi ċċarġjata esternament, ir-REESS għandha tiġi ċċarġjata sal-ogħla SOC f’konformità mal-proċedura speċifikata mill-manifattur għal tħaddim normali sakemm il-proċess tal-iċċarġjar jintemm normalment. |
|
(b) |
Għal vettura b’REESS iddisinjata biex tiġi ċċarġjata biss minn sors tal-enerġija fuq il-vettura, ir-REESS għandha tiġi ċċarġjata sal-ogħla SOC li jista’ jinkiseb bit-tħaddim normali tal-vettura. Il-manifattur għandu jagħti pariri dwar il-mod ta’ tħaddim tal-vettura biex jinkiseb dan is-SOC. |
1.4.4.1.3.
Meta l-vettura tiġi ttestjata, is-SOC ma għandux ikun inqas minn 95 fil-mija tas-SOC skont il-paragrafi 1.4.4.1.1. u 1.4.4.1.2. għal REESS iddisinjati biex jiġu ċċarġjati esternament u ma għandux ikun inqas minn 90 fil-mija tas-SOC skont il-paragrafi 1.4.4.1.1. u 1.4.4.1.2. għal REESS iddisinjati biex jiġu ċċarġjati biss minn sors tal-enerġija abbord tal-vettura. Is-SOC jiġi kkonfermat b’metodu pprovdut mill-manifattur.
1.4.4.2.
Is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandha tiġi enerġizzata bit-tħaddim tas-sorsi oriġinali tal-enerġija elettrika jew mingħajru (eż. il-ġeneratur tal-magna, ir-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija elettrika), madankollu:
1.4.4.2.1.
Bi ftehim bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur, għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bis-sistema tal-motopropulsjoni elettrika kollha, inkella b’partijiet tagħha li ma jkunux qegħdin jiġu enerġizzati sakemm dan ma jħallix influwenza negattiva fuq ir-riżultat tat-test. Għall-partijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika mhux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku trid tiġi ppruvata bi protezzjoni fiżika jew b’reżistenza tal-iżolament u b’evidenza addizzjonali xierqa.
1.4.4.2.2.
Fil-każ fejn ikun hemm skonnettur awtomatiku, fuq talba tal-manifattur għandu jkun permessibbli li t-test jitwettaq waqt li l-iskonnettur awtomatiku jiġi attivat. F’dan il-każ irid jintwera li l-iskonnettur awtomatiku kien jiffunzjona waqt it-test tal-impatt. Dan jinkludi s-sinjal ta’ attivazzjoni awtomatika kif ukoll is-separazzjoni galvanika, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet osservati waqt l-impatt.
2.
Il-manikini
2.1.
Is-sits ta’ quddiem
2.1.1.
Manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ raġel tal-ħamsin perċentil (1) u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għandu jiġi installat fis-sit tas-sewwieq f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness 5.Manikin li jikkorrispondi għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil1 u li jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tiegħu għandu jiġi installat fis-sit tal-passiġġier f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness 5.
2.1.2.
Il-vettura għandha tiġi ttestjata b’sistemi ta’ trażżin, kif ipprovduti mill-manifattur.
3.
Il-propulsjoni u r-rotta tal-vettura
3.1.
Il-propulsjoni tal-vettura għandha tiġi mill-magna tagħha stess jew minn kwalunkwe mezz ta’ propulsjoni ieħor.
3.2.
Fil-mument tal-impatt il-vettura ma għandhiex tibqa’ suġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe apparat addizzjonali ta’ stering jew ta’ propulsjoni.
3.3.
Ir-rotta tal-vettura għandha tkun tali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1.2. u 1.3.1.
4.
Il-veloċità tat-testIl-veloċità tal-vettura fil-mument tal-impatt għandha tkun ta’ 50 -0/ +1 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura ssodisfat ir-rekwiżiti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.
5.
Il-kejl li għandu jsir fuq il-manikini fis-sits ta’ quddiem
5.1.
Il-kejl kollu neċessarju għall-verifika tal-kriterji ta’ prestazzjoni għandu jsir b’sistemi ta’ kejl li jikkorrispondu mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 8.
5.2.
Il-parametri differenti għandhom jiġu rreġistrati permezz ta’ kanali indipendenti tad-data tas-CFC (Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal) li ġejja:
5.2.1.
Il-kejl fir-ras tal-manikinL-aċċelerazzjoni (a) li tirreferi għaċ-ċentru tal-gravità tiġi kkalkulata mill-komponenti triassjali tal-aċċelerazzjoni mkejla b’CFC ta’ 1 000.
5.2.2.
Il-kejl fl-għonq tal-manikin
5.2.2.1.
Il-forza tensili assjali u l-forza tensili tal-qtugħ fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejlu b’CFC ta’ 1 000.
5.2.2.2.
Il-moment tal-liwi madwar assi laterali fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras jitkejjel b’CFC ta’ 600.
5.2.3.
Il-kejl fit-toraċi tal-manikinId-deflessjoni tas-sider bejn l-isternu u s-sinsla tad-dahar titkejjel b’CFC ta’ 180.
5.2.4.
Il-kejl fil-femur tal-manikin
5.2.4.1.
Il-forza kompressiva assjali titkejjel b’CFC ta’ 600.
6.
Il-kejl li għandu jsir fuq il-vettura
6.1.
Sabiex ikun jista’ jsir it-test simplifikat deskritt fl-Anness 7, il-kurva tad-deċelerazzjoni mal-ħin, tal-istruttura, għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-valur tal-aċċelerometri lonġitudinali fil-bażi ta’ wieħed mill-pilastri “B” tal-vettura, b’CFC ta’ 180 permezz ta’ kanali tad-data li jikkorrispondu mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness 8;
6.2.
Il-kurva tal-veloċità mal-ħin li tintuża fil-proċedura tat-test deskritta fl-Anness 7 għandha tinkiseb mill-aċċelerometru lonġitudinali fil-pilastru “B”.
7.
Proċeduri ekwivalenti
7.1.
Proċeduri alternattivi jistgħu jiġu permessi, fid-diskrezzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, sakemm l-ekwivalenza tkun tista’ tintwera. Mad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni għandu jiġi mehmuż rapport li jiddeskrivi l-metodu wżat u r-riżultati miksuba jew ir-raġuni għaliex ma sarx it-test.
7.2.
Ir-responsabbiltà biex tintwera l-ekwivalenza tal-metodu alternattiv għandha tkun tal-manifattur jew tal-aġent tiegħu li jixtieq juża dan il-metodu.
(1) Il-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sikurezza Passiva (GRSP) tan-NU/KEE beħsiebu jħejji addendum għar-Riżoluzzjoni Reċiproka M.R.1 għall-manikini tal-impatt frontali. Sakemm isir disponibbli l-addendum, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinni dettaljati ta’ manikini Hybrid III b’dimensjonijiet prinċipali ta’ raġel tal-ħamsin perċentil u b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil, u l-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġustament tagħhom għal dan it-test huma ddepożitati mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u jistgħu jiġu kkonsultati, meta jintalbu, fis-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa, Palais des Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera.
ANNESS 4
Il-kriterji ta’ prestazzjoni
1.
Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC36)
1.1.
Il-Kriterju tal-Prestazzjoni tar-Ras (HPC36) jitqies issodisfat meta, waqt it-test, ma jkun hemm l-ebda kuntatt bejn ir-ras u xi komponent tal-vettura.
1.2.
Jekk, waqt it-test, ikun hemm kuntatt bejn ir-ras u xi komponent tal-vettura, il-valur tal-HPC jiġi kkalkulat, abbażi tal-aċċelerazzjoni (a), imkejla skont il-paragrafu 5.2.1. tal-Anness 3, permezz ta’ din il-formula:
fejn:
1.2.1.
It-terminu “a” huwa l-aċċelerazzjoni li tirriżulta mkejla skont il-paragrafu 5.2.1. tal-Anness 3 u mkejla f’unitajiet tal-gravità, g (1 g = 9,81 m/s2);
1.2.2.
Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras jista’ jkun iddeterminat b’mod sodisfaċenti, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu l-intervall ta’ ħin bejn il-bidu tal-kuntatt tar-ras u t-tmiem tar-reġistrazzjoni ta’ meta jintlaħaq il-valur massimu tal-HPC;
1.2.3.
Jekk il-bidu tal-kuntatt tar-ras ma jistax ikun iddeterminat, t1 u t2 huma ż-żewġ waqtiet, espressi f’sekondi, li jiddefinixxu l-intervall ta’ ħin bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni ta’ meta jintlaħaq il-valur massimu tal-HPC;
1.2.4.
Il-valuri tal-HPC ta’ meta l-intervall ta’ ħin (t1 - t2) ikun akbar minn 36 ms jiġu injorati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur massimu.
1.3.
Il-valur tal-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta waqt l-impatt ’il quddiem, li jinqabeż għal 3 ms b’mod kumulattiv jiġi kkalkulat mill-aċċelerazzjoni tar-ras li tirriżulta, imkejla skont il-paragrafu 5.2.1. tal-Anness 3.
2.
Il-kriterji ta’ korriment fl-għonq
2.1.
Dawn il-kriterji jiġu ddeterminati mill-forza tensili assjali u mill-forzi tensili tal-qtugħ fuq quddiem/wara fil-parti fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras, espressi f’kN u mkejla skont il-paragrafu 5.2.2. tal-Anness 3.
2.2.
Il-kriterju tal-moment tal-liwi tal-għonq jiġi ddeterminat mill-moment tal-liwi, espress fi Nm, madwar l-assi laterali fil-parti ta’ fejn jiltaqgħu l-għonq u r-ras u mkejjel skont il-paragrafu 5.2.2. tal-Anness 3.
3.
Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi (THCC) u l-kriterju tal-viskożità (V * C)
3.1.
Il-kriterju tal-kompressjoni tat-toraċi jiġi ddeterminat mill-valur assolut tad-deformazzjoni tat-toraċi, espress f’mm u mkejjel skont il-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 3.
3.2.
Il-kriterju tal-viskożità (V * C) jiġi kkalkulat bħala l-prodott matematiku istantanju tal-kompressjoni u r-rata tad-deflessjoni tal-isternu, imkejla skont il-paragrafu 5. ta’ dan l-anness u skont il-paragrafu 5.2.3. tal-Anness 3.
4.
Il-kriterju tal-forza fuq il-femur (FFC - Femur Force Criterion)
4.1.
Dan il-kriterju jiġi ddeterminat mit-tagħbija kompressiva espressa f’kN, trażmessa assjalment fuq femur tal-manikin u mkejla skont il-paragrafu 5.2.4. tal-Anness 3.
5.
Il-proċedura għall-kalkolu tal-kriterju tal-viskożità (V * C) għall-manikin Hybrid III
5.1.
Il-kriterju tal-viskożità jiġi kkalkulat bħala l-prodott matematiku istantanju tal-kompressjoni u r-rata tad-deflessjoni tal-isternu. It-tnejn li huma jinkisbu mill-kejl tad-deflessjoni tal-isternu.
5.2.
Ir-rispons tad-deflessjoni tal-isternu jiġi ffiltrat darba b’CFC ta’ 180. Il-kompressjoni fil-ħin t tiġi kkalkulata minn dan is-sinjal iffiltrat bħala:C(t) = D(t) / kostant,
fejn il-kostant għal manikin H III ta’ raġel tal-50 perċentil = 0,229
u l-kostant għal manikin H III ta’ mara tal-5 perċentil = 0,187
Il-veloċità tad-deflessjoni tal-isternu fil-ħin t tiġi kkalkulata mid-deflessjoni ffiltrata bħala:
Fejn D(t) hija d-deflessjoni fil-ħin t f’metri, u
ANNESS 5
L-arranġament u l-installazzjoni ta’ manikini u l-aġġustament tas-sistemi ta’ trażżin
1.
L-arranġament tal-manikini
1.1.
Is-sits separatiIl-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan vertikali tas-sit.
1.2.
Is-sit f’forma ta’ bank ta’ quddiem
1.2.1.
Is-sewwieqIl-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun fil-pjan vertikali li jgħaddi miċ-ċentru tal-istering u parallel mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit, dan is-sit għandu jitqies bħala sit separat.
1.2.2.
Il-passiġġier fuq in-naħa ta’ barraIl-pjan ta’ simetrija tal-manikin għandu jkun simetriku ma’ dak manikin tas-sewwieq relattivament mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Jekk il-pożizzjoni bilqiegħda hija ddeterminata mill-forma tas-sit, dan is-sit għandu jitqies bħala sit separat.
1.3.
Is-sit f’forma ta’ bank għall-passiġġieri ta’ quddiem (is-sewwieq mhux inkluż)Il-pjani ta’ simetrija tal-manikin għandhom jikkoinċidu mal-pjani medjani tal-pożizzjonijiet bilqiegħda ddefiniti mill-manifattur.
2.
L-installazzjoni ta’ manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ raġel tal-ħamsin perċentil fuq is-sit tas-sewwieq
2.1.
RasIl-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għandha tkun orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2,5°. Sabiex tiġi llivellata r-ras tal-manikin f’vetturi b’sits weqfin b’dahar mhux aġġustabbli, għandhom jiġu segwiti s-sekwenzi li ġejjin. L-ewwel nett, aġġusta l-pożizzjoni tal-punt “H” fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 2.4.3.1. ta’ hawn taħt sabiex tillivella l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras tal-manikin. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-angolu pelviku tal-manikin fil-limiti previsti fil-paragrafu 2.4.3.2. ta’ hawn taħt. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-bracket tal-għonq tal-manikin l-ammont minimu neċessarju sabiex tiżgura li l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras hija orizzontali b’tolleranza ta’ 2.5°.
2.2.
Id-dirgħajn
2.2.1.
Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn is-sewwieq għandhom ikunu maġenb it-torso bil-linji taċ-ċentru viċin kemm jista’ jkun tal-pjan vertikali.
2.3.
L-idejn
2.3.1.
Il-kfief ta’ jdejn il-manikin tas-sewwieq għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tax-xifer tal-istering fil-linja taċ-ċentru orizzontali tax-xifer. Is-swaba’ l-kbar tal-idejn għandhom ikunu fuq ix-xifer tal-istering u għandhom ikunu marbuta ħafif bit-tejp max-xifer tal-istering sabiex jekk l-id tal-manikin tiġi mbuttata ’l fuq b’forza ta’ mhux inqas minn 9 N u mhux aktar minn 22 N, it-tejp jirrilaxxa l-id minn max-xifer tal-istering.
2.4.
It-torso
2.4.1.
Fil-vetturi mgħammra b’sits f’forma ta’ bank, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tas-sewwieq għandha tistrieħ mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun vertikali u parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura, u jgħaddi miċ-ċentru tax-xifer tal-istering.
2.4.2.
Fil-vetturi mgħammra b’sits individwali, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tas-sewwieq għandha tistrieħ mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq għandha tkun vertikali u għandha tikkoinċidi mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit individwali.
2.4.3.
Il-parti ta’ isfel tat-torso
2.4.3.1.
Il-punt “H”Il-punt “H” tal-manikin tas-sewwieq għandu jikkoinċidi b’tolleranza ta’ 13 mm fid-dimensjoni vertikali u ta’ 13 mm fid-dimensjoni orizzontali, ma’ punt 6 mm taħt mill-pożizzjoni tal-punt “H” iddeterminat bil-proċedura deskritta fl-Anness 6, ħlief li t-tul tas-segmenti tal-parti ta’ isfel tar-riġel u tal-koxxa tal-magna għad-determinazzjoni tal-punt “H” għandhom jiġu aġġustati għal 414 u 401 mm, minflok għal 417 u 432 mm rispettivament.
2.4.3.2.
L-angolu pelvikuL-angolu mkejjel orizzontalment fuq is-superfiċe ċatt ta’ 76,2 mm (3 pulzieri) tal-gejġ għall-kejl tal-angolu pelviku għandu jkun ta’ 22,5 gradi ± 2,5 gradi; biex dan jiġi ddeterminat jintuża dan il-gejġ (disinn 78051-532 (GM) inkorporat bir-referenza għall-Parti 572) li jiddaħħal fit-toqba tal-kejl tal-punt “H” tal-manikin.
2.5.
Ir-riġlejnIl-partijiet ta’ fuq ta’ riġlejn il-manikin tas-sewwieq għandhom jistrieħu fuq il-kuxxin tas-sit sakemm tippermetti l-pożizzjoni tas-saqajn. Id-distanza inizjali bejn is-superfiċji esterni tal-clevis flange tal-artikolazzjoni tal-irkoppa għandha tkun ta’ 270 mm ± 10 mm. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tax-xellug tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun fi pjan vertikali. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġel tal-lemin tal-manikin tas-sewwieq għandu jkun fi pjan vertikali. Għal konfigurazzjonijiet diversi tal-kompartiment tal-passiġġieri, jista’ jsir aġġustament finali sabiex ikun hemm fejn jitqiegħdu s-saqajn f’konformità mal-paragrafu 2.6.
2.6.
Is-saqajn
2.6.1.
Is-sieq il-leminija tal-manikin tas-sewwieq għandha tistrieħ fuq l-aċċeleratur mhux magħfus bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub fuq is-superfiċe tal-art fil-pjan tal-pedala. Jekk is-sieq ma tistax titqiegħed fuq il-pedala tal-aċċeleratur, din għandha titqiegħed f’pożizzjoni perpendikulari mat-tibja u ’l quddiem kemm jista’ jkun fid-direzzjoni tal-linja taċ-ċentru tal-pedala bil-punt l-aktar fuq wara tal-għarqub jistrieħ fuq is-superfiċe tal-art. L-għarqub tas-sieq tax-xellug għandu jitqiegħed ’il quddiem kemm jista’ jkun u għandu jistrieħ fuq il-wiċċ tal-art. Is-sieq tax-xellug għandha titqiegħed f’pożizzjoni kemm jista’ jkun ċatta mat-toe board. Il-linja taċ-ċentru lonġitudinali tar-riġel tax-xellug għandha titqiegħed f’pożizzjoni parallela kemm jista’ jkun mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura. Għall-vetturi mgħammra b’footrest, għandu jkun possibbli li, fuq talba tal-manifattur, is-sieq tax-xellug titqiegħed fuq il-footrest. F’dan il-każ, il-pożizzjoni tas-sieq tax-xellug tiġi ddefinita mill-footrest.
2.7.
L-istrumenti tal-kejl installati ma għandhom jaffettwaw bl-ebda mod il-moviment tal-manikin waqt l-impatt.
2.8.
It-temperatura tal-manikin u tal-istrumentazzjoni tal-kejl għandha tiġi stabbilizzata qabel it-test u miżmuma sakemm huwa possibbli fil-marġni ta’ bejn 19 °C u 22,2 °C.
2.9.
L-ilbies tal-manikini Hybrid III b’dimensjonijiet tal-ħamsin perċentil
2.9.1.
Il-manikin bl-istrumenti għandu jitlibbes bi ħwejjeġ li jiġġebbdu skont il-forma magħmulin mid-drapp tal-qoton bi kmiem qosra u bi qliezi twal sa nofs il-pexxun tar-riġel kif speċifikat f’FMVSS 208, fid-disinni 78051-292 u 293 jew l-ekwivalenti tagħhom.
2.9.2.
Żarbuna ta’ daqs 11XW, li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard militari tal-Istati Uniti tal-Amerka MIL S 13192, reviżjoni P, fir-rigward tad-daqs tal-forma, tal-ħxuna tal-pett tal-qiegħ u tal-għarqub, u tal-piż ta’ 0,57 ± 0,1 kg, għandha titlibbes u tintrabat fuq kull sieq tal-manikin tat-test.
3.
L-installazzjoni ta’ manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil fuq is-sit tal-passiġġier.Id-dimensjoni lonġitudinali u dik vertikali tal-punt “H” huma deskritti bħala (X50thM, Z50thM) u d-dimensjoni lonġitudinali u dik vertikali tal-punt "H 5th " huma deskritti bħala (X5thF, Z5thF). XSCL hija definita bħala d-distanza orizzontali bejn il-punt “H” u l-aktar punt ’il quddiem fuq il-kuxxin tas-sit (ara l-Figura 1). Uża l-formula li ġejja biex tikkalkula l-punt “H 5th ”. Innota li X5thF għandu jkun dejjem aktar ’il quddiem minn X50thM.
X5thF = X50thM, + (93 mm – 0,323 × XSCL)
Z5thF = Z50thM
3.1.
RasIl-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għandha tkun orizzontali b’varjazzjoni ta’ 2,5°. Sabiex tiġi llivellata r-ras tal-manikin f’vetturi b’sits weqfin b’dahar mhux aġġustabbli, għandhom jiġu segwiti s-sekwenzi li ġejjin. L-ewwel nett, aġġusta l-pożizzjoni tal-punt “H 5th ” fil-limiti stabbiliti fil-paragrafu 3.4.3.1. ta’ hawn taħt sabiex tillivella l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras tal-manikin. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-angolu pelviku tal-manikin fil-limiti previsti fil-paragrafu 3.4.3.2. ta’ hawn taħt. Jekk il-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras għadha mhix illivellata, aġġusta l-bracket tal-għonq tal-manikin l-ammont minimu neċessarju sabiex tiżgura li l-pjattaforma tal-istrumentazzjoni trasversali tar-ras hija orizzontali b’tolleranza ta’ 2.5°.
3.2.
Id-dirgħajn
3.2.1.
Il-parti ta’ fuq ta’ dirgħajn il-passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mad-dahar tas-sit u l-ġnub tat-torso.
3.3.
L-idejn
3.3.1.
Il-kfief ta’ jdejn il-manikin tal-passiġġier għandhom ikunu f’kuntatt mal-parti ta’ barra tal-koxxa. Is-saba’ ż-żgħir għandu jkun f’kuntatt mal-kuxxin tas-sit.
3.4.
It-torso
3.4.1.
Fil-vetturi mgħammra b’sits f’forma ta’ bank, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tal-passiġġier għandha tistrieħ mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tal-passiġġier għandu jkun vertikali u parallel mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura u fl-istess distanza mil-linja taċ-ċentru lonġitudinali tal-vettura bħall-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tas-sewwieq.
3.4.2.
Fil-vetturi mgħammra b’sits individwali, il-parti ta’ fuq tat-torso tal-manikin tal-passiġġier għandha tistrieħ mad-dahar tas-sit. Il-pjan saġittali tan-nofs tal-manikin tal-passiġġier għandha tkun vertikali u għandha tikkoinċidi mal-linja taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit individwali.
3.4.3.
Il-parti ta’ isfel tat-torso
3.4.3.1.
Il-punt “H 5th”Il-punt “H 5th ” tal-manikin tal-passiġġier għandu jikkoinċidi b’tolleranza ta’ 13 mm fid-dimensjoni orizzontali, tal-punt “H 5th ” iddeterminat bil-proċedura deskritta fl-Anness 6 u l-paragrafu 3. ta’ hawn fuq.
3.4.3.2.
L-angolu pelvikuL-angolu mkejjel orizzontalment fuq is-superfiċe ċatt ta’ 76,2 mm (3 pulzieri) tal-gejġ għall-kejl tal-angolu pelviku għandu jkun ta’ 20 gradi ± 2,5 gradi; biex dan jiġi ddeterminat jintuża dan il-gejġ (disinn 78051-532 (GM) inkorporat bir-referenza għall-Parti 572) li jiddaħħal fit-toqba tal-kejl tal-punt “H” tal-manikin.
3.5.
Ir-riġlejnIl-partijiet ta’ fuq ta’ riġlejn il-manikin tal-passiġġier għandhom jistrieħu fuq il-kuxxin tas-sit sakemm tippermetti l-pożizzjoni tas-saqajn. Id-distanza inizjali bejn is-superfiċji esterni tal-clevis flange tal-artikolazzjoni tal-irkoppa għandha tkun ta’ 229 mm ± 5 mm, kif muri fil-Figura 2. Sakemm huwa prattikabbli, ir-riġlejn tal-manikin tal-passiġġier għandhom ikunu fi pjanijiet lonġitudinali vertikali. Għal konfigurazzjonijiet diversi tal-kompartiment tal-passiġġieri, jista’ jsir aġġustament finali sabiex ikun hemm fejn jitqiegħdu s-saqajn f’konformità mal-paragrafu 3.6.
3.6.
Is-saqajn
3.6.1.
Ir-riġlejn għandhom jitqiegħdu f’pożizzjoni kemm jista’ jkun il-bogħod mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxxin tas-sit filwaqt li l-koxox jinżammu f’kuntatt mal-kuxxin tas-sit kif muri fil-Fig. (a). Kif muri fil-Fig. (b), kull riġel għandu jitbaxxa sakemm is-sieq tiġi f’kuntatt mal-art filwaqt li s-sieq u t-tibja jinżammu f’angolu rett ma’ xulxin u l-angolu tal-inklinazzjoni tal-koxxa jinżamm kostanti. Hekk kif kull għarqub ikun f’kuntatt mal-art, is-sieq għandha tiddawwar sabiex is-saba’ l-kbir ikun fil-kuntatt massimu possibbli mal-art kif muri fil-Fig. (c).Jekk ma jkunx possibbli li kull sieq tkun f’kuntatt mal-art, is-sieq għandha titbaxxa sakemm il-pexxun jiġi f’kuntatt mat-tarf ta’ quddiem tal-kuxxin tas-sit jew in-naħa ta’ wara tas-sieq tiġi f’kuntatt ma’ ġewwa tal-vettura. Is-sieq għandha tinżamm kemm jista’ jkun parallela mal-art, kif muri fi Fig. (d).
Fil-każ ta’ interferenza minn xi parti sporġenti tal-karozzerija tal-vettura, is-sieq għandha tiddawwar il-minimu possibbli madwar it-tibja. Fil-każ li l-interferenza tibqa’ xorta waħda, il-femur għandi jiddawwar biex jirrisolvi jew jimminimizza l-interferenza. Is-sieq għandha titressaq ’il ġewwa jew ’il barra filwaqt li d-distanza ta’ separazzjoni bejn l-irkopptejn tinżamm kostanti.
|
|
|
|
|
|
3.7.
L-istrumenti tal-kejl installati ma għandhom jaffettwaw bl-ebda mod il-moviment tal-manikin waqt l-impatt.
3.8.
It-temperatura tal-manikini u tal-istrumentazzjoni tal-kejl għandha tiġi stabbilizzata qabel it-test u miżmuma sakemm huwa possibbli fil-marġni ta’ bejn 19 °C u 22,2 °C.
3.9.
L-ilbies tal-manikini Hybrid III b’dimensjonijiet tal-ħames perċentil
3.9.1.
Il-manikin bl-istrumenti għandu jitlibbes bi ħwejjeġ li jiġġebbdu skont il-forma magħmulin mid-drapp tal-qoton bi kmiem qosra u bi qliezi twal sa nofs il-pexxun tar-riġel kif speċifikat f’FMVSS 208, fid-disinni 78051-292 u 293 jew l-ekwivalenti tagħhom.
3.9.2.
Żarbuna ta’ daqs żgħir 7,5 W ta’ mara, li tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tal-istandard militari tal-Istati Uniti tal-Amerka MIL-S-21711E, reviżjoni P, fir-rigward tad-daqs tal-forma, tal-ħxuna tal-pett tal-qiegħ u tal-għarqub, u tal-piż ta’ 0,41 ± 0,09 kg, għandha titlibbes u tintrabat fuq kull sieq tal-manikini tat-test.
4.
L-aġġustament tas-sistema tat-trażżinIl-ġakketta tal-manikin għandha tkun installata fil-pożizzjoni xierqa fejn it-toqba tal-bolt tal-bracket ta’ taħt tal-għonq u t-toqba tal-ġakketta tal-manikin għandhom ikunu fl-istess pożizzjoni. Bil-manikin fil-pożizzjoni bilqiegħda maħsuba għalih, kif speċifikat mir-rekwiżiti xierqa tal-paragrafi 2.1. sa 2.6. u l-paragrafi 3.1. sa 3.6. ta’ hawn fuq, poġġi ċ-ċintorin madwar il-manikin tat-test u aqfel il-bokkla. Issikka l-partijiet laxki taċ-ċinturin tal-ħoġor. Iġbed it-tul taċ-ċinturin fil-parti ta’ fuq tat-torso ’l barra mir-retrattur u ħallih jinġibed lura. Irrepeti din il-proċedura erba’ darbiet. Iċ-ċinturin tal-ispalla għandu jitqiegħed f’pożizzjoni bejn l-erja li ma jkunx jista’ joħroġ minn fuq l-ispalla jew li jiġi f’kuntatt mal-għonq. Id-direzzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza għandha tkun: għal manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ raġel tal-ħamsin perċentil, it-toqba tan-naħa ta’ barra tal-ġakketta tal-manikin ma għandiex tiġi moħbija kompletament miċ-ċinturin tas-sikurezza. għal manikin Hybrid III b’dimensjonijiet ta’ mara tal-ħames perċentil, iċ-ċinturin tas-sikurezza fin-nofs tas-sider. Applika tagħbija ta’ tensjoni ta’ bejn 9 u 18 N fuq iċ-ċinturin tal-ħoġor. Jekk is-sistema taċ-ċinturin tkun mgħammra b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, introduċi l-ammont massimu ta’ laxkezza fiċ-ċinturin tal-parti ta’ fuq tat-torso li huwa rakkomandat mill-manifattur għall-użu normali fil-manwal ta’ sid il-vettura. Jekk is-sistema taċ-ċinturin ma tkunx mgħammra b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, ħalli t-tul żejjed taċ-ċinturin tal-ispalla jinġibed lura bil-forza tar-retrattur. Meta ċ-ċinturin tas-sikurezza u l-ankraġġi tiegħu jkunu f’pożizzjoni li ċ-ċinturin ma jkunx kif meħtieġ hawn fuq, iċ-ċinturin tas-sikurezza jista’ jiġi aġġustat manwalment u jinżamm f’postu permezz tat-tejp.
ANNESS 6
Il-proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bilqiegħda fil-vetturi motorizzati (1)
Appendiċi 1 - Deskrizzjoni tal-magna tridimensjonali għad-determinazzjoni tal-punt “H” (magna 3-D H) (1)
Appendiċi 2 - Is-sistema ta’ referenza tridimensjonali (1)
Appendiċi 3 - Id-data ta’ referenza li tikkonċerna pożizzjonijiet bilqiegħda (1)
(1) Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6).
ANNESS 7
Il-proċedura tat-test bit-trolley
1.
L-installazzjoni u l-proċedura tat-test
1.1.
It-trolleyIt-trolley għandu jkun mibni b’tali mod li wara t-test ma tibqa’ tidher ebda deformazzjoni permanenti. Għandu jkun iggwidat b’tali mod li, waqt il-fażi tal-impatt, id-devjazzjoni ma teċċedix 5° fil-pjan vertikali u 2° fil-pjan orizzontali.
1.2.
L-istat tal-istruttura
1.2.1.
ĠeneraliL-istruttura ttestjata għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni f’serje tal-vetturi kkonċernati. Xi komponenti jistgħu jiġu sostitwiti jew imneħħija meta jkun ċar li tali sostituzzjoni jew tneħħija mhu se jkollha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.
1.2.2.
AġġustamentiL-aġġustamenti għandhom ikunu konformi ma’ dawk stipulati fil-paragrafu 1.4.3. tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament, fejn jitqiesu l-indikazzjonijiet tal-paragrafu 1.2.1. ta’ hawn fuq.
1.3.
It-twaħħil tal-istruttura
1.3.1.
L-istruttura għandha tkun imwaħħla sew mat-trolley b’tali mod li waqt it-test ma jkun hemm l-ebda spostament relattiv.
1.3.2.
Il-metodu użat għall-irbit tal-istruttura mat-trolley ma għandux ikollu l-effett li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits jew l-apparati tat-trażżin, jew li jipproduċi xi deformazzjoni mhux normali tal-istruttura.
1.3.3.
L-apparat għat-twaħħil rakkomandat huwa dak fejn l-istruttura tistrieħ fuq appoġġi mqiegħda bejn wieħed u ieħor fl-assi tar-roti jew, jekk ikun possibbli, fejn l-istruttura tkun marbuta mat-trolley bl-irbit tas-sistema tas-suspensjoni.
1.3.4.
L-angolu bejn l-assi lonġitudinali tal-vettura u d-direzzjoni tal-moviment tat-trolley għandu tkun ta’ 0° ± 2°.
1.4.
Il-manikiniIl-manikini u l-pożizzjoni tagħhom għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafu 2. tal-Anness 3.
1.5.
L-apparat tal-kejl
1.5.1.
Id-deċelerazzjoni tal-istrutturaIl-pożizzjoni tat-transducers li jkejlu d-deċelerazzjoni tal-istruttura waqt l-impatt għandha tkun parallela mal-assi lonġitudinali tat-trolley skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 8 (CFC ta’ 180).
1.5.2.
Il-kejl li għandu jsir fuq il-manikiniIl-qisien kollha neċessarji għall-verifika tal-kriterji elenkati huma stipulati fil-paragrafu 5. tal-Anness 3.
1.6.
Il-kurva tad-deċelerazzjoni tal-istrutturaIl-kurva tad-deċelerazzjoni tal-istruttura waqt il-fażi tal-impatt għandha tkun tali li l-kurva tal-“varjazzjoni tal-veloċità mal-ħin”, miksuba permezz ta’ integrazzjoni, fl-ebda punt ma tvarja b’iktar minn ±1 m/s mill-kurva ta’ referenza tal-“varjazzjoni tal-veloċità mal-ħin” tal-vettura kkonċernata, kif definita fl-appendiċi ta’ dan l-anness. Sabiex tinkiseb il-veloċità tal-istruttura fil-kuritur jista’ jintuża l-ispostament fir-rigward tal-assi tal-ħin tal-kurva ta’ referenza.
1.7.
Il-kurva ta’ referenza ΔV = f(t) tal-vettura kkonċernataDin il-kurva ta’ referenza tinkiseb permezz ta’ integrazzjoni tal-kurva tad-deċelerazzjoni tal-vettura kkonċernata mkejla fit-test tal-ħabta frontali ma’ ostaklu kif previst fil-paragrafu 6 tal-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament.
1.8.
Metodu ekwivalentiIt-test jista’ jitwettaq b’xi metodu ieħor differenti minn dak tad-deċelerazzjoni tat-trolley, sakemm tali metodu jkun konformi mar-rekwiżit li jikkonċerna l-marġni ta’ varjazzjoni tal-veloċità deskritt fil-paragrafu 1.6. ta’ hawn fuq.
ANNESS 7 - APPENDIĊI
Il-kurva ta’ ekwivalenza - l-intervall ta’ tolleranza għall-kurva ΔV = f(t)
ANNESS 8
It-teknika tal-kejl fit-testijiet tal-kejl: Strumentazzjoni
1.
Definizzjonijiet
1.1.
Il-kanal tad-dataIl-kanal tad-data jinkludi l-istrumentazzjoni tal-kejl kollha minn transducer (jew transducers multipli li l-outputs tagħhom ikunu kkombinati b’xi mod speċifiku) sa, u inkluż, kwalunkwe proċedura ta’ analiżi li tista’ tbiddel il-kontenut ta’ data dwar il-frekwenza jew l-amplitudni.
1.2.
It-transducerL-ewwel apparat ta’ kanal tad-data użat biex jikkonverti kwantità fiżika li trid titkejjel fi kwantità oħra (pereżempju, vultaġġ elettriku) li tista’ tiġi pproċessata mill-komponenti l-oħra tal-kanal.
1.3.
Il-Klassi tal-Amplitudni tal-Kanal: CAC - Channel Amplitude ClassId-deżinjazzjoni ta’ kanal tad-data li jissodisfa ċerti karatteristiċi ta’ amplitudni kif speċifikati f’dan l-anness. In-numru tas-CAC huwa numerikament daqs il-limitu ta’ fuq tal-medda tal-kejl.
1.4.
Il-frekwenzi karatteristiċi FH, FL, FNDawn il-frekwenzi huma ddefiniti fil-Figura 1 ta’ dan l-anness.
1.5.
Il-Klassi tal-Frekwenza tal-Kanal: CFCIl-klassi tal-frekwenza tal-kanal hija ddeżinjata minn numru li jindika li r-rispons tal-frekwenza tal-kanal jinsab fil-limiti speċifikati fil-Figura 1 ta’ dan l-anness. Dan in-numru u l-valur tal-frekwenza FH f’Hz huma numerikament indaqs.
1.6.
Il-koeffiċjent tas-sensittivitàL-inklinazzjoni grafika tal-linja dritta li tirrappreżenta l-aħjar approssimazzjoni tal-valuri tal-kalibrazzjoni, iddeterminata permezz tal-metodu tal-minimu kwadrat fil-klassi tal-amplitudni tal-kanal.
1.7.
Il-fattur tal-kalibrazzjoni ta’ kanal tad-dataIl-valur medju tal-koeffiċjenti tas-sensittività, ikkalkulati fuq frekwenzi mqassmin b’mod uniformi fi skala logaritmika bejn
|
FL |
u |
|
1.8.
Żball ta’ linearitàIl-proporzjon, f’persentaġġ, tad-differenza massima bejn il-valur tal-kalibrazzjoni u l-valur korrispondenti li jinqara mil-linja dritta ddefinita fil-paragrafu 1.6. ta’ hawn fil-limitu ta’ fuq tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.
1.9.
Is-sensittività trasversaliIl-proporzjon tas-sinjal tal-output għas-sinjal tal-input, meta jkun applikat kurrent elettriku lit-transducer b’mod perpendikulari mal-assi tal-kejl. Dan jiġi espress bħala persentaġġ tas-sensittività tul l-assi tal-kejl.
1.10.
Il-ħin ta’ dewmien il-fażi (Phase delay time)Il-ħin ta’ dewmien il-fażi ta’ kanal tad-data huwa daqs id-dewmien il-fażi (f’unitajiet ta’ radians) ta’ sinjal sinusojdali, diviż bil-frekwenza angulari ta’ dak is-sinjal (f’radians/sekonda).
1.11.
L-ambjentL-aggregat, f’mument speċifiku, tal-kundizzjonijiet u l-influwenzi esterni kollha li għalihom ikun suġġett il-kanal tad-data.
2.
Ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni
2.1.
Żball ta’ linearitàIl-valur assolut tal-iżball ta’ linearità tal-kanal tad-data fi kwalunkwe frekwenza fis-CFC, għandu jkun daqs jew inqas minn 2,5 fil-mija tal-valur tas-CAC, fuq il-medda tal-kejl kollha.
2.2.
L-amplitudni kontra l-frekwenzaIr-rispons tal-frekwenza ta’ kanal tad-data għandu jkun bejn il-kurvi indikati fil-Figura 1 ta’ dan l-anness. Il-linja dB żero tiġi ddeterminata mill-fattur tal-kalibrazzjoni.
2.3.
Il-ħin ta’ dewmien il-fażi (Phase delay time)Il-ħin ta’ dewmien il-fażi bejn is-sinjal tal-input u s-sinjal tal-output ta’ kanal tad-data għandu jiġi ddeterminat u ma għandux ivarja b’iktar minn 1/10 FH sekondi bejn 0,03 FH u FH.
2.4.
Ħin
2.4.1.
Il-bażi tal-ħinGħandha tiġi rreġistrata bażi tal-ħin li, bħala minimu, tindika 1/100 s bi preċiżjoni ta’ 1 fil-mija.
2.4.2.
Id-dewmien relattiv fil-ħinId-dewmien relattiv fil-ħin bejn is-sinjali ta’ żewġ kanali ta’ data jew aktar, irrispettivament mill-klassi ta’ frekwenza tagħhom, ma għandux jeċċedi 1 ms, eskluż id-dewmien ikkawżat mill-ispostament tal-fażi (phase shift).
Żewġ kanali tad-data jew aktar li s-sinjali tagħhom huma kkombinati għandu jkollhom l-istess klassi ta’ frekwenza u ma għandux ikollhom dewmien relattiv fil-ħin ta’ aktar minn 1/10 FH sekondi.
Dan ir-rekwiżit japplika għas-sinjali analogi kif ukoll għall-impulsi ta’ sinkronizzazzjoni u għas-sinjali diġitali.
2.5.
Is-sensittività trasversali tat-transducerIs-sensittività trasversali tat-transducer għandha tkun inqas minn 5 fil-mija fi kwalunkwe direzzjoni.
2.6.
Il-kalibrazzjoni
2.6.1.
ĠeneraliIl-kanal tad-data għandu jiġi kkalibrat mill-inqas darba fis-sena, bl-użu ta’ tagħmir ta’ referenza li jikkorrispondi għal standards magħrufa. Il-metodi użati biex isir il-paragun mat-tagħmir ta’ referenza ma għandux jintroduċu żball akbar minn 1 fil-mija tas-CAC. L-użu tat-tagħmir ta’ referenza huwa limitat għall-marġni ta’ frekwenza li għalih ikun ġie kkalibrat. Is-sottosistemi ta’ kanal tad-data jistgħu jiġu evalwati individwalment u r-riżultati jitqiesu fil-preċiżjoni tal-kanal tad-data totali. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ sinjal elettriku ta’ amplitudni magħrufa li jissimula s-sinjal tal-output tat-transducer li jippermetti li ssir verifika tal-fattur tal-amplifikazzjoni tal-kanal tad-data, minbarra t-transducer.
2.6.2.
Il-preċiżjoni tat-tagħmir ta’ referenza għall-kalibrazzjoniIl-preċiżjoni tat-tagħmir ta’ referenza għandha tiġi ċċertifikata jew approvata minn servizz ta’ metroloġija uffiċjali.
2.6.2.1.
Kalibrazzjoni statika
2.6.2.1.1.
AċċelerazzjonijietL-iżbalji għandhom ikunu inqas minn ±1,5 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.
2.6.2.1.2.
ForziL-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ±1 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.
2.6.2.1.3.
SpostamentiL-iżball għandu jkun ta’ inqas minn ±1 fil-mija tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal.
2.6.2.2.
Kalibrar dinamiku
2.6.2.2.1.
AċċelerazzjonijietL-iżball fl-aċċelerazzjonijiet ta’ referenza espress bħala persentaġġ tal-klassi tal-amplitudni tal-kanal għandu jkun ta’ inqas minn ±1,5 fil-mija taħt 400 Hz, ta’ inqas minn ±2 fil-mija bejn 400 Hz u 900 Hz, u ta’ inqas minn ±2,5 fil-mija ’l fuq minn 900 Hz.
2.6.2.3.
ĦinL-iżball relattiv fil-ħin ta’ referenza għandu jkun ta’ inqas minn 10-5.
2.6.3.
Il-koeffiċjent ta’ sensittività u l-iżball ta’ linearitàIl-koeffiċjent ta’ sensittività u l-iżball ta’ linearità għandhom jiġu ddeterminati billi jitkejjel is-sinjal tal-output tal-kanal tad-data, għal sinjal tal-input magħruf, għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal. Il-kalibrazzjoni tal-kanal tad-data għandha tkopri l-medda kollha tal-klassi tal-amplitudni.
Għall-kanali b’żewġ direzzjonijiet, għandhom jintużaw kemm il-valuri pożittivi kif ukoll dawk negattivi.
Jekk it-tagħmir tal-kalibrazzjoni ma jistax jipproduċi l-input meħtieġ minħabba l-valuri wisq għolja tal-kwantità li trid titkejjel, il-kalibrazzjoni għandha titwettaq fil-limiti tal-istandards tal-kalibrazzjoni u dawn il-limiti għandhom jiġu rreġistrati fir-rapport tat-test.
Il-kanal tad-data totali għandu jiġi kkalibrat bi frekwenza jew b’firxa ta’ frekwenzi li jkollhom valur sinifikanti ta’ bejn
|
FL |
u |
|
2.6.4.
Kalibrazzjoni tar-rispons tal-frekwenzaIl-kurvi tar-rispons tal-fażi u tal-amplitudni mqabbla mal-frekwenza għandhom jiġu ddeterminati billi jitkejlu s-sinjali tal-output tal-kanal tad-data f’termini ta’ fażi u amplitudni mqabbla ma’ sinjal tal-input magħruf, għal valuri differenti ta’ dan is-sinjal li jvarjaw bejn FL u 10 darbiet is-CFC jew 3 000 Hz, liema minnhom ikun l-aktar baxx.
2.7.
Effetti ambjentaliGħandha ssir verifika regolari sabiex tiġi identifikata kwalunkwe influwenza mill-ambjent (bħal fluss elettriku jew manjetiku, veloċità tal-kejbil, eċċ.). Dan jista’ jsir, pereżempju, billi tiġi rreġistrata l-output ta’ kanali żejda mgħammra bi transducers finti. Jekk jinkisbu sinjali tal-output sinifikanti għandha tittieħed azzjoni korrettiva, pereżempju billi jinbidlu l-kejbils.
2.8.
L-għażla u d-deżinjazzjoni tal-kanal tad-dataIs-CAC u c-CFC jiddefinixxu kanal tad-data.
Is-CAC għandha tkun 1, 2 jew 5 immultiplikat bih innifsu għal għaxar darbiet.
3.
L-immuntar tat-transducersIt-transducers għandhom ikunu mwaħħlin sew sabiex ir-reġistrazzjonijiet tagħhom jiġu affettwati l-inqas possibbli mill-vibrazzjoni. Kwalunkwe immuntar li jkollu l-iktar frekwenza ta’ reżonanza baxxa daqs, mill-inqas, 5 darbiet il-frekwenza FH tal-kanal tad-data kkunsidrat għandu jitqies validu. It-transducers tal-aċċelerazzjoni, b’mod partikolari, għandhom jiġu mmuntati b’tali mod li l-angolu inizjali tal-assi tal-kejl reali mal-assi korrispondenti tas-sistema tal-assi ta’ referenza ma jkunx ikbar minn 5°, sakemm ma ssirx valutazzjoni analitika jew esperimentali tal-effett tal-immuntar fuq id-data miġbura. Meta jkun meħtieġ li jitkejlu l-aċċelerazzjonijiet multiassjali f’punt partikolari, l-assi ta’ kull transducer tal-aċċelerazzjoni għandu jgħaddi mhux aktar minn 10 mm minn dak il-punt, u ċ-ċentru tal-massa sismika ta’ kull aċċelerometru għandha tkun mhux aktar minn 30 mm minn dak il-punt.
4.
Ipproċessar tad-data
4.1.
L-iffiltrarL-iffiltrar li jikkorrispondi għall-frekwenzi tal-klassi tal-kanal tad-data jista’ jsir jew waqt ir-reġistrazzjoni jew l-ipproċessar tad-data. Madankollu, qabel ma tinbeda r-reġistrazzjoni, għandu jsir iffiltrar analoġiku f’livell ogħla mis-CFC sabiex tintuża mill-inqas 50 fil-mija tal-medda dinamika tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni u biex jitnaqqas ir-riskju ta’ saturazzjoni tat-tagħmir ta’ reġistrazzjoni minn frekwenzi għolja jew li dawn iwasslu għal żbalji ta’ aliasing fil-proċess ta’ diġitalizzazzjoni.
4.2.
Diġitalizzazzjoni
4.2.1.
Frekwenza tal-kampjunarIl-frekwenza tal-kampjunar għandha tkun, mill-inqas, 8 FH.
4.2.2.
Ir-riżoluzzjoni tal-amplitudniId-daqs minimu tal-kliem diġitali għandu jkun ta’ 7 bits u bit ta’ parità.
5.
Preżentazzjoni tar-riżultatiIr-riżultati għandhom jiġu preżentati fuq karta ta’ daqs A4 (ISO/R 216). Ir-riżultati, preżentati bħala dijagrammi, għandu jkollhom l-assi gradati skont il-qisien b’unità ta’ kejl li tikkorrispondi għal multiplu xieraq tal-unità magħżula (pereżempju, 1, 2, 5, 10, 20 millimetri). Għandhom jintużaw unitajiet tas-Sistema Internazzjonali (SI), għajr għall-veloċità tal-vettura, fejn tista’ tintuża l-unità km/h, u għall-aċċelerazzjonijiet ikkawżati minn impatt fejn tista’ tintuża g, fejn g = 9,8 m/s2.
|
|
|
|
|
N |
Skala logaritmika |
||
|
CFC |
FL |
FH |
FN |
a |
± |
0,5 |
dB |
|
|
|
|
|
b |
+ |
0,5 ; -1 |
dB |
|
|
Hz |
Hz |
Hz |
c |
+ |
0,5 ; -4 |
dB |
|
1 000 |
< 0,1 |
1 000 |
1 650 |
d |
- |
9 |
dB/octave |
|
600 |
< 0,1 |
600 |
1 000 |
e |
- |
24 |
dB/octave |
|
180 |
< 0,1 |
180 |
300 |
f |
|
∞ |
|
|
60 |
< 0,1 |
60 |
100 |
g |
- |
30 |
|
ANNESS 9
Proċeduri tat-test għall-vetturi mgħammra b’sistema tal-motopropulsjoni elettrika
Dan l-anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test għall-wiri tal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza elettrika tal- 5.2.8. ta’ dan ir-Regolament.
1.
Il-konfigurazzjoni u t-tagħmir tat-testJekk tintuża l-funzjoni ta’ skonnessjoni ta’ vultaġġ għoli, il-kejl irid jittieħed miż-żewġ naħat tal-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta’ skonnessjoni.
Madankollu, jekk l-iskonnessjoni ta’ vultaġġ għoli tkun integrata fir-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija u l-bus ta’ vultaġġ għoli tar-REESS jew is-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija jkollha grad ta’ protezzjoni IPXXB wara t-test tal-impatt, il-kejl jista’ jsir biss bejn l-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta’ skonnessjoni u t-tagħbijiet elettriċi.
Il-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u jkollu reżistenza interna ta’ mill-inqas 10 ΜΩ.
2.
Għall-kejl tal-vultaġġ, jistgħu jintużaw dawn l-istruzzjonijiet li ġejjin.Wara t-test tal-impatt, iddetermina l-vultaġġi tal-bus ta’ vultaġġ għoli (Ub, U1, U2) (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt).
Il-kejl tal-vultaġġ għandu jitwettaq bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt.
Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f’kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.
3.
Proċedura ta’ valutazzjoni għal livell baxx ta’ enerġija elettrikaQabel l-impatt, swiċċ S1 u discharge resistor magħruf Re jiġu konnessi b’mod parallel mal-kapaċitanza rilevanti (irreferi għall-Figura 2 ta’ hawn taħt).
|
(a) |
Bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt, is-swiċċ S1 għandu jingħalaq filwaqt li jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vultaġġ Ub u l-kurrent Ie. Il-prodott matematiku tal-vultaġġ Ub u l-kurrent Ie għandu jiġi integrat fuq il-perjodu tal-ħin, u jinbeda mill-mument meta jingħalaq is-swiċċ S1 (tc) sakemm il-vultaġġ Ub jiġi taħt il-limitu ta’ vultaġġ għoli ta’ 60 V DC (th). Il-valur riżultanti tal-integrazzjoni huwa ekwivalenti għall-enerġija totali (TE) f’joules.
|
|
(b) |
Meta Ub jitkejjel f’ħin ta’ bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanza tal-X-capacitors (Cx) tkun speċifikata mill-manifattur, l-enerġija totali (TE) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula: TE = 0,5 × Cx × Ub 2 |
|
(c) |
Meta U1 u U2 (ara l-Figura 1 ta’ hawn fuq) jitkejlu f’ħin ta’ bejn 10 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanzi tal-Y-capacitors (Cy1, Cy2) ikunu speċifikati mill-manifattur, l-enerġija totali (TEy1, TEy2) għandha tiġi kkalkulata permezz ta’ dawn il-formuli: TEy1 = 0,5 × Cy1 × U1 2 TEy2 = 0,5 × Cy2 × U2 2 |
Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test jitwettaq f’kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.
4.
Protezzjoni fiżikaWara t-test tal-impatt tal-vettura, il-partijiet li jista’ jkun hemm madwar il-komponenti b’vultaġġ għoli għandhom jinfetħu, jiżżarmaw u jitneħħew mingħajr l-użu ta’ għodod. Il-partijiet kollha li jifdal madwar il-komponenti għandhom jitqiesu bħala parti mill-protezzjoni fiżika.
Is-saba’ tat-test artikolat deskritt fil-Figura 3 għandu jiddaħħal fl-ispazji jew fil-fetħiet tal-protezzjoni fiżika b’forza tat-test ta’ 10 N ± 10 fil-mija għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika. Jekk isseħħ xi penetrazzjoni parzjali jew sħiħa fil-protezzjoni fiżika mis-saba’ tat-test artikolat, is-saba’ tat-test artikolat għandu jitqiegħed f’kull pożizzjoni speċifikata hawn taħt.
Mill-pożizzjoni d-dritta, iż-żewġ artikolazzjonijiet tas-saba’ tat-test għandhom jiddawru progressivament sa angolu ta’ 90 grad mal-assi tas-sezzjoni biswit mas-saba’ u għandhom jitqiegħdu f’kull pożizzjoni possibbli.
L-ostakli interni ta’ protezzjoni elettrika jitqiesu parti mill-kaxxa.
Jekk ikun xieraq, provvista b’vultaġġ baxx (ta’ mhux anqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) għandha titqabbad f’serje ma’ bozza adatta, bejn is-saba’ tat-test artikolat u l-partijiet “live” b’vultaġġ għoli fl-ostaklu jew fil-kaxxa ta’ protezzjoni elettrika.
Materjal: metall, għajr meta speċifikat mod ieħor
Dimensjonijiet lineari f’mm
Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:
|
(a) |
fuq l-angoli: +0/-10 sekondi; |
|
(b) |
fuq id-dimensjonijiet lineari:
|
Iż-żewġ artikolazzjonijiet għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f’angolu ta’ 90° b’tolleranza ta’ bejn 0 u +10°.
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.8.1.3. ta’ dan ir-Regolament jitqiesu bħala ssodisfati jekk is-saba’ tat-test artikolat deskritt fil-Figura 3 ma jkunx jista’ jiġi f’kuntatt mal-partijiet “live” b’vultaġġ għoli.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jintużaw mera jew fibroskopju biex jiġi spezzjonat jekk is-saba’ tat-test artikolat ikunx qed imiss il-buses ta’ vultaġġ għoli.
Jekk dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat permezz ta’ ċirkwit ta’ sinjali bejn is-saba’ tat-test artikolat u l-partijiet “live” b’vultaġġ għoli, il-bozza ma għandhiex tixgħel.
4.1.
Metodu ta’ ttestjar għall-kejl tar-reżistenza elettrika:|
(a) |
Metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ tester tar-reżistenza. It-tester tar-reżistenza jiġi konness mal-punti tal-kejl (tipikament, ix-xażi elettriku u l-kaxxa elettrokonduttiva / l-ostaklu ta’ protezzjoni elettrika) u r-reżistenza titkejjel bl-użu ta’ tester tar-reżistenza li jissodisfa din l-ispeċifikazzjoni:
|
|
(b) |
Metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ provvista tal-enerġija DC, voltmetru u ammetru. Il-provvista tal-enerġija DC, il-voltmetru u l-ammetru jiġu konnessi mal-punti tal-kejl (tipikament, ix-xażi elettriku u l-kaxxa elettrokonduttiva / l-ostaklu ta’ protezzjoni elettrika). Il-vultaġġ tal-provvista tal-enerġija DC jiġi aġġustat sabiex il-fluss tal-kurrent isir mill-inqas 0,2 A. Jitkejlu l-kurrent “I” u l-vultaġġ “U”. Ir-reżistenza “R” tiġi kkalkulata permezz ta’ din il-formula: R = U / I Ir-reżistenza R għandha tkun inqas minn 0,1 Ω. Nota: Jekk, għall-kejl tal-vultaġġ u tal-kurrent, jintużaw wajers taċ-ċomb, kull wajer taċ-ċomb għandu jiġi konness b’mod indipendenti mal-ostaklu/kaxxa ta’ protezzjoni elettrika / max-xażi elettriku. Għall-kejl tal-vultaġġ u għall-kejl tal-kurrent, jista’ jintuża l-istess terminal. Eżempju tal-metodu ta’ ttestjar bl-użu ta’ provvista tal-enerġija DC, voltmetru u ammetru huwa indikat hawn taħt. |
5.
Reżistenza tal-iżolament
5.1.
ĠeneraliIr-reżistenza tal-iżolament għal kull bus ta’ vultaġġ għoli tal-vettura titkejjel jew għandha tiġi ddeterminata billi jiġu kkalkulati l-valuri tal-kejl ta’ kull parti jew kull komponent ta’ bus ta’ vultaġġ għoli.
Il-kejl kollu għall-kalkolu tal-vultaġġ(i) u tal-iżolament elettriku jsir wara minimu ta’ 10 sekondi wara l-impatt.
5.2.
Metodu tal-kejlIl-kejl tar-reżistenza tal-iżolament jitwettaq billi jintgħażel metodu tal-kejl xieraq minn fost dawk elenkati fil-paragrafi 5.2.1. sa 5.2.2. ta’ dan l-Anness, skont iċ-ċarġ elettriku tal-partijiet live jew ir-reżistenza tal-iżolazzjoni.
Il-medda taċ-ċirkwiti elettriċi li trid titkejjel għandha tiġi ċċarata minn qabel, bl-użu ta’ dijagrammi ta’ ċirkwiti elettriċi. Jekk il-buses ta’ vultaġġ għoli jkunu iżolati konduttivament minn xulxin, għandha titkejjel ir-reżistenza tal-iżolament għal kull ċirkwit elettriku.
Barra minn hekk, jistgħu jsiru l-modifiki meħtieġa għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament, bħal pereżempju billi jitneħħa l-għata biex jintlaħqu l-partijiet live, id-disinn ta’ linji tal-kejl u t-tibdil fis-softwer.
F’każijiet fejn il-valuri mkejla mhumiex stabbli minħabba t-tħaddim tas-sistema ta’ monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament abbord il-vettura, il-modifiki meħtieġa għat-twettiq tal-kejl jistgħu jsiru billi jitwaqqaf it-tħaddim tal-apparat ikkonċernat jew bit-tneħħija tiegħu. Barra minn hekk, jekk jitneħħa l-apparat, jintuża sett ta’ disinji biex jintwera li r-reżistenza tal-iżolament bejn il-partijiet live u x-xażi elettriku ma tinbidilx.
Dawn il-modifiki ma għandhomx jinfluwenzaw ir-riżultati tat-test.
Għandha tingħata attenzjoni kbira biex jiġu evitati xi xort fiċ-ċirkwit jew xi xokk elettriku billi din il-konferma tista’ teħtieġ it-tħaddim dirett taċ-ċirkwit ta’ vultaġġ għoli.
5.2.1.
Metodu tal-kejl bl-użu ta’ vultaġġ DC minn sorsi esterni.
5.2.1.1.
Strument tal-kejlGħandu jintuża strument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament li jista’ japplika vultaġġ DC ogħla mill-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli.
5.2.1.2.
Metodu tal-kejlStrument tal-ittestjar tar-reżistenza tal-iżolament għandu jitwaħħal bejn il-partijiet live u x-xażi elettriku. Wara dan, ir-reżistenza tal-iżolament titkejjel bl-applikazzjoni ta’ vultaġġ DC li jkun tal-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli.
Jekk is-sistema għandha aktar minn medda waħda ta’ vultaġġi (eż minħabba l-konvertitur) f’ċirkwiti konnessi konduttivament u xi wħud mill-komponenti ma jifilħux il-vultaġġ operattiv taċ-ċirkwit kollu, ir-reżistenza tal-iżolament bejn dawn il-komponenti u x-xażi elettriku tista’ titkejjel separatament bl-applikazzjoni ta’ mill-inqas nofs il-vultaġġ operattiv tagħhom b’dawk il-komponenti mhux konnessi.
5.2.2.
Metodu tal-kejl bl-użu tar-REESS tal-vettura stess bħala sors ta’ vultaġġ DC.
5.2.2.1.
Kundizzjonijiet tal-vettura tat-testIl-bus ta’ vultaġġ għoli għandu jiġi enerġizzat mir-REESS u/jew mis-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija tal-vettura stess, u l-vultaġġ tar-REESS u/jew tas-sistema ta’ konversjoni tal-enerġija matul it-test kollu għandu tal-inqas ikun il-vultaġġ operattiv nominali kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
5.2.2.2.
Strument tal-kejlIl-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u jkollu reżistenza interna ta’ mill-inqas 10 ΜΩ.
5.2.2.3.
Metodu tal-kejl
5.2.2.3.1.
L-ewwel passKejjel il-vultaġġ kif muri fil-Figura 1 u rreġistra l-vultaġġ tal-bus ta’ vultaġġ għoli (Ub). Ub għandu jkun daqs jew ogħla mill-vultaġġ operattiv nominali tar-REESS u/jew tas-sistema ta’ konverżjoni tal-enerġija kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.
5.2.2.3.2.
It-tieni passKejjel u rreġistra l-vultaġġ (U1) bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).
5.2.2.3.3.
It-tielet passKejjel u rreġistra l-vultaġġ (U2) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1).
5.2.2.3.4.
Ir-raba’ passJekk U1 ikun ikbar minn jew daqs U2, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza Ro installata, kejjel il-vultaġġ (U1') bejn il-pol negattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 5).
L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:
Ri = Ro*Ub*(1/U1' – 1/U1)
Jekk U2 ikun ikbar minn U1, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata, Ro, kejjel il-vultaġġ (U2’) bejn il-pol pożittiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 6 ta’ hawn taħt). L-iżolament elettriku (Ri) jiġi kkalkulat permezz ta’ din il-formula:
Ri = Ro*Ub*(1/U2’ – 1/U2)
5.2.2.3.5.
Il-ħames passIl-valur tal-iżolament elettriku Ri (f’Ω) diviż bil-vultaġġ operattiv tal-bus ta’ vultaġġ għoli (f’V) jagħti r-reżistenza tal-iżolament (f’Ω/V).
Nota: Ir-reżistenza magħrufa standard Ro (f’ Ω) għandha tkun il-valur tar-reżistenza tal-iżolament minima meħtieġa (Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv (V) tal-vettura ± 20 fil-mija. Mhux meħtieġ li l-valur ta’ Ro ikun eżatt daqs dan il-valur peress li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur ta’ Ro f’din il-medda ta’ valuri għandu jagħti riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.
6.
Tnixxija tal-elettrolitJekk ikun meħtieġ, il-protezzjoni fiżika tista’ tingħata kisja adatta biex jiġi vverifikat ikunx hemm xi tnixxija tal-elettrolit mir-REESS wara t-test tal-impatt. Sakemm il-manifattur ma jipprovdix mezzi biex jidentifika t-tnixxija ta’ likwidi differenti, it-tnixxija ta’ kwalunkwe tip ta’ likwidu għandha titqies bħala tnixxija tal-elettrolit.
7.
Ritenzjoni tar-REESSIl-konformità għandha tiġi ddeterminata permezz ta’ spezzjoni viżwali.