31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 191/15


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/871

tat-28 ta’ Mejju 2021

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2020 u dwar ir-rimborż ta’ approprjazzjonijiet relatati mad-dixxiplina finanzjarja riportati mis-sena finanzjarja 2020

(notifikata bid-dokument C(2021) 3685)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 26(6) u 51 tiegħu, flimkien mal-Artikoli 131 u 138 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Ftehim dwar il-Ħruġ”),

Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mir-Renju Unit, li magħhom intbagħtet l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet u opinjoni tal-awditjar dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet u tar-rapporti stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni trid tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara s-sena baġitarja kkonċernata.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, is-sena finanzjarja agrikola tibda fis-16 ta’ Ottubru tas-sena N-1 u tispiċċa fil-15 ta’ Ottubru tas-sena N. Waqt l-approvazzjoni tal-kontijiet għas-sena finanzjarja 2020, jenħtieġ titqies in-nefqa mġarrba mir-Renju Unit bejn is-16 ta’ Ottubru 2019 u l-15 ta’ Ottubru 2020, kif previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (2).

(3)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistipula li l-ammonti rkuprabbli mingħand ir-Renju Unit jew pagabbli lilu, f’konformità mad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1) ta’ dak ir-Regolament, iridu jiġu stabbiliti bi tnaqqis tal-pagamenti mensili għas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skont l-Artikolu 33(1).

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni li ssottometta r-Renju Unit u kkomunikat ir-riżultati tal-kontrolli tagħha lir-Renju Unit, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(5)

Għall-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency”, il-kontijiet annwali u d-dokumenti ta’ akkumpanjament jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet annwali sottomessi.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (3), kwalunkwe skadenza li ma tiġix rispettata matul Awwissu, Settembru u Ottubru trid titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Parti min-nefqa ddikjarata mir-Renju Unit matul dawk ix-xhur fl-2020 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7)

F’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, il-Kummissjoni diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ pagamenti mensili għas-sena finanzjarja 2020 minħabba nuqqas ta’ konformità mal-limiti massimi finanzjarji jew mal-iskadenzi tal-pagamenti, jew minħabba xi defiċenzi fis-sistema tal-kontroll. B’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ tqis dawn l-ammonti mnaqqsa jew sospiżi biex tevita li jsiru xi pagamenti jew rimborżi mhux xierqa jew mhux f’ħinhom, ta’ ammonti li aktar tard jistgħu jkunu soġġetti għal korrezzjoni finanzjarja. Meta xieraq, l-ammonti inkwistjoni jistgħu jiġu eżaminati, skont il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

(8)

Il-Kummissjoni diġà naqqset il-pagamenti mensili rilevanti għas-sena finanzjarja 2020 għall-ammonti dovuti lill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) permezz ta’ deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni finanzjarja u tal-konformità, skont l-Artikoli 51 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, eżegwiti mill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja 2020. Kwalunkwe ammonti bħal dawn jitqies f’din id-Deċiżjoni.

(9)

F’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, ir-Renju Unit jenħtieġ iħallas 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għall-irkupru jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jeżiġi li flimkien mal-kontijiet annwali li jrid jissottometti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, ir-Renju Unit jenħtieġ jehmeż tabella ċċertifikata li tirrifletti l-ammonti li jridu jitħallsu mir-Renju Unit skont l-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. Ir-regoli dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tar-Renju Unit li jirrappurta l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jistabbilixxi l-mudell tat-tabella li r-Renju Unit irid juża biex jipprovdi l-informazzjoni dwar l-ammonti li jridu jiġu rkuprati. Abbażi tat-tabelli mimlija mir-Renju Unit, il-Kummissjoni jenħtieġ tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet li jmorru lura għal iżjed minn erba’ snin jew tmien snin rispettivament.

(10)

F’konformità mal-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, ir-Renju Unit jista’ jiddeċiedi li ma jsegwix l-irkupru. Din id-deċiżjoni tista’ tittieħed biss jekk il-kostijiet li jkunu ġġarrbu diġà, u dawk li aktarx jiġġarrbu, ikunu jaqbżu l-ammont li jrid jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru ma jkunx jista’ jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba ta’ rkupru, jew fi żmien tmien snin qabel ma jitressaq l-irkupru quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru jenħtieġ jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni. L-ammonti li għalihom ir-Renju Unit iddeċieda li ma jsegwix l-irkupru u l-bażi li fuqha ħa d-deċiżjoni jinsabu fir-rapport sommarju msemmi fl-Artikolu 54(4) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 flimkien mal-Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iv), ta’ dak ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dawn l-ammonti ma jitħallsux mir-Renju Unit iżda minflok jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni.

(11)

F’konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, din id-Deċiżjoni jenħtieġ tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni jaf tieħu sussegwentement biex teskludi xi nefqa mill-finanzjament tal-Unjoni li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

(12)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1769 (4) jistabbilixxi l-ammonti li jridu jiġu rimborżati lill-Istati Membri fis-sena finanzjarja 2021 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja applikata fis-sena finanzjarja 2020. Dak ir-rimborż hu ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet tal-FAEG riportati mis-sena finanzjarja 2020 f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Fid-dawl tal-Artikolu 135(1) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u peress li l-ammonti riportati jsiru disponibbli fil-baġit tal-2021, ma ġie stabbilit l-ebda ammont fir-rigward tar-Renju Unit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1769. Madankollu, peress li l-approprjazzjonijiet ġew riportati mis-sena finanzjarja 2020, meta r-Renju Unit kien għadu qed jikkontribwixxi u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, jixraq jiġi rimborżat is-sehem tar-Renju Unit tad-dixxiplina finanzjarja għas-sena finanzjarja 2020 li jammonta għal EUR 41 383 278. Għalhekk, dak l-ammont jenħtieġ jiġi inkorporat f’din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tar-Renju Unit, “Department of Agriculture, Environment and Rural Affairs”, “The Scottish Government Rural Payments and Inspections Directorate”, “Welsh Government” u “Rural Payments Agency” huma b’dan approvati fir-rigward tan-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fir-rigward tas-sena finanzjarja 2020.

L-ammonti rkuprabbli mingħand ir-Renju Unit jew pagabbli lilu skont din id-Deċiżjoni, inkluż dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 huma stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-ammont li jrid jiġi rimborżat lir-Renju Unit fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja applikata fis-sena finanzjarja 2020 hu stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet futuri dwar l-approvazzjoni tal-konformità li l-Kummissjoni jaf tieħu skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 biex mill-finanzjament tal-Unjoni teskludi nefqa li ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(3)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1769 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar ir-rimborż, f’konformità mal-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja tal-2020 (ĠU L 398, 27.11.2020, p. 4).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


ANNESS I

Approvazzjoni tal-konijiet tal-Aġenziji tal-Pagamenti

Sena finanzjarja 2020 - FAEG

Ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit, jew imħallas lilu

 

 

2020 - Nefqa/Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li għalihom il-kontijiet huma

Total a + b

Tnaqqis, sospensjonijiet u aġġustamenti oħra għal deċiżjoniiet eżegwiti dwar il-konformità u l-approvazzjoni finanzjarja għas-sena finanzjarja kollha 1)

Ammont li jrid jitħallas f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-FAEG

Total inkluż it-tnaqqis, is-sospensjonijiet u aġġustamenti oħra

Pagamenti lir-Renju Unit għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn (-) jew jitħallas lil (+) ir-Renju Unit 2)

approvati

diżassoċjati

= nefqa / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tan-nefqa/tad-dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet mensili

 

 

a

b

c=a+b

d

e

f=c+d+e

g

h=f-g

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

-62 451,20

-62 451,20

0,00

-62 451,20

UK

EUR

3 197 146 439,98

0,00

3 197 146 439,98

-5 748 968,67

0,00

3 191 397 471,31

3 192 730 760,53

-1 333 289,22

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


 

 

Nefqa 3)

Dħul assenjat 3)

Artikolu 54(2) (=e)

Total (=h)

08 02 06 01

6200

6200

i

j

k

l = i+j+k

 

 

 

 

 

 

UK

GBP

0,00

0,00

-62 451,20

-62 451,20

UK

EUR

0,00

-1 333 289,22

0,00

-1 333 289,22

 

 

 

 

 

 

1)

It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema tal-pagamenti, li magħhom jiżdiedu, b’mod partikolari, il-korrezzjonijiet minħabba n-nuqqas ta’ rispett tal-iskadenzi tal-pagamenti stabbiliti f’Awwissu, f’Settembru u f’Ottubru 2020 u tnaqqis ieħor fil-kuntest tal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2)

Għall-kalkolu tal-ammont li jrid jiġi rkuprat mir-Renju Unit jew imħallas lilu, l-ammont li jitqies hu t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet mensili għan-nefqa diżassoċjata (kol.b). Rata tal-kambju applikabbli: it-tieni sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014.

3)

BL 08 02 06 01 għandu jinqasam bejn il-korrezzjonijiet negattivi li jsiru dħul assenjat f'BL 62 00 u dawk pożittivi favur ir-Renju Unit li issa se jiġu inklużi fin-naħa tan-nefqa 08 02 06 01 skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

NB: Nomenklatura 2021 : 08 02 06 01 , 6200


ANNESS II

Rimborż ta’ approprjazzjonijiet riportati mis-sena finanzjarja 2020 fir-rigward tad-dixxiplina finanzjarja

 

(ammonti f’EUR)

Ir-Renju Unit

41 383 278,00